Żjara ta’ tama

Minn Patri Mario Attard OFM Cap 

Nhar is-Sibt 21 ta’ Marzu Papa Franġisku għamel żjara mill-aktar sabiħa u profetika fin-naħa ta’ fuq ta’ Napli, f’żona li jisimha Scampia. Huwa maħsub li l-organizzazzjoni kriminali Camorra għandha l-kontroll ta’ din iż-żona. F’din iż-żjara l-Papa iltaqa’ mal-priġunieri li qiegħdin fil-Faċilità Korrettiva ta’ Paggioreale. Żar is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pompei u iltaqa’ maż-żgħażagħ f’wieħed mill-isbaħ postijiet tal-Italja, jiġifieri dak tal-Lungomare Caracciolo. Beħsiebni insemmi xi ħsibijiet qawwija li għaddilna l-Papa tul din iż-żjara tiegħu li laqgħtuni. Continue reading Żjara ta’ tama

“Għaliex qed tfittxu lil min hu ħaj qalb il-mejtin?”

Din hija d-domanda li l-anġlu għamel lin-nisa. “Sa dakinhar kienu għadhom ma fehmux l-Iskrittura li tgħid li kellu jqum mill-imwiet.”  Minn dakinhar sallum għaddew 2000 sena.  Illum aħna fhimna!  Illum ngħidu li nemmnu li Kristu qam tassew! Li Kristu huwa ħaj!  Imma minkejja dan, sal-bieraħ stess konna għadna qed nagħmlulu l-viżtu, intellgħulu l-bnadar mezz’asta. Uħud minna libsu l-ingravata sewda.  U smajt li f’xi knejjes anke damask iswed dendlu. “Kemm [aħna] boloħ u tqal biex nemmnu!”

Jalla aħna lkoll li mitna miegħu fil-magħmudija, mil-lum stess insiru miegħu wkoll ħolqien ġdid. Awguri għal Għid Qaddis.

Is-Sibt Qaddis tal-Għid

Patri Mario Attard OFM Cap

Illum is-Sibt Qaddis tal-Għid! L-ilsien liturġiku Latin proprjament isejjaħlu Sabbatum Sanctum. Is-Sibt tal-Ġimgħa Mqaddsa. Uħud isibuh ukoll bħala s-Sibt il-Kbir. Jew is-Sibt l-Iswed. Inkella l-Vġili tal-Għid. Kien min, fosthom l-Insara Kopti, li sejħulu wkoll bħala Sibt il-Ferħ. Inkella laqqmuħ bħala Sibt id-Dawl. Dan il-jum, li jiġi l-għada tal-Ġimgħa l-Kbira, huwa l-aħħar jum qabel l-Għid il-Kbir. Mela l-aħħar wieħed tal-Ġimgħa Mqaddsa kollha. Fih, aħna l-Insara inħejju ruħna għaċ-ċelebrazzjoni solenni tal-Għid li tfakkar il-qawmien ta’ Ġesù Kristu mill-imwiet. Continue reading Is-Sibt Qaddis tal-Għid

Il-Paċi Magħkom

Is-Sibt 4 t’April 2015: “Il-Paċi magħkom” – din hija t-tislima ta’ Ġesù Rxoxt lid-dixxipli tiegħu, li tiġbor mhux biss is-sens ta’ rikonċiljazzjoni li jdawwal Ħadd il-Għid, imma wkoll l-awgurju li r-rikonċiljazzjoni li l-Mulej qed jagħtina bħala rigal, naqsmuha mal-oħrajn. Il-paċi hija għajn li tfawwar mill-qalb tal-bniedem. Fl-istess ħin, id-dgħufija tgħallimna li l-paċi hija wkoll rigal li nilqgħu mingħand il-Mulej.

Continue reading Il-Paċi Magħkom

In-nissieġ/a

Patri Mario Attard OFM Cap

Iċ-ċombini. It-trajbu. Il-ħajt. Il-magħżel. Il-labbra. Il-ħolqa. Il-minċott. Il-punt… Id-dinja tax-xogħol tal-idejn! Id-dinja li tkun Malti u Maltija! Fil-bżulija tal-id u s-sliem tal-moħħ! Ġenna ta’ sliem!

Xi xhur ilu kelli l-grazzja nduq din il-ġenna ta’ sliem. Dak is-sliem li joħroġ mill-qalb ħelwa u qalbiena tal-mara u tax-xebba bil-għaqal. Li jinsew lilhom infushom. U jintefgħu jaħdmu b’ruħhom u ġisimhom fuq biċċa xogħol tal-idejn. Punt wara punt. Bil-kalma. Bis-sliem. Bis-sewwa. Is-skiet imexxihom hu. L-għaliex is-skiet m’huwiex waħdu. Is-skiet huwa tqil. Tqil bil-ħajja. Anzi … l-Ħajja! Il-leħen ta’ Dak li hu l-Ħajja nnifisha. Ta’ Dak li qal: “Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja” (Ġw 14:6). L-istess leħen ta’ Dak li, fl-ewwel kapitlu tal-ewwel ktieb tal-Bibbja, il-Ġenesi, għammar: “‘Ħa jkun id-dawl.’ U d-dawl sar” (Ġen 1:3). U d-dawl sar għaliex ġej mid-Dawl! Minn dak li qal: “Jiena d-dawl tad-dinja. Min jiġi warajja ma jimxix fid-dlam, iżda jkollu d-dawl tal-ħajja” (Ġw 8:12). Continue reading In-nissieġ/a

Messaġġ tal-Arċisqof lill-Isqfijiet f’Garissa, il-Kenja

Il-Ġimgħa 3 ta’ April 2015: Messaġġ tal-Arċisqof lill-Isqfijiet f’Garissa, il-Kenja

Għeżież +Paul u +Joseph,
L-ewwelnett grazzi mill-qalb tax-xewqat sbieħ tagħkom għall-ħatra tiegħi bħala Arċisqof ta’ Malta.
Continue reading Messaġġ tal-Arċisqof lill-Isqfijiet f’Garissa, il-Kenja