Dwar miżuri suġġeriti mis-Sinodu li ma twettqux

DOMANDA

Ma nistax nifhem il-ghala diversi mizuri suggeriti mis-Sinodu tad-Djocesi taghna li ntemm ftit snin ilu, ma gewx imwettqa fil-prattika, jew almenu ppruvati. Qed nifhem, nghidu ahna, ghal dak is-suggeriment fid-Dokument dwar il-Lajci, li jsir programm ta’ formazzjoni ghall-adulti, bil-mezzi kollha li ghandna,inkluza l-media, jew mizuri biex jintlahqu dawk li nqatghu mill-prattika religjuza. Veru li z-zmien hu difficli, imma jekk mhu se nahsbu u nahdmu (bil-mezzi li ghandna), nistghu immutu.  (Joe Camilleri, 17 ta’ Awwissu 2012)

Mal-kumment li bghatt nixtieq inzid li inizjattiva bhal din tkun tajba li tibda fis-sena tal-fidi, jew almenu nibdew nahdmu fuqha, b’mod specjali bl-uzu ta’ Il-Katekizmu tal-Knisja Kattolika u l-Youcat, haga li tant qed tinsisti fuqha l-Knisja specjalment il-Papa.  (Joe Camilleri, 17 ta’ Awwissu 2012)

TWEĠIBA minn Fr Mark Sultana

Grazzi hafna tal-kummenti.

L-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali li twaqqaf wara s-Sinodu, skont ir-rieda tas-Sinodu Djocesan, qieghed jorganizza kull sena diversi korsijiet ta’ formazzjoni ghall-adulti.

Tistghu issibu l-informazzjoni dwar dawn il-korsjiet fuq http://www.maltapfi.org/courses/ Forsi l-kors li l-aktar jghodd bhala risposta ghal din it-tip ta’ domanda hu l-kors fl-Evanglizazzjoni. Hemm ukoll il-kors fil-Missjologija li jista’ jinteressa. U kif tistghu taraw hemm bosta korsijiet ohra li kollha huma intenzjonati li jghinu lill-partecipanti jikbru fil-fidi, minbarra li joffru tahrig specjalizzat biex il-partecipanti ikunu jistghu jaghmlu hidma pastorali f’qasam specifiku.

Tajjeb nghid li jkun hemm madwar 220 persuna li ssegwi dawn il-korsijiet f’kull hin (xi korsjiet huma twal sitt xhur, ohrajn sena, ohrajn sentejn jew tlieta jew sahansitra erba’).

Barra minn hekk l-IFP se jipprova joffri materjal online dwar aspetti differenti tal-mixja tal-fidi taghna u dwar domandi frekwenti li jsiru. Dwar l-uzu tal-YouCat il-kumment l-iehor tas-Sur Camilleri), naf li, ghas-sena tal-fidi, is-Sghajtar se jsir isir kors propju dwar il-Kredu.  (22 ta’ Awwissu 2012)

———-

Fil-Laikos (http://www.laikos.org) hemm lista ta’ diversi korsijiet ta’ formazzjoni li qed isiru minn numru ta’ entitajiet differenti fi hdan il-Knisja f’Malta. Cert li din mhix kompleta ghaliex naf li bosta parrocci u ghaqdiet/movimenti jorganizzaw laqghat u korsijiet ta’ formazzjoni ohra. (joe)

IL-KONFERENZI EPISKOPALI B’ABBOZZ KONTRA L-ABBUŻ

Il-Malti Mons. Charles J. Scicluna, investigatur ewlieni tal-Vatikan f’każi ta’ abbuż qal li l-maġġoranza tal-konferenzi episkopali fl-Ameriki, l-Ewropa u l-Asja, żammew ma’ mandat tal-Vatikan biex jifformulaw linji-gwida kontra l-abbużi. Mingħajr ma nkluda lill-Afrika, “iktar min-nofs tal-konferenzi episkopali wieġbu sad-data stipulata fl-aħħar ta’ Mejju”, qal Mons. Scicluna mill-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi f’intervista li saritlu mal-magazin kattoliku Taljan Jesus. Żied li dawk li ma weġbux sad-data stipulata, se jkunu qed jirċievu notament maħsub biex ifakkarhom.
Il-gazzetta tal-Vatikan L’Osservatore Romano, ikkwotat mill-intervista tal-bieraħ u qalet li l-Kongregazzjoni “rċeviet numru inkoraġġanti ta’ risposti minn pajjiżi Anglo-sassoni, imma anki persentaġġ għoli mill-Ewropa, mill-Asja u mill-Amerika Latina”. Waqt li r-riżultat kien irrappurtat bħala wieħed sodisfaċenti, Mons. Scicluna qal fl-intervista li l-Afrika “għandha sitwazzjoni partikolari b’diffikulta kbira fl-istrutturi tal-Knisja”. Hawn hu mifhum li kien qed jirreferi għad-diffikultajiet fl-infrastruttura u n-nuqqas ta’ komunikazzjoni li fi kliemu qiegħda “toħloq problema biex l-Isqfijiet tal-pajjiż ifasslu politika nazzjonali kontra l-abbuż”. Mons. Scicluna temm jgħid li “l-evalwazzjoni tal-linji gwida u l-politika proposta minn kull pajjiż biex tilqa’ u titratta każi ta’ abbuż sesswali minn membri tal-kleru fuq minuri, se tieħu madwar sena, bil-proċess jibda wara s-sajf”.

