It-Tlieta, 9 ta’ April 2013: It-tentazzjoni li nqasqsu dwar l-oħrajn u nsawtuhom bil-paroli tinsab dejjem wara l-kantuniera. Ukoll fil-familja, bejn il-ħbieb fil-parroċċa, fejn in-nisa tal-katekeżi jiġgieldu ma’ dawk tal-Caritas. Dawn huma tentazzjonijiet ta’ kuljum, għedewwa tal-manswetudni u tal-għaqda bejn in-nies u fil-komunità nisranija. Huma tentazzjonijiet li jiġru lil kulħadd, ukoll lili. U proprju minn dan l-atteġġjament il-Papa Franġisku talab biex noqogħdu attenti waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa tat-Tlieta 9 ta’ April 2013, fil-kappella tad-Domus Sanctæ Marthæ.
aktar