L-omm dejjem … omm

Patri Mario Attard OFM Cap 

Illum, il-Ħadd 8 ta’ Mejju, huwa jum l-omm! Jum dik li lili u lilek tagħtna l-aqwa ħaġa li qatt jista’ jkollna: il-ħajja!

Din is-sena Jum l-Omm għandu tifsira għal kollox speċjali. Jum l-Omm qiegħed isir fil-kuntest tal-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena. Jiġini f’moħħi u f’qalbi l-kliem sabiħ u għażiż li jgħid il-Mulej permezz tal-profeta Iżaija: “Tista’ mara tinsa t-tarbija tagħha, u ma tħennx għal bin ġufha? Mqar jekk din tinsa, jien ma ninsiek qatt! Ara! Naqqaxtek fuq il-keffa ta’ idejja” (Is 49:16). Issa dan ħbieb m’huwiex sempliċiment kliem sabiħ li jqabbiżlek id-dmugħ. Lanqas m’hu kliem li jtellgħalek l-għoqla fi griżmejk u jħallik iddur magħha. Xejn minn dan! Dan huwa kliem li jissarraf f’verità kbira u sagrosanta. Il-Mulej ma jitlaqna QATT! Saħansitra anki jekk omm, għal xi raġuni stramba, tasal li twettaq dan. Hu dejjem jibqa’ hemm għalina! X’imħabba hux! Continue reading L-omm dejjem … omm

Il-Missier Ħanin

18. Katekeżi dwar il-Ħniena mill-Papa Franġisku. 11 ta’ Mejju 2016.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-lum din l-udjenza qed issir f’żewġ postijiet: billi kien hemm il-biża’ tax-xita, il-morda jinsabu fl-Awla Pawlu VI u magħqudin magħna bl-iskrin kbir; żewġ postijiet imma udjenza waħda. Insellmu lill-morda li qegħdin fl-Awla Pawlu VI. Il-lum nixtiequ nirriflettu fuq il-parabbola tal-Missier il-ħanin. Din titkellem fuq missier u ż-żewġt uliedu, u tlaqqagħna mal-ħniena bla tarf ta’ Alla.

Continue reading Il-Missier Ħanin

Il-missjunarju hu dak li ‘jaħli ħajtu għal Ġesù’

It-Tlieta 10 ta’ Mejju 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Kull bniedem li jagħżel li jmur il-missjoni biex iħabbar il-Vanġelu fil-postijiet l-aktar imwarrbin, hu doċli għal-leħen tal-Ispirtu s-Santu li jimbuttana biex ‘naħarqu’ ħajjitna għall-Kelma t’Alla.

Continue reading Il-missjunarju hu dak li ‘jaħli ħajtu għal Ġesù’

L-Ispirtu s-Santu jagħmilna Nsara veri mhux Insara ‘virtwali’

It-Tnejn 9 ta’ Mejju 2016. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

L-Ispirtu s-Santu jmexxi l-Knisja, qal il-Papa Franġisku waqt l-omelija ta’ dalgħodu fid-Dar Santa Marta. Waqt il-quddiesa l-Papa sellem lis-sorijiet Vinċenzjani li jaħdmu u jmexxu d-Dar Santa Marta, għax illum hija l-festa tal-fundatriċi tagħhom Santa Luisa Marillac.

Continue reading L-Ispirtu s-Santu jagħmilna Nsara veri mhux Insara ‘virtwali’