Alla ħalaq id-dawl mill-ġdid.

“L-Għid il-Kbir huwa ħolqien mill-ġdid.  Fih Alla tenna l-kliem, “Ikun id-dawl”.  Issa reġa’ hu l-ewwel jum.  Ġesù jqum mill-imwiet u joħroġ mill-qabar.  Il-ħajja hija b’qawwija aktar mill-mewt. It-tajjeb b’saħtu aktar mill-ħażin. L-imħabba aktar mill-mibegħda.  Id-dlam tal-jiem li għaddew tkeċċa fil mument li Kristu ħareġ mill-qabar, u Hu nnifsu sar id-Dawl safi ta’ Alla.”

Dawn kienu uħud mill-ħsibijiet li esprima l-Papa Benedittu XVI fl-omelija li għamel waqt il-quddiesa tal-vġili tal-Għid, u li matulha il-Knisja tixgħel il-blandun bħala simbolu ta’ Kristu, waqt li tkanta l-kliem, “Id-dawl tad-dinja.”

Aqra aktar …> http://www.zenit.org/article-34602?l=english

Qam kif kien qalilkom.

“L-għala qegħdin tfittxuh qalb il-mejtin, lil Dak li hu ħaj?”  

Din kienet id-domanda ta’ l-anġlu lin-nisa meta kmieni mas-sebħ tal-ewwel jum tal-ġimgħa kienu marru ħdejn il-qabar ta’ Ġesù, sabu l-blata mgerba minn quddiem il-qabar, u tħassbu għax il-katavru tiegħu ma sabuħx. (ara Lq 24:1-12)  Forsi aktar minn domanda,  dik tal-anġlu, nistgħu nħarsu lejha aktar bħala ċanfira ħelwa li fakkrithom fil-kliem li kien qalilhom l-Imgħallem stess tagħhom meta dan kien għadu magħhom fil-Galilija; li huwa kellu jkun mogħti f’idejn il-midinbin, ikun imsallab, imma fit-tielet jum iqum mill-imwiet. Continue reading Qam kif kien qalilkom.

Qaddejja ta’ Alla fiż-Żwieġ u fil-Familja.

Nixtiequ nistednuk għal konferenza dwar il-koppja Maltija, Henry u Inez Casolani li għixu bħala “Qaddejja ta’ Alla fiż-Żwieġ u fil-Familja” u li bħalissa qed isiru tħejjijiet biex jekk hi rieda ta’ Alla tibda l-kawża għall-beatifikazzjoni tagħhom.  Il-kelliem ewlieni se jkun is-Segretarju Pastorali, Monsinjur Charles Cordina. Ikun hemm ukoll esperjenzi personali mill-Kardjoloġista, Dr Robert Xuereb u mill-Avukat, Dr Christopher Gruppetta.

Il-konferenza tkun nhar il-Ġimgħa, 20 ta’ April 2012, fl-Auditorium tal-Istitut Kattoliku fil-Floriana u tibda is-7.00 ta’ filgħaxija.  Kulħadd mistieden.
.

Kif Se Nġeddu Lilna Nfusna?

Mid-diskors tal-Papa lis-saċerdoti f’Ħamis ix-Xirka 2012

Ħbieb għeżież, hija l-konformità tagħna ma’ Kristu l-ewwel kondizzjoni u l-bażi ta’ kull tiġdid. Jista’ jiġrilna kultant li l-figura ta’ Ġesù Kristu tant narawha għolja u tant tidher kbira li ma nissugrawx inqabblu lilna nfusna magħha. Imma l-Mulej dan jafu, u għalhekk ipprovdielna ‘traduzzjonijiet’ fuq skala li hi iktar aċċessibbli għalina u iktar qrib tagħna.

Continue reading Kif Se Nġeddu Lilna Nfusna?

Missalin ghat-tfal

DOMANDA
Huwa inkuraġġanti li waqt il-Quddiesa diversi jużaw il-missalin ta’ kuljum. Min jaf kieku jsir missalin għat-tfal, għall-ħdud u għall-festi? Wieħed jista’ jieħu l-mudell tal-missalin li juzaw Franza, li fih il-qari, stampi, spjega ta’ xi kliem fl-istess qari u logħob marbut mat-tema li tkun. Fl-istess ħin hu għodda ta’ katekeżi. Hu missalin prattiku, kif wieħed jinnota fil-liturġija ta’ Ħadd il-Palm, li l-qari tal-Passjoni hu wieħed qasir, biex jintuża fejn issir Quddiesa immirata għat-tfal.
(Joe Galea 2 ta’ April 2012)

TWEĠIBA minn Dun Jesmond Manicaro

L-idea hi sabiha ħafna. Il-problema hi n-nuqqas ta’ riżorsi umani biex jaħdmu fuq proġett bħal dan li jinvolvi grupp ta’ nies li kwazi jaħdmu full time. Nieħu gost nisma aktar kummenti dwar dan. (2 ta’ April 2012)

Tisma’ u ssegwi
Skond il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, il-Liturġija hi l-”azzjoni ta’ Kristu sħiħ”. (KKK) Hija ”l-komunita’ kollha, il-Ġisem ta’ Kristu mar-Ras tiegħu”, jiġifieri ”l-poplu qaddis ta’ Alla”, li tiċċelebra. Għalhekk irid ikun hemm ”tisħib ħaj u attiv tal-fidili”. Minbarra l-lajċi li jintgħażlu biex jieħdu sehem fil-qari taċ-ċelebrazzjonijiet, hemm il-ġemgħa li, jew ikollhom il-messalin, jew isegwu fuq il-fuljetti li tipprovdi l-knisja jew kappella li tkun. Imma għad hawn min hu kontra din il-prattika. Veru li l-kelma t’Alla hi biex tismagħha, u mhux biex issegwiha, kif jirraġunaw xi wħud u ma jaċċettawx li fiċ-ċelebrazzjonijiet li jmexxu huma, in-nies ma jingħatawx l-opportunita’ li jsegwu fuq dawn il-fuljetti? Ftit spjega dwar dan tgħin għal iktar ”għaqda” li hi mixtieqa mill-veru sens tal-Liturġija. (Joe Galea, 7 ta’ April 2012)

Naqbel ħafna ma’ li kiteb is-Sur Joe Galea dwar il-Missalin …

Naqbel ħafna ma’ li kiteb is-Sur Joe Galea dwar il-Missalin għat-tfal. Kull meta nkun il-quddies mat-tifla tiegħi dejjem nispiċċa ninduna li ma tkun qed tifhem xejn milli jkun qed jingħad mill-qassisin għax jużaw forsi xi ftit kliem tqil ghall-eta’ ta’ 8 snin. Nieħu gost jekk isir xi ħaġa dwar dan. Tislijiet.  (Fifi Bugeja,  11 ta’ Lulju 2012)

Malta f’Laqgħa Internazzjonali għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.

Żewġ żgħażagħ, membri tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ), qed jirrapreżentaw lil Malta f’laqgħa internazzjonali ġewwa Ruma, bi preparazzjoni għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2013. Il-laqgħa tiġi fi tmiema nhar il-Ħadd, l-1 ta’ April. Continue reading Malta f’Laqgħa Internazzjonali għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.