L-ewwel żjara pastorali tal-Arċisqof-elett fid-Dar tal-Providenza

Il-Ħadd l-1 ta’ Marzu 2015: L-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna għamel l-ewwel żjara pastorali tiegħu fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi, fejn iċċelebra Quddiesa u ltaqa’ mar-residenti personalment. Huwa kellu wkoll l-opportunità li jitlob fuq il-qabar ta’ Mons. Mikiel Azzopardi, il-fundatur tad-Dar tal-Providenza.

Continue reading L-ewwel żjara