Mietet biex issalva lil binha.

Ftit qabel tibda is-Sena tal-Fidi:

Omm żagħżugħa tmut biex tkun xhieda ta’ Fidi, Tama u Mħabba

Ruma 16 ta’ Ġunju 2012: Mijiet ta’ Taljani nġabru llum fil-Knisja ta’ Santa Francisa Romana ġewwa Ruma biex jieħdu sehem fil-quddiesa funebri ta’ Chiara Corbella, mara żagħżugħa kattolika li mietet biex issalva l-ħajja ta’ binha li kien għadu ma twelidx. Continue reading “Mietet biex issalva lil binha.”

L-Intenzjonijiet tat-Talb tal-Papa f’Ġunju Jiffukaw Fuq l-Ewkaristija

Il-Papa Benedittu XVI, fit-talb tiegħu matul dan ix-xahar ta’ Ġunju, qed jiftakar b’mod speċjali f’kull min jemmen, u qed jitlob sabiex kulħadd jirrikonoxxi l-preżenza ħajja ta’ Ġesu fl-Ewkaristija. L-Appostolatura tat-Talb tal-Papa, bħal ma tagħmel kull xahar, tħabbar l-intenzjoni ġenerali u dik missjunarja tal-Kap tal-Knisja Kattolika. Qalet fil-fatt, li l-intenzjoni ġenerali tal-Papa f’dan ix-xahar hi “sabiex il-fidili jirrikonoxxu fl-Ewkaristija l-preżenza reali ta’ Kristu mqajjem mill-mewt, hu li jakkumpanjahom matul il-ħajja tagħhom ta’ kuljum”.

Ħajr: Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Kurja tal-Arċisqof.

‘L-Imħabba Hi l-Unika Forza Li Tista’ Tbiddel id-Dinja’

F’quddiesa fil-miftuħ fi Bresso Park f’Milan l-Italja, f’għeluq is-seba’ Laqgħa Dinjija tal-Familji, il-Papa qal:

“Is-solennita liturġika tat-Trinita Qaddisa tħeġġiġna nikkommettu lilna nfusna biex ngħixu f’għaqda m’Alla u ma’ xulxin fuq il-mudell tat-trinita Qaddisa. Mhijiex biss il-Knisja li hi msejħa sabiex issegwi dal-mudell ta’ Alla wieħed fi tliet persuni, imma anki l-familja, ibbażata fuq żwieġ bejn raġel u mara. Alla ħalaqna rġiel u nisa, ugwali fid-dinjita, anki jekk b’karatteristiċi differenti biex nikkumplimentaw lil xulxin f’ħajja ta’ mħabba li tagħmilna xbieha awtentika ta’ Alla.”

Continue reading “‘L-Imħabba Hi l-Unika Forza Li Tista’ Tbiddel id-Dinja’”

Servizz Ekumeniku ta’ Għid il-Ħamsin

 
Fl-okkażjoni ta’ Għid il-Ħamsin ser isir Servizz Ekumeniku organizzat mill-Kunsill Ekumeniku ta’ Malta flimkien mal-Kummissjoni Ekumenika Djoċesana.
 
Tema:- “Aħna lkoll wieħed fl-Ispirtu”
 
Data:- Il-Ħamis, 31 ta’ Mejju 2012
 
Ħin:- Fis-6.30 pm.
 
Post:- Fil-knisja ta’ Sant Ursula, Triq Sant Ursulo, Valletta.
 
Jippriedka:- Fr Mark Sultana.

Jeħtieġ Nissieltu l-Ħażen

Waqt ikla mal-Kulleġġ tal-Kardinali biex ifakkar is-seba’ anniversarju mill-bidu tal-Pontifikat tiegħu, il-Papa Benedittu XVI radd ħajr lill-eqreb kollaboraturi tiegħu għall-appoġġ tagħhom fil-jiem ta’ ferħ u anki f’dawk ta’ diffikulta, tul iż-żmien li ilu jokkupa l-kariga ta’ Papa, fis-Sede ta’ Pietru.

Il-Papa beda biex radd ħajr ‘l Alla għall-jiem ta’ ferħ u anki għal dawk li sejjaħ ‘l-iljieli mdallma’. Għadda biex jirrifletti dwar il-preżenza tal-ħażen fid-dinja: “Nistgħu naraw kif il-ħażen qed jipprova jiddomina d-dinja permezz ta’ kattiveriji u vjolenza, anki b’modi sottili ħafna fejn jippreżenta lilu nnifsu bħala t-tajjeb, pero li fl-istess waqt ikun ta’ ħażin li hu jeqred il-pedamenti morali tas-soċjeta”, qal il-Papa. Kompla biex fakkar fit-terminu antik ‘il-Knisja militanti’ u qal li llum hu meħtieġ li “niġġieldu kontra l-ħażen” u fisser li hu għalhekk bżonnjuż li “jkollna ħbieb li jappoġġjawna f’dan”. Ma naqasx milli jirrepeti l-kliem ta’ Kristu nnifsu meta qal, “Agħmlu l-qalb għax jien irbaħt id-dinja”. Temm jgħid lill-Kardinali li “aħna lkoll parti mit-tijm ta’ Kristu u għalhekk ilkoll għad inkunu rebbieħa”.

Ħajr: Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Kurja tal-Arċisqof.