Ir-rgħajja għandhom jisimgħu aktar u jitkellmu anqas

Il-Ħamis, 25 ta’ Ġunju 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

In-nies tinduna meta ragħaj ikun nieqes mill-koerenza li ttih l-awtorità.  Din kienet waħda mill-osservazzjonijiet li għamel dalgħodu l-Papa Franġisku waqt l-omelija fid-Dar Santa Marta.  Franġisku tkellem dwar id-differenza bejn il-predikaturi veri u l-‘profeti foloz’. Continue reading “Ir-rgħajja għandhom jisimgħu aktar u jitkellmu anqas”

It-triq tan-nofs

Patri Mario Attard OFM Cap

Kont naħseb li hija kwistjoni biss tar-raġuni! Issa meta qallibt ftit intbaħt li anki l-fidi titħaddet dwarha. U skantajt. Naħseb ikun aħjar jekk nagħtikom is-sors fejn sibt dan li se naqsam magħkom illum.

Darba San Piju tal-Pjagi qal hekk: “Irridu inkunu nafu kif se nafdaw. Hemm il-biża’ ta’ Alla u l-biża’ ta’ Ġuda. Ħafna biża’ iġiegħel lil xi ħadd jaħdem mingħajr imħabba. Filwaqt li l-kunfidenza żejda ma tħalliniex nikkunsidraw il-periklu li għandna nissuperaw”. Continue reading “It-triq tan-nofs”

Il-Familja. Familja Miġruħa I

23. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 24 ta’ Ġunju 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fl-aħħar katekeżi tkellimna dwar il-familja li ġġarran id-dgħufija tal-qagħda umana, il-faqar, il-mard, il-mewt. Il-lum sa nirriflettu fuq il-ġrieħi li jinfetħu sewwa sew fi ħdan il-konvivenza familjari. Jiġifieri, meta fil-familja nfisha nweġġgħu lil xulxin. L-ikreh ħaġa! Continue reading “Il-Familja. Familja Miġruħa I”

L-Omelija fl-okkażjoni tal-festa tat-twelid ta’ San Ġwann il-Battista

Il-Ħadd 21 ta’ Ġunju 2015: L-Arċisqof Charles J. Scicluna iċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa tat-twelid ta’ San Ġwann il-Battista, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Continue reading “L-Omelija fl-okkażjoni tal-festa tat-twelid ta’ San Ġwann il-Battista”

Anniversarji u ġrajjiet kbar imfakkra f’ħarġa waħda tar-rivista Madonna Ta’ Pinu

Madonna Ta’ Pinu, April-Ġunju 2015, Nru 173

Wieħed kien jistenna li l-ħarġa ta’ April-Ġunju 2015 tar-rivista Madonna Ta’ Pinu jkollha fil-qoxra tagħha wieħed mill-ħames affreski ta’ l-artist Sergio Favotto mwaħħlin man-niċeċ il-ġodda tal-Mixja tal-Pellegrin inawgurata ftit tal-jiem ilu fit-triq li twassal għas-Santwarju Ta’ Pinu.  L-affresk li jsebbaħ il-qoxra ta’ din il-ħarġa fil-fatt hu dak li jirrappreżenta t-tema “Marija Għajnuna ta’ l-Insara”, propju biex ifakkar ukoll ġrajja oħra sabiħa li seħħet dan l-aħħar f’dan is-Santwarju Marjan: iż-żjara ta’ l-Urna ta’ Don Bosco, devot kbir ta’ Marija taħt dan it-titlu. Continue reading “Anniversarji u ġrajjiet kbar imfakkra f’ħarġa waħda tar-rivista Madonna Ta’ Pinu”

In-Nisrani ma jitlifx rasu

Patri Mario Attard OFM Kap

Qrajt b’interess l-ittra pastorali tal-isqfijiet tagħna Mons. Pawl Cremona O.P. u Mons. Mario Grech fil-bidu tar-Randan ta’ din is-sena. Meta qrajtha sirt iżjed konxju kemm in-Nisrani mgħandux biex u għalxiex jitlef rasu fil-ħajja mgħaġġla li qiegħdin ngħixu fiha. Għaliex? Continue reading “In-Nisrani ma jitlifx rasu”

Mill-pornografija għall-ħajja fi Kristu

Patri Mario Attard OFM Cap

Dan l-aħħar ħbieb kbar tiegħi laqqgħuni ma’ ġrajja li seħħet tassew u li lanqas ridt nemminha. Meta qrajtha tant kemm laqtitni li xtaqt ħafna naqsamha magħkom il-qarrejja. Dan qiegħed nagħmlu għax nemmen bis-sħiħ li l-ebda sitwazzjoni, iebsa kemm hi iebsa, ma’ tista’ twaqqaf lill-Mulej milli jaħdem u jibdel il-qlub tan-nies. Continue reading “Mill-pornografija għall-ħajja fi Kristu”