L-Insara għandhom jirrifjutaw il-ġlied u jaħdmu għall-paċi

Il-Ġimgħa 21 ta’ Ottubru 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Umiltà, ħlewwa, ġenerożità. Waqt il-quddiesa tal-lum fil-kappella tad-Dar Santa Marta, il-Papa Franġisku qal li dawn it-tliet kwalitajiet huma l-muftieħ tal-għaqda fil-Knisja. Għal darb’oħra, il-Papa ħeġġeġ lill-Insara biex jirrifjutaw l-għira, l-invidja u l-ġlied.

Continue reading “L-Insara għandhom jirrifjutaw il-ġlied u jaħdmu għall-paċi”

Curing a scourging malaise

Fr Mario Attard OFM Cap
Contemporary society is tragically scourged by loneliness. The North American actress and singer, Anne Jacqueline Hathaway, had the courage to confess: “Loneliness is my least favorite thing about life. The thing that I’m most worried about is just being alone without anybody to care for or someone who will care for me”. Continue reading “Curing a scourging malaise”

Mhux biżżejjed li nkunu nafu l-katekiżmu: biex insiru nafu lil Ġesù jeħtiġilna nitolbu

Il-Ħamis 20 ta’ Ottubru 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Waqt l-omelija li għamel illum, fil-quddiesa li ċċelebra fil-kappella tad-Dar Santa Marta, il-Papa Franġisku qal li l-katekiżmu waħdu mhux biżżejjed biex insiru nafu lil Ġesù sewwa, imma għandna bżonn ukoll it-talb, il-qima, u li nagħrfu li aħna lkoll midinbin.

Continue reading “Mhux biżżejjed li nkunu nafu l-katekiżmu: biex insiru nafu lil Ġesù jeħtiġilna nitolbu”

Ritratt bla kliem

Patri Mario Attard OFM Cap

Dan ir-ritratt il-midja internazzjonali nistgħu ngħidu li xorbietu! Dan ir-ritratt li terraq mal-erabat irjieħ tad-dinja u li jirrappreżenta tifel miġrugħ fl-abbulanza tista’ tgħid li ħasad lil kulħadd. Ilkoll nafu minn liema pajjiż ġej. Anki l-belt li fiha ittieħed nafuha. Is-Sirja! Aleppo!

Il-gwerra fis-Sirja m’hemmx li tieqaf. Min jista’ jibqa’ kwiet f’qalbu u fil-kuxjenza tiegħu meta jaf li, f’dan il-pajjiż mhux daqshekk imbiegħed minn tagħna, ilu għaddej dan il-banju tad-demm ta’ nies ċivili għal dawn l-aħħar erba’ snin? X’sar minnhom il-mijiet ta’ eluf li mietu? U, fuq kollox, x’qed isir tabilħaqq minnhom l-eluf kbar ta’ nies li kellhom iħallu djarhom biex ikomplu ħajjithom f’pajjiżi oħra? Ilkoll naraw it-televiżjoni. Nafu tabilħaqq x’inhu jiġri! Kif tista’ l-qalb umana ma tħossx? Kif tista’ l-qalb tal-bniedem ma tintmessx? Continue reading “Ritratt bla kliem”

Itma’ lil min hu bil-ġuħ. Isqi lil min hu bil-għatx

33. Katekeżi dwar il-Ħniena mill-Papa Franġisku. 19 ta’ Ottubru 2016.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Waħda mill-konsegwenzi tal-hekk imsejjaħ “benessri” [ġid materjali] hu li jwassal lill-persuni biex jingħalqu fihom infushom, u ma jibqgħux iħossu għall-ħtiġijiet tal-oħrajn. Jagħmel minn kollox biex iqarraq bihom u jippreżentalhom mudelli li jtiru mar-riħ, li jgħibu wara xi sena, bħallikieku ħajjitna kienet xi moda li nimxu magħha jew nibdluha ma’ kull staġun. Mhuwiex hekk.

Continue reading “Itma’ lil min hu bil-ġuħ. Isqi lil min hu bil-għatx”

Dawk li jfittxuk b’qalb safja

Patri Mario Attard OFM Cap

Il-ħajja bl-istaġuni tagħha. Imma, fost ħafna ħallel u maltempati, jasal dak il-perjodu fejn ix-xemx ħanina, f’nofs il-jum sbejjaħ, tibda’ tiddi u ħajja ttina!

F’wieħed minn dawn il-mumenti daqshekk sbieħ u mbierka tfaċċat għalija wkoll din ix-xemx. Li, mal-għannej, ngħidilha minn qalbi: “Xemx wisq sabiħa! Lilek inħobb! Ġawhra ta’ qalbi. Lilek irrid!”

U din ix-xemx, li m’hijiex sempliċiment nostalġija mbegħda daqskemm ħajja mistoħbija wara l-kantuniera, reġgħet feġġgħet għalija. U feġġgħet fl-aktar talba li tant inħobb nitlob ta’ kuljum. Bħala Patri sempliċi. Imma li, fl-idejn sempliċi u moħbija tiegħu, jiġi fuqhom is- Sultan tas-Slaten, is-Sid tas-Sidien. Qed nirreferi għall-quddiesa mqaddsa. Continue reading “Dawk li jfittxuk b’qalb safja”

Rgħajja fidili u abbandunati imma qatt mgħaddbin

It-Tlieta 18 ta’ Ottubru 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Huwa u jikkummenta dwar it-tieni ittra lil Timotju, waqt l-omelija fil-kappella tad-Dar Santa Marta, dalgħodu l-Papa rrifletta dwar it-tmiem tal-Appostli li, bħal San Pawl, fl-għabex ta’ ħajjithom, waqt id-diffikultajiet, iħossu s-solitudni: huma mneżżgħin, vittmi tal-persekuzzjoni, abbandunati….. jitolbu xi ħaġa għalihom infushom daqs kieku kienu tallaba.

Continue reading “Rgħajja fidili u abbandunati imma qatt mgħaddbin”