L-Arċisqof fl-ewwel Żjara uffiċjali tiegħu fid-Djoċesi t’Għawdex

L-Erbgħa 27 ta’ Mejju 2015: L-Arċisqof Charles J. Scicluna ġie mistieden imexxi Quddiesa fis-Santwarju Ta’ Pinu waqt l-ewwel żjara uffiċjali fid-Djoċesi ta’ Għawdex fejn flimkien mal-Isqof ta’ Għawdex, ikkonċelebraw il-kappillani u l-kleru Għawdxi.
Continue reading “L-Arċisqof fl-ewwel Żjara uffiċjali tiegħu fid-Djoċesi t’Għawdex”

Kemm jagħmlu ikrah l-Insara mondani! Ma jistax ikollna s-sema u l-art fl-istess ħin

It-Tlieta, 26 ta’ Mejju 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

Pietru jistaqsi lil Ġesù x’se jkollhom id-dixxipli talli qed jimxu warajH.  Din kienet mistoqsija li saret wara li l-Mulej kien qal lir-raġel għani biex ibigħ kull ma’ kellu u jtih lill-foqra.

Continue reading “Kemm jagħmlu ikrah l-Insara mondani! Ma jistax ikollna s-sema u l-art fl-istess ħin”

No Number!

Minn Patri Mario Attard OFM Cap 

Ma nafx kif ħassejtukom meta irċevejtu xi telefonata u fuq l-iskrin tal-mowbajl tagħkom telagħlkom in-numru No Number.

Kull darba li nirċievi xi telefonata ta’ dan it-tip qalbi titnikket. Jiddispjaċini! Għax ngħid: “Din il-persuna ma tafdanix!” Għaliex, ngħid jien, wara li persuna tkun invadietli l-ispazzju privat tiegħi minn fuq m’għandiex il-kuraġġ li turini min hi? Sewwa! Mela lili tafni għax għandek in-numru tiegħi. Imma jiena ma nafekx. U minn fuq iċċempilli bin-no number. Din il-biċċa tal-anonimità ma toġgħobnix! Inġusta għall-aħħar! Continue reading “No Number!”

Il-kju

Minn Patri Mario Attard OFM Cap 

Għal uħud kelma mill-aktar mistkerrħa! U la semmejtha qisek semmejtilhom Dak ta’ denbu twil. Uff! Xi dwejjaq! Mela isa! Ħaffef! Ħa nfittxu naslu! L-għaliex nobgħod noqgħod fil-kju!

Jimporta nistaqsik l-għaliex? U ajma! Ma tafx li fil-kju irridu noqgħodu nistennew? Mela ma tafx x’int tgħid! Tagħmel siegħa tistenna! Ma tafx li għandi x’nagħmel x’kull waħda? Il-ħajja trid tkompli! Ma rridx naħli xeba’ ħin fil-kju! Għalxejn! Continue reading “Il-kju”

Ir-rabta mal-ġid hi l-bidu ta’ kull korruzzjoni

It-Tnejn, 25 ta’ Mejju 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

Il-ġemel u l-għajn tal-labra, jew aħjar, kif l-entużjażmu għal Kristu jista’ jinbidel f’ħakka t’għajn fi dwejjaq u għeluq fina nfusna.  Din ix-xena hija fost l-aktar magħrufin fil-Vanġelu, u l-Papa Franġisku għamel riflessjoni dwarha dalgħodu, fl-omelija fid-Dar Santa Marta. Continue reading “Ir-rabta mal-ġid hi l-bidu ta’ kull korruzzjoni”

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa ta’ Pentekosté

Il-Ħadd 24 ta’ Mejju 2015: Monsinjur Arċisqof iċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tas-solennità ta’ Għid il-Ħamsin, u amministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti tal-parroċċi tal-Belt, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

Continue reading “L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa ta’ Pentekosté”

The beatification process of Monsignor Mikiel Azzopardi

By Fr Mario Attard OFM Cap 

I was overfilled with joy when I recently heard that the beatification process of Monsignor Mikiel Azzopardi, the founder of Dar tal-Providenza, could commence if the diocesan request is accepted by the Vatican. This year Dar tal-Providenza is celebrating its Golden Jubilee. Continue reading “The beatification process of Monsignor Mikiel Azzopardi”