Nemmen fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika u appostolika

9. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 22 ta’ Mejju 2013

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba.

Fil-Kredu, dritt wara li nkunu stqarrejna l-fidi tagħna fl-Ispirtu s-Santu, ngħidu: “Nemmen fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika u appostolika”. Hemm rabta profonda bejn dawn iż-żewġ realtajiet tal-fidi: fil-fatt hu l-Ispirtu s-Santu li jagħti l-ħajja lill-Knisja, li jmexxi l-passi tagħha. Mingħajr il-preżenza u l-azzjoni bla waqfien ta’ l-Ispirtu s-Santu, il-Knisja ma tistax tgħix u ma tistax twettaq ix-xogħol li Ġesù Rxoxt fdalha biex tmur u tagħmel dixxipli mill-ġnus kollha (ara Mt 28:18). Continue reading Nemmen fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika u appostolika