Il-Kunsill

3. Katekeżi dwar id-Doni tal-Ispirtu s-Santu mill-Papa Franġisku. 7 ta’ Mejju 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Għadna kemm smajna l-qari ta’ dik is-silta mill-ktieb tas-Salmi li tgħid: “Inbierek lill-Mulej li tani l-fehma; mqar bil-lejl qalbi tgħallimni” (Salm 16:7). U dan hu don ieħor ta’ l-Ispirtu s-Santu: id-don tal-kunsill. Nafu kemm hu importanti li fil-mumenti l-aktar delikati nkunu nistgħu nserrħu fuq is-suġġerimenti ta’ persuni għarfa u li jridulna l-ġid. Issa, permezz tad-don tal-kunsill, hu Alla nnifsu li, bl-Ispirtu tiegħu, idawwal il-qalb tagħna, hekk li jgħinna nifhmu x’inhu l-mod xieraq li bih għandna nitkellmu u nġibu ruħna u t-triq li għandna nimxu. Imma kif jaħdem fina dan id-don? Continue reading Il-Kunsill

Il-Ħamis, 24 ta’ April 2014, 7.30pm: Is-Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta’ Malta organizza laqgħa ta’ diskussjoni bit-tema, “L-Ittra Pastorali tal-Isqfijiet għal żmien ir-Randan: Sehmna fil-Bini tas-Soċjetà”. Il-laqgħa saret fil-Katekumenju tal-Mosta u fiha ħadu sehem l-Onorevoli Membri Parlamentari Carmelo Abela, David Agius, Charlo Bonnici u Luciano Busutill, flimkien mas-Saċerdot ir-Reverendu Dun Joe Galea Curmi. Fi tmiem il-laqgħa kien hemm ħin qasir għall-interventi minn dawk preżenti.  Il-laqgħa tmexxiet Sinjuri Matteos Galea u Benjamin Camilleri.

Ara l-filmat kollu tad-diskussjoni u wara iktbilna l-kummenti tiegħek.  Nitolbu li l-kummenti jsir bir-rspett u bl-imħaba kollha u li ma jkunux indirizzati lejn persuni individwali.

Continue reading

Il-Knisja ma tistgħax twettaq il-missjoni tiagħha fid-dinja, jekk mhux permezz tal-familja

Silta mill-Omelija li l-Papa Ġwanni Pawlu II kien għamel lill-familji fil-mixja Neo-Katekumenali ,

Ara l-filmat taħt …

“Jekk għandna nitkellmu dwar tiġdid dwar riġenerazzjoni tas-soċjetà umana anzi tal-Knisja bħala soċjetà tal-bnedmin, irridu nibdew minn hawn, minn din il-missjoni.
Knisja Mqaddsa ta’ Alla, inti ma tistagħx tagħmel il-missjoni tiegħek, ma tistagħx twettaq il-missjoni tiegħek fid-dinja, jekk mhux permezz tal-familja u l-missjoni tagħha. Aħna mgħaddsin permezz tas-Sagrament tal-ilma u l-Ispirtu s-Santu, mgħaddsin f’dan il-misteru tal-Għid ta’ Kristu, il-mewt u l-qawmien tiegħu. Continue reading Il-Knisja ma tistgħax twettaq il-missjoni tiagħha fid-dinja, jekk mhux permezz tal-familja

Wasal il-waqt ta’ Sinodu Djoċesan dwar il-Familja ?

sinoduFl-2003 il-Knisja f’Malta kienet ippublikat id-dokument tas-Sinodu Djoċesan dwar Żwieġ u Familja. Minn dakinhar sal-lum seħħew f’pajjiżna diversi ġrajjiet li bidlu radiklament ix-xena lokali fil-qasam tal-familja u taż-żwieġ.

Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi u fid-dawl ukoll tal-importanza li l-Papa Franġisku nnifsu qed jagħti lill-familja, tant li sejjaħ Sinodu tal-Isqfijiet li se jkun kemm din is-sena (2014) u kif ukoll is-sena d-dieħla (2015), forsi ta’ min wieħed jistaqsi …

Wasal iż-żmien li fil-Knisja f’Malta jkollna Sinodu Djoċesan b’tema speċifika dwar il-Familja? Continue reading Wasal il-waqt ta’ Sinodu Djoċesan dwar il-Familja ?

Il-Fehma

2. Katekeżi dwar id-Doni tal-Ispirtu s-Santu mill-Papa Franġisku. 30 t’April 2014

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba.

Wara li ħarisna lejn l-għerf, l-ewwel wieħed mis-seba’ doni ta’ l-Ispirtu s-Santu, il-lum nixtieq nixħet l-attenzjoni tiegħi fuq it-tieni don, jiġifieri dak tal-fehma. Hawn m’aħniex nitkellmu dwar l-intelliġenza umana, il-ħila intellettwali li biha nistgħu nkunu mżejna ftit jew ħafna. Imma din hi grazzja li l-Ispirtu s-Santu biss jista’ jagħti u li żżejjen lin-Nisrani bil-ħila li jmur lil hemm mill-aspett estern tar-realtà u jgħarbel sa fil-qiegħ tal-ħsieb ta’ Alla u tal-pjan tiegħu ta’ salvazzjoni. Continue reading Il-Fehma

Mhux biss il-fidi, issa anke l-kultura!

Din l-esperjenza ta’ wieħed Isqof Franċiż, jirrakontha  l-Kardinal Gianfranco Ravasi.  Hawn taħt issib kopja tagħha kelma b’kelma kif sibtha jien fl-edizjoni ingliża tal-Osservatore Romano tal-15 ta’ April 2014.

Ir-reazjoni immedjata tiegħi kienet, “L-Ewropa mhux biss il-fidi qed titlef, imma anke l-kultura tagħha!” Continue reading Mhux biss il-fidi, issa anke l-kultura!