L-għoti tad-demm huwa mħabba konkreta għall-proxxmu

Is-Sibt 9 ta’ Mejju 2015: L-Arċisqof Charles J. Scicluna żar iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Pjazza San Luqa, Gwardamanġa. L-Arċisqof iltaqa’ mad-diriġenti u l-istaff tas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, kif ukoll ma’ persuni li ser ikunu qegħdin jagħtu d-demm, fosthom saċerdoti u reliġjużi.
Continue reading “L-għoti tad-demm huwa mħabba konkreta għall-proxxmu”

Fil-Knisja niddiskutu biex infittxu l-għaqda mhux biex nifirxu xi xibka ta’ ftehim moħbi

Il-Ġimgħa 8  ta’ Mejju 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

L-Ispirtu s-Santu joħloq ‘moviment’ fil-Knisja li xi mindaqqiet jidher li hu konfużjoni, imma li jekk jintlaqa’ bit-talb u bi spirtu ta’ djalogu, jiġġenera dejjem l-għaqda fost l-Insara.  Dan affermah il-Papa dalgħodu waqt il-quddiesa fid-Dar Santa Marta, quddiesa li l-Papa ddedikaha lil art twelidu peress li llum hija l-festa tal-Madonna ta’ Lujan. Continue reading “Fil-Knisja niddiskutu biex infittxu l-għaqda mhux biex nifirxu xi xibka ta’ ftehim moħbi”

Patri! Aħna hekk nibdew il-ġurnata!

Minn Patri Mario Attard OFM Cap

Is-6.45 am ta’ filgħodu. Pager! X’ġara? “Raġel ħalliena Patri”, weġibni l-infermier tas-sala. Iġri Patri ħa tlaħħaq il-quddiesa! Iġri lejn waħda mill-wards l-aktar imbiegħdha tal-isptar!

Nidħol. U nsib ċorma infermiera. Qawsalla ta’ nazzjonalitajiet. Kien hemm Rumena, Ingliża, Pakistana, żewġ Spanjoli u xi ftit Maltin. Sellimitilhom: L-Għodwa t-Tajba! Good Morning! Bonas Dias! Issa sew! U bir-Rumen kif tgħid l-Għodwa t-tajba? Emmnuni li ma nafx! Għalhekk, dort lejn l-infermiera Rumena u staqsejtha kif tgħid L-Għodwa t-Tajba! B’ilsienha. Bună dimineața! Weġbitni. Ippruvajt ngħidha. Imma ilsieni weħilli! “Tajjeb għedtha?” staqsejtha. “Le,” qaltli. U tennithieli. Ippruvajt ngħidha darb’oħra. Din id-darba tbissmitli. Xegħel il-kulur l-aħdar! Il-frażi issa tgħaddi! Continue reading “Patri! Aħna hekk nibdew il-ġurnata!”