L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu

Il-Ħamis 14 ta’ Lulju 2016: L-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu, Għawdex, waqt Pellegrinaġġ tal-Kapitlu tal-Katidral, fl-okkażjoni tal-Ġublew tal-Ħniena.

Continue reading L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu

In-Number One!

Patri Mario Attard OFM Cap

Nhar il-Ħamis, 16 ta’ Ġunju, fil-Knisja tagħna l-Kapuċċini f’Għajn Dwieli, kelli l-grazzja li nqaddes il-quddiesa tat-tfal fil-ġimgħa ta’ festi f’ġieħ Sant’Antnin ta’ Padova.

It-tfal ifakkruni f’dak li kien iħobb jagħmel il-Papa Emeritu, Benedittu XVI, qabel kien jagħti xi lecture fl-università: l-ewwel kien jaqsam it-tagħlim ma’ oħtu. U, jekk oħtu kienet tifhmu, allura kien ikollu ċ-ċertezza li l-istudenti kienu se jifhmuh żgur. It-tfal huma sfida għalina s-saċerdoti. Għax iniżżluna mill-ħafna teoriji u kliem tqil biex ngħaddulhom il-messaġġ tal-vanġelu bl-aktar mod sempliċi u li jinftiehem. Continue reading In-Number One!

The Provincial Chapter of the Maltese Capuchin Province

Fr Mario Attard OFM Cap

From Monday 6 till Friday 10 June I had the joy of celebrating with my Maltese Franciscan Capuchin brothers the Provincial Chapter. This Chapter was the 68th one in the history of the Maltese Capuchin Province of St Paul’s Shipwreck.

As The Constitutions of the Capuchin Friars Minor say: “The provincial chapter in which the members gather in fraternal communion in the name of the whole province is the primary provincial authority” (Article IV, 124). Fr Pio Murat, the General Councilor who was representing the General Minister of the Order of Friars Minor Capuchin, Fr Mauro Jöhri OFM Cap, presided this Provincial Chapter. The superiors elected as the result of this Chapter are: Fr Martin Micallef OFM Cap was reconfirmed as Provincial Minister for the coming three years, Fr Domnic Mangani OFM Cap, (which was also elected as the Vicar Provincial), Fr Carmelo Aquilina OFM Cap, Fr Raymond Bonnici OFM Cap and Fr Joe Saliba OFM Cap were elected as Provincial Councilors. Continue reading The Provincial Chapter of the Maltese Capuchin Province

Splużjoni ta’ Ferħ!

Patri Mario Attard OFM Cap

Kull darba li nżurhom għid li se ddurni waħda sew! Lanqas nilħaq inpoġġi fuq is-sufan li ma tarahiex ġewwa irrankata għal fuqi! Lanqas biss tagħtini nifs! Kemm tilagħqli wiċċi!

Ara taħsbu li toqgħod tqis li jien Patri! Anzi! X’ħin tarani bil-libsa twila kannella aktar tirranka u ttir għal fuqi! U daqqa titlagħli mal-kapoċċ. Imbagħad tinżel straxxnata għal fuq saqajja. U meta ma jkollhiex il-ballun f’ħalqha ara ġejja tilgħabli mal-kurdun! Imnalla nżommu f’post wieħed l-għaliex nispiċċa mingħajru! Minn Patri insir Qassis! U daqskemm tabeż fuqi tħallili ruxxmata suf abjad imwaħħal maċ-ċoqqa! Tant li nistħajjilni aktar Patri Dumnikan milli Franġiskan! Continue reading Splużjoni ta’ Ferħ!

Taf x’qed niftakar?

Patri Mario Attard OFM Cap
Ta’ 43 sena qatt ma ħlomt li kont se ngħaddi minn din l-esperjenza sabiħa. Esperjenza li ġġagħlni kuljum napprezza dan ir-rigal imprezzabbli li jismu “ħajja”.

Mhux l-ewwel darba li nkun għall-kwiet. Fis-skiet. Fil-baħħ vojt u mimli. Fl-istorbju tas-silenzju. U, minn dan l-istorbju, nara tiġi misluta quddiemi xi ġrajja. Donnha clip tal-You Tube. U f’dan il-clip nara xi esperjenza li nkun ġarrabt. Jekk din l-esperjenza tkun sabiħa ibqgħu ċerti li se ngħaddi l-bqija tal-ġurnata ferħan. Fil-paċi. Filwaqt li jekk il-clip tkun ta’ niket, għalkemm il-paċi tibqa’ f’qalbi, nitnikket xorta waħda. Bħal ħaddieħor. Continue reading Taf x’qed niftakar?