Il-Knisja f’Malta tilqa’ żewġ kandidati għas-saċerdozju

Il-Ħadd 3 ta’ Jannar 2016: L-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra l-Quddiesa tal-Epifanija fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Matul din il-Quddiesa, l-Arċisqof laqa’ uffiċjalment żewġ seminaristi bħala kandidati għas-saċerdozju. Dawn huma Anton D’Amato, mill-Parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żurrieq, u Bernard Micallef, mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien.

Continue reading “Il-Knisja f’Malta tilqa’ żewġ kandidati għas-saċerdozju”

Hawn teżor!

Patri Mario Attard OFM Cap

Fejn għamilthieli dik il-karta? Instema jgħajjat l-oraklu irrabjat. Kelma minn hawn. U kelma minn hemm u tqum storja sħiħa! Addijo l-imħabba li s’issa għaqqdithom flimkien għal ma nafx kemm-il sena! Hemm ara x’ġara! Fuq biċċa ta’ karta reġgħu saru bħalma kienu ftit minuti ilu kif ħallejthom: kelb u qattus! Continue reading “Hawn teżor!”

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mar-residenti tad-Dar tal-Providenza

Fl-ewwel jum tas-Sena l-Ġdida 2016, inġabret is-somma rekord ta’ €1,040,855 waqt l-għoxrin edizzjoni tal-Festa ta’ Ġenerożità organizzata minn RTK4Charity b’risq id-Dar tal-Providenza. It-temp tajjeb għen biex għadd kbir ta’ nies marru s-Siġġiewi biex jagħtu d-donazzjoni tagħhom u jkunu parti mid-divertiment li kien għaddej taħt it-tinda li ttellgħet fil-parkeġġ. Continue reading “L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mar-residenti tad-Dar tal-Providenza”

Nittoppja l-card!

Patri Mario Attard OFM Cap

Bye bye sena 2015! Bil-ferħat u n-niket tiegħek! Għalkemm ma tantx bdejniek u spiċċajniek tajjeb. Mhux biżżejjed li bdejniek bit-tixrid ta’ barmil demm f’Pariġi? Kellna nispiċċawk b’banju sħiħ fl-istess belt! Insomma! Issa mitt u ndfint biex qatt aktar ma terġa’ tqum jekk mhux għall-istoriċi. Continue reading “Nittoppja l-card!”

Il-Milied tal-Ġublew tal-Ħniena

3. Katekeżi dwar il-Ħniena mill-Papa Franġisku. 30 ta’ Diċembru 2015.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

F’dawn il-jiem tal-Milied għandna quddiemna lil Ġesù Bambin. Jien ċert li fid-djar tagħna ħafna familji għadhom jagħmlu l-presepju, biex ikomplu din it-tradizzjoni sabiħa li tmur lura għal San Franġisk ta’ Assisi u li żżomm ħaj fi qlubna l-misteru ta’ Alla li sar bniedem.

Continue reading “Il-Milied tal-Ġublew tal-Ħniena”