Kamra numru 43

Patri Mario Attard OFM Cap

L-Erbgħa, it-28 ta’ Diċembru 2016, kellna l-laqgħa tal-Provinċja tagħna għal żmien il-Milied. Bħala Franġiskani Kapuċċini nkunu qiegħdin nistennewha. L-għaliex, laqgħat bħal dawn, jagħtuna ħafna kuraġġ ħalli nissukktaw interrqu t-triq tal-impenn tagħna lejn Ġesù Kristu u l-Knisja tiegħu.

Dakinnhar wasalt kmieni l-Kunvent. Għalhekk, ħassejt fija x-xewqa li nżur mill-ġdid, u b’qalb miftuħa u tbaqbaq, l-istudentat. Kemm inħobbu l-Istudentat tal-Kunvent tagħna ta’ Floriana! Kemm tifkiriet sbieħ għandi f’qalbi f’dan il-post daqshekk speċjali. F’Arja qaddisa. U fi spazzju ta’ tama kbira u nfinita! Continue reading Kamra numru 43

Charity towards the sick

Fr Mario Attard OFM Cap

During the past weeks the temperature in Malta has been getting chillier and chillier. In fact, according to the Malta International Airport Meteorological Office temperatures even dropped to a minimum of 4ºC. Obviously, this kind of weather will surely make influwenza incidences soar up. Unfortunately many are contracting this unpleasant and irritating virus. Continue reading Charity towards the sick

Ġuditta: il-kuraġġ ta’ mara jimla bit-tama lil poplu sħiħ

8. Katekeżi dwar it-Tama Nisranija mill-Papa Franġisku. 25 ta’ Jannar 2017.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fost il-figuri ta’ nisa li jippreżentalna t-Testment il-Qadim, tispikka dik ta’ eroina kbira tal-poplu: Ġuditta. Il-ktieb bibliku li jġib isimha jirrakkonta l-kampanja militari imponenti tas-sultan Nebukadnessar, li, meta saltan fuq Ninwe, wessa’ l-konfini tal-imperu billi rebaħ fuq il-poplu ta’ madwaru u ġabhom taħtu. Il-qarrej jifhem li hawn għandu quddiemu għadu kbir u invinċibbli li qed jiżra’ l-mewt u l-qerda u li jasal saħansitra sal-Art Imqaddsa, u jqiegħed fil-periklu l-ħajja ta’ wlied Israel.

Continue reading Ġuditta: il-kuraġġ ta’ mara jimla bit-tama lil poplu sħiħ

L-Arċisqof Charles J. Scicluna dwar Kapitlu 8 tal-Amoris Laetitia

It-Tlieta, 24 ta’ Jannar 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna kien intervistat minn Tonio Bonello fuq l-RTK fil-programm, “Bir-Rispett Kollu” dwar il-Kriterji li ħarġu l-Isqfijiet għall-applikazzjoni ta’ Kapitlu 8 tal-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa Franġisku, Amoris Laetitia Continue reading L-Arċisqof Charles J. Scicluna dwar Kapitlu 8 tal-Amoris Laetitia

Alla japprezza li nirrabjaw miegħu għax dan juri li aħna awtentiċi

It-Tlieta 24 ta’ Jannar 2017. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Li nagħmlu r-rieda t’Alla ma jfissirx li ma niddiskutux jew ma nirrabjawx mal-Mulej. L-importanti hu li nkunu sinċieri, mhux wiċċ b’ieħor, u nibqgħu sakemm ngħidulu ‘hawn jien’. Dan kien fil-qosor il-ħsieb ewlieni tal-omelija li l-Papa Franġisku għamel dalgħodu fil-kappella tad-Dar Santa Marta, fil-Vatikan.

Continue reading Alla japprezza li nirrabjaw miegħu għax dan juri li aħna awtentiċi