Malta f’Laqgħa Internazzjonali għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.

Żewġ żgħażagħ, membri tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ), qed jirrapreżentaw lil Malta f’laqgħa internazzjonali ġewwa Ruma, bi preparazzjoni għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2013. Il-laqgħa tiġi fi tmiema nhar il-Ħadd, l-1 ta’ April. Continue reading Malta f’Laqgħa Internazzjonali għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.

Il-Konverżjoni ta’ Claude Newman.

Claude Newman, Afrikan Amerikan, twieled  fl-1923 u ta’ ħames snin, missieru qabad u ħadu għand nanntu. Claude kien iħobbha ħafna lil nanntu iżda meta din reġgħet iżżewġet, ir-raġel, Sid Cook, beda jaħqarha.

Wara xi snin dawn isseparaw. Iżda jidher li Claude lil Sid ma ħafirilux għax darba minnhom, għamel għalih u qatlu.  Inqabad u ngħata s-sentenza tal-mewt.

Fil-ħabs, waqt li kien jistenna l-jum li jiġi ġġustizzjat, kien f’cella ma’ erbgħa oħra.  Darba minnhom ra domna ma’ għonq priġunier ieħor. Saqsieh x’kienet iżda dak qabad id-domna, tefagħha fl-art u qallu : tista’ toħodha.  Claude ġabarha, ħares lejha, u qiegħdha ma’ għonqu għalkemm ma kienx jaf x’kienet. Fil-fatt, kienet il-medalja mirakoluża tal-Madonna.

Dak il-lejl, stenbaħ meta ħass xi ħadd imisslu idu.  Ma’ ġenbu jara lil, kif qal hu stess, l-isbaħ mara li qatt ħalaq Alla. Għall-ewwel beża’, iżda Hi qaltlu: Jekk tridni nkun ommok u inti tkun ibni, ibgħat għal qassis kattoliku. Newman beda jgħajjat li ra spirtu u li ried qassis kattoliku.

Continue reading Il-Konverżjoni ta’ Claude Newman.

Żjara f’Malta tal-Kardinal Joao Braz de Aviz.

Nhar is-Sibt 24 ta’ Marzu ser jasal Malta l-Kardinal Joao Braz de Aviz, Prefett tal-Kongregazzjoni tal-Ħajja Konsagrata u tas-Soċjetajiet ta’ Ħajja Apostolika. Il-Kardinal Braz de Aviz ser jiġi Malta fuq stedina tas-Superjuri Reliġjużi Maġġuri biex jiltaqa’ mal-patrijiet u  s-sorijiet Maltin u Għawdxin. Din il-laqgħa ser issir nhar it-Tnejn 26 ta’ Marzu fil-5.00 p.m. fis-Sala tas-Sorijiet Agostinjani, Fleur-de-Lys.

Continue reading Żjara f’Malta tal-Kardinal Joao Braz de Aviz.

Courageous.

Illum Festa ta’ San Ġużepp, infakkrukom fil-film Courageous – Eluf ta’ missirijiet fl-Istati Uniti qegħdin iwieġbu s-sejħa biex jiskopru mill-ġdid il-pjan t’Alla għall-paternita’ tagħhom, ispirati mill-film il-ġdid “Courageous”, li l-istess produtturi tal-film “Fireproof” ħarġuh f’forma ta’DVD.

Il-film isegwi l-ġrajja t’erbat irġiel li jitħabtu biex jaqdu l-missjoni tagħhom, “biex iservu u jipproteġu”, kemm bħala uffiċjali tal-pulizija kif ukoll bħala missirijiet.

Continue reading Courageous.

Żdied in-numru ta’ Kattoliċi, Saċerdoti u Isqfijiet.

Matul l-2010 żdied in-numru ta’ Kattoliċi, djakni, saċerdoti u isqfijiet filwaqt li n-numru ta’ nisa msieħbin fl-ordnijiet reliġjużi kompla jonqos. Dan joħroġ minn statistika tal-Vatikan li tgħid li fi tmiem l-2010 l-popolazzjoni Kattolika madwar id-dinja żdiet bi 15-il miljun, jew 1.3%, li hi rata li tiżboq bi ftit it-tkabbir tal-poplazzjoni dinjija li hu stmat li kibret b’1.1%.

Continue reading Żdied in-numru ta’ Kattoliċi, Saċerdoti u Isqfijiet.

L-Għaqda bejn il-Kattoliċi u l-Anglikani.

Il-Papa jgħid li jeħtieġ li l-Kattoliċi u l-Anglikani jkomplu-jaħdmu għall-għaqda.

Ruma – Filwaqt li jiftakru fl-għeruq tal-Kristjaneżimu li hu komuni bejniethom, il-Kattoliċi u l-Anglikani għandhom iġeddu l-impenn fit-talb biex jaħdmu għall-għaqda fost l-Insara.  Dan qalu l-Papa Benedittu XVI li flimkien mal-Arċisqof ta’ Canterbury Rowan Williams, mexxej spiritwali tal-Komnujoni Anglikana, fl-10 ta’ Marzu ċċelebraw il-vespri fil-knisja ta’ San Girgor fuq l-Għolja Celio, il-knisja li minnha, fis-sena 597, il-Papa Gregorju Manju kien bagħat lil Santu Wistin ta’ Canterbury flimkien ma’ erbgħin patri ieħor biex jevanġeliżżaw l-Ingilterra.

Continue reading L-Għaqda bejn il-Kattoliċi u l-Anglikani.

Tkompli l-Vjolenza fin-Niġerja

Bomba fi knisja tħalli għaxra mejta.

MapJos, in-Niġerja – L-aġenzija Reuters irrappuratat li minbarra l-10 minn-nies li nqatlu meta splodiet bomba ħdejn knisja f’Jos, fin-Niġerja, fl-istess jum mietu 10 oħra.  L-attakk fuq il-knisja qanqal ritaljazzjoni minn-naħa ta’ grupp ta’ żgħażagħ magħrufin bħala “Kristjani Żgħażagħ” li minħabba fih mietu aktar nies.  Is-setta iżlamika Boko Haram ħadu r-responsabbiltà ta’ din il-mewġa ta’ attakki bil-bombi fuq il-knejjes fin-Niġerja li ilhom sejrin minn żmien il-Milied.  Skont l-aġenzija Reuters, matul l-aħħar għaxar snin Jos saret iċ-ċentru l-aktar milqut minn tensjonijiet bejn il-komunitajiet Insara u Musulmani tan-Niġerja.  Mill-Milied ‘l hawn twettqu ħafna attakki bil-bombi fuq knejjes.

Continue reading Tkompli l-Vjolenza fin-Niġerja