Il-ferħ jiġi mill-fidi f’Ġesù mhux mir-regoli dottrinali

Il-Ħamis, 26 ta’ Marzu 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

Mhux ir-regola riġida dottrinali tagħti l-veru ferħ imma l-fidi u t-tama tal-laqgħa ma’ Ġesù. Bniedem li jemmen imma li ma jafx jifraħ iġiblek ħniena. Il-Papa Franġisku afferma dan dalgħodu, waqt l-omelija fil-kappella tad-Dar Santa Marta.

Continue reading Il-ferħ jiġi mill-fidi f’Ġesù mhux mir-regoli dottrinali

Talba għas-Sinodu fuq il-Familja

11. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 25 ta’ Marzu 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fil-mixja tagħna ta’ katekeżi fuq il-familja, il-lum din hi waqfa xi ftit speċjali: se tkun waqfa ta’ talb.

Fil-fatt, fil-25 ta’ Marzu, fil-Knisja niċċelebraw solennement it-Tħabbira, bidu tal-Misteru ta’ l-Inkarnazzjoni. L-Arkanġlu Gabrijel iżur ix-xbejba umli ta’ Nazareth u jħabbrilha li sa tnissel u tiled l-Iben ta’ Alla. B’din it-Tħabbira l-Mulej idawwal u jqawwi l-fidi f’Marija, kif imbagħad jagħmel ukoll ma’ żewġha Ġużeppi, biex hekk Ġesù jista’ jitwieled f’familja ta’ bnedmin. Kemm hi ħaġa sabiħa din! Turina kemm profondament il-Misteru ta’ l-Inkarnazzjoni, hekk kif riedu Alla, jiġbor fih mhux biss it-tnissil fil-ġuf ta’ l-omm, imma anki l-ħajja fi ħdan familja vera. Continue reading Talba għas-Sinodu fuq il-Familja

Jalla l-Ġimgħa Mqaddsa tgħinna naċċettaw it-toroq t’Alla

It-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

Illum il-Papa Franġisku stieden lill-Insara kollha bex jaċċettaw l-imħabba t’Alla mingħajr ma jikkritikaw u jsibu oġġezzjonijiet. Din l-istedina għamilha waqt l-omelija tal-quddiesa li qaddes fil-kappella tad-Dar Santa Marta fil-Vatikan.

Continue reading Jalla l-Ġimgħa Mqaddsa tgħinna naċċettaw it-toroq t’Alla

Fejn m’hemmx ħniena, m’hemmx ġustizzja

It-Tnejn, 23 ta’ Marzu 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

Fejn m’hemmx ħniena m’hemmx ġustizzja u ħafna drabi, illum il-ġurnata, il-poplu t’Alla jsofri ġudizzju nieqes mill-ħniena. Hekk afferma dalgħodu l-Papa Franġisku waqt l-omelija fid-Dar Santa Marta.

Continue reading Fejn m’hemmx ħniena, m’hemmx ġustizzja

L-Ingress Solenni tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Is-Sibt 21 ta’ Marzu 2015: OMELIJA TA’ MONSINJUR ARĊISQOF

‘TĦOBBNI INT?’
Il-kelmiet ta’ Ġesù lil Pietru jgħoddu għal kull wieħed u waħda minnha.
Ilum, b’mod speċjali, Ġesù jgħidhom lili, magħżul biex inkun ir-Ragħaj tagħkom.
Id-domanda ta’ Ġesù tfakkarni fid-dgħufija tiegħi u fil-Ħniena tiegħu. Continue reading L-Ingress Solenni tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Il-Familja. It-Tfal I

10. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 18 ta’ Marzu 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Wara li kkummentajna fuq id-diversi figuri tal-ħajja tal-familja – l-omm, il-missier, l-ulied, l-aħwa, in-nanniet –, nixtieq nagħlaq dan l-ewwel grupp ta’ katekeżi fuq il-famlija billi nitkellem fuq it-tfal. Se nagħmel dan f’żewġ mumenti: il-lum se nitkellem dwar id-don kbir li t-tfal huma għall-umanità – veru, huma don kbir għall-umanità, imma huma wkoll imwarrbin bil-kbir għax lanqas iħalluhom jitwieldu – u hawn se nieqaf fuq xi feriti li sfortunatament jagħmlu l-ħsara lit-tfulija. Jiġuni f’moħħi dawk it-tfal kollha li ltqajt magħhom tul l-aħħar vjaġġ tiegħi fl-Asja: mimlijin ħajja, ħeġġa, u, min-naħa l-oħra, nara li fid-dinja ħafna minnhom qed jgħixu f’kundizzjonijiet xejn xierqa… Fil-fatt, minn kif huma ttrattati t-tfal tista’ tiġġudika s-soċjetà, u mhux biss moralment, imma anki soċjoloġikament, jekk hix soċjetà libera jew soċjetà lsira ta’ l-interessi internazzjonali. Continue reading Il-Familja. It-Tfal I

Il-Knisja mhix post fejn l-Insara għandhom jagħlqu l-bibien għal min ikun irid jidħol

It-Tlieta, 17 ta’ Marzu 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

Il-Knisja hija d-dar ta’ Ġesù, dar tal-ħniena li tilqa’ lil kulħadd, u għalhekk mhix post fejn l-Insara għandhom jagħlqu l-bibien għal min ikun irid jidħol. Dan kien il-messaġġ tal-Papa Franġisku fl-omelija li għamel dalgħodu fil-kappella tad-Dar Santa Marta fil-Vatikan.

Continue reading Il-Knisja mhix post fejn l-Insara għandhom jagħlqu l-bibien għal min ikun irid jidħol