Bniedem jew Bin il-bniedem?

DOMANDA

Xhini d-differenza bejn ‘bniedem’ u ‘bin il-bniedem’ fil-kuntest tas-Salm 143? Bl-Ingliż hija ‘man’ u ‘mortal man’ però xorta għadni ma fhimtx eżattament kif u għaliex.  (Joseph, 22 ta’ Diċembru 2015)

TWEĠIBA

Jekk Joseph qieghed jirreferi ghal vers 3 ta’ Salm 144, allura ma hemm l-ebda differenza bejn bniedem u bin il-bniedem.
Fil-poetika Lhudija, hemm teknika letterarja, imsejha l-parallelizmu, fejn vers jigi spjegat b’vers iehor (generalment ta’ warajh) billi jirrepetu kwazi l-istess hsieb fi kliem iehor. L-istess, espressjoni f’vers tigi spjegata b’espressjoni fi kliem differenti fl-istess vers, bhal f’dan il-kaz. F’dan il-kaz il-kelma bniedem u l-kelma bin il-bniedem ifissru l-istess.

Fil-fatt, il-kelma bniedem gejja mil-lingwi semitici minn bin-adam, nisel ta’ adam, imam adam fil-fatt tfisser bniedem. Meta Alla fil-Genesi jghid: ejjew noholqu l-bniedem xbihea taghna, fil-Lhudi original hemm “ejjew noholqu l-adam xbieha taghna”.

Allura bin il-bniedem tfisser in-nisel tal-bniedem, il-bnedmin. (23 ta’ Diċembru 2015)

Il-Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni ta’ ‘Milied Flimkien’

Is-Sibt 19 ta’ Diċembru 2015: l-Arċisqof Charles J. Scicluna wassal il-messaġġ tiegħu flimkien mal-ogħla awtoritajiet tal-Istat, fl-okkażjoni ta’ ‘Milied Flimkien’, fi Pjazza de Valette, il-Belt Valletta.

Continue reading “Il-Messaġġ tal-Arċisqof fl-okkażjoni ta’ ‘Milied Flimkien’”

Is-Sinjali tal-Ġublew

2. Katekeżi dwar il-Ħniena mill-Papa Franġisku. 16 ta’ Diċembru 2015.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-Ħadd li għadda nfetaħ il-Bieb Imqaddes fil-Katidral ta’ Ruma, il-Bażilika ta’ San Ġwann Lateran, u nfetaħ il-Bieb tal-Ħniena fil-Katidral ta’ kull djoċesi tad-dinja, anki fis-santwarji u fil-knejjes indikati mill-isqfijiet. Il-Ġublew hu fid-dinja kollha, mhux biss f’Ruma. Xtaqt li dan is-sinjal tal-Bieb Imqaddes ikun preżenti f’kull Knisja partikulari, biex il-Ġublew tal-Ħniena jista’ jsir esperjenza li kull persuna tista’ tgħix.

Continue reading “Is-Sinjali tal-Ġublew”

Tliet karatteristiċi tal-poplu t’Alla

It-Tlieta 15 ta’ Diċembru, 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Fir-riflessjoni dwar kliem Ġesù li nsibu fil-Vanġelu tal-lum, il-Papa osserva b’liema ‘enerġija’ Ġesù ċanfar lil dawk li kienu jitqiesu bħala l-imgħallmin minħabba l-mod kif kienu jaħsbu, jiġġudikaw u jgħixu.

Continue reading “Tliet karatteristiċi tal-poplu t’Alla”