The Monastery – Film tal-BBC
Regolarment nilmentaw għaliex għandna ħafna x’nagħmlu, li ma nafux mnejn se nibdew u fejn se nispiċċaw, nixtiequ li l–ġurnata fiha aktar minn erbgħa u għoxrin siegħa. Donnu li aktar ma t-teknoliġija moderna tipprovdilna għajnuniet biex iħaffulna x-xogħol, aktar insibu x’nagħmlu. U meta kultant jirnexxilna nieħdu vaġanza, mhux biss naslu lura aktar għajjiena, imma aktarx insibu li x-xogħol li ħallejna warajna jkollna npattu għalih wara.
Quddiem dan il-paradoss tal-ħajja moderna, ħames persuni jkunu mistiedna jgħixu erbgħin jum f’Monasteru Benedittin fejn huma jkunu mitluba jħarsu r-regola monastika ta’ silenzju, ubbidjenza u umiltà. Continue reading “The Monastery”