Ħalba xita  

Patri Mario Attard OFM Cap  

Jekk f’dan iż-żmien issemmi l-kelma “xita” għal uħud tidher qisek ix-xitan! U ma tagħti tort lil ħadd! Mhux sabiħ li, f’dan it-temp bnazzi, f’daqqa waħda tibda’ nieżla x-xita!

Il-ħalba xita li għamlet nhar il-Ħadd, l-10 ta’ Mejju, f’jum l-omm, ma naħsibx li niżlet tajjeb ma’ kulħadd. L-aktar ma’ min kien qiegħed barra jieħu gost u kellu, f’daqqa waħda, jara x’jagħmel u jmur jistkenn x’imkien. Jekk ma riedx li jieħu tixriba nobis! Continue reading Ħalba xita