The Monastery

The Monastery – Film tal-BBC

Regolarment nilmentaw għaliex għandna ħafna x’nagħmlu, li ma nafux mnejn se nibdew u fejn se nispiċċaw, nixtiequ li l–ġurnata fiha aktar minn erbgħa u għoxrin siegħa. Donnu li aktar ma t-teknoliġija moderna tipprovdilna għajnuniet biex iħaffulna x-xogħol, aktar insibu x’nagħmlu. U meta kultant jirnexxilna nieħdu vaġanza, mhux biss naslu lura aktar għajjiena, imma aktarx insibu li x-xogħol li ħallejna warajna jkollna npattu għalih wara.

Quddiem dan il-paradoss tal-ħajja moderna, ħames persuni jkunu mistiedna jgħixu erbgħin jum f’Monasteru Benedittin fejn huma jkunu mitluba jħarsu r-regola monastika ta’ silenzju, ubbidjenza u umiltà.  Continue reading “The Monastery”

Anniversarju tal-Elezzjoni tal-Papa

This slideshow requires JavaScript.

Nhar is-Sibt 14 ta’ April 2012 filgħaxija saret ċelebrazzjoni fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta fl-okkażjoni tas-seba’ anniversarju tal-elezzjoni tal-Papa Benedittu XVI.

Fil-messaġġ tiegħu waqt l-okkażjoni, l-Arċisqof Pawlu Cremona saħaq fuq l-istedina  li l-Papa kemm-il darba għamel lill-insara biex inkabbru l-ħbiberija personali ma’ Ġesu u napprofondixxu l-fidi tagħna permezz tat-tagħlim u tal-katekeżi.

“Ejjew nagħmlu minn kollox biex kull wieħed minna – fil-ħajja personali, fir-responsabiltajiet differenti li għandna, fil-kuntatti li jkollna ma’ tant persuni differenti – iżomm din il-ħbiberija ma’ Ġesu’ bħala d-dawl li tmexxih.”

Aktar tard fid-diskors tiegħu l-Arċisqof tkellem fuq l-imġieba u l-atteġġjamenti tal-membri tal-ewwel komunita Nisranija u kif din għandha sservi ta’ bażi għall-insara llum:

“Huwa ċar li l-membri tal-ewwel komunita’ Nisranija għarfu d-doveri li kellhom lejn xulxin. Kienu jwieżnu lil xulxin. Kienu jaqsmu l-ħajja tagħhom flimkien. Nistgħu norbtu din ir-riflessjoni ma’ wieħed mid-diskorsi reċenti li għamel il-Papa.”

Fl-aħħar tal-messaġġ l-Arċisqof talab għall-Papa Benedittu biex il-Mulej ikompli jagħtih id-dawl u d-dehen fil-qadi tal-missjoni tiegħu.

Ritratti: Photocity, Valletta

Id-Djakni Permanenti – Se nibdew il-proċess.

L-Arċisqof Pawlu Cremona dwar id-Djakni Permanenti

“Minn din is-sena se nibdew proċess. Hemm grupp li għandhom ċertu esperjenza, u dawn jibdew jagħmlu din ir-riflessjoni, jagħtuni rapport huma, imbagħad fuq hekk nara ftit minn dak ir-rapport dak li naħseb li hu tajjeb u dak li naħseb li mhux tajjeb.”

Din id-dikjarazzjoni dwar it-twaqqif tad-Djakonat Permanenti f’Malta, għamilha Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona waqt intervista li kellu fuq l-istazzjon RTK.

Continue reading “Id-Djakni Permanenti – Se nibdew il-proċess.”

Alla ħalaq id-dawl mill-ġdid.

“L-Għid il-Kbir huwa ħolqien mill-ġdid.  Fih Alla tenna l-kliem, “Ikun id-dawl”.  Issa reġa’ hu l-ewwel jum.  Ġesù jqum mill-imwiet u joħroġ mill-qabar.  Il-ħajja hija b’qawwija aktar mill-mewt. It-tajjeb b’saħtu aktar mill-ħażin. L-imħabba aktar mill-mibegħda.  Id-dlam tal-jiem li għaddew tkeċċa fil mument li Kristu ħareġ mill-qabar, u Hu nnifsu sar id-Dawl safi ta’ Alla.”

Dawn kienu uħud mill-ħsibijiet li esprima l-Papa Benedittu XVI fl-omelija li għamel waqt il-quddiesa tal-vġili tal-Għid, u li matulha il-Knisja tixgħel il-blandun bħala simbolu ta’ Kristu, waqt li tkanta l-kliem, “Id-dawl tad-dinja.”

Aqra aktar …> http://www.zenit.org/article-34602?l=english

Qam kif kien qalilkom.

“L-għala qegħdin tfittxuh qalb il-mejtin, lil Dak li hu ħaj?”  

Din kienet id-domanda ta’ l-anġlu lin-nisa meta kmieni mas-sebħ tal-ewwel jum tal-ġimgħa kienu marru ħdejn il-qabar ta’ Ġesù, sabu l-blata mgerba minn quddiem il-qabar, u tħassbu għax il-katavru tiegħu ma sabuħx. (ara Lq 24:1-12)  Forsi aktar minn domanda,  dik tal-anġlu, nistgħu nħarsu lejha aktar bħala ċanfira ħelwa li fakkrithom fil-kliem li kien qalilhom l-Imgħallem stess tagħhom meta dan kien għadu magħhom fil-Galilija; li huwa kellu jkun mogħti f’idejn il-midinbin, ikun imsallab, imma fit-tielet jum iqum mill-imwiet. Continue reading “Qam kif kien qalilkom.”

Qaddejja ta’ Alla fiż-Żwieġ u fil-Familja.

Nixtiequ nistednuk għal konferenza dwar il-koppja Maltija, Henry u Inez Casolani li għixu bħala “Qaddejja ta’ Alla fiż-Żwieġ u fil-Familja” u li bħalissa qed isiru tħejjijiet biex jekk hi rieda ta’ Alla tibda l-kawża għall-beatifikazzjoni tagħhom.  Il-kelliem ewlieni se jkun is-Segretarju Pastorali, Monsinjur Charles Cordina. Ikun hemm ukoll esperjenzi personali mill-Kardjoloġista, Dr Robert Xuereb u mill-Avukat, Dr Christopher Gruppetta.

Il-konferenza tkun nhar il-Ġimgħa, 20 ta’ April 2012, fl-Auditorium tal-Istitut Kattoliku fil-Floriana u tibda is-7.00 ta’ filgħaxija.  Kulħadd mistieden.
.

Kif Se Nġeddu Lilna Nfusna?

Mid-diskors tal-Papa lis-saċerdoti f’Ħamis ix-Xirka 2012

Ħbieb għeżież, hija l-konformità tagħna ma’ Kristu l-ewwel kondizzjoni u l-bażi ta’ kull tiġdid. Jista’ jiġrilna kultant li l-figura ta’ Ġesù Kristu tant narawha għolja u tant tidher kbira li ma nissugrawx inqabblu lilna nfusna magħha. Imma l-Mulej dan jafu, u għalhekk ipprovdielna ‘traduzzjonijiet’ fuq skala li hi iktar aċċessibbli għalina u iktar qrib tagħna.

Continue reading “Kif Se Nġeddu Lilna Nfusna?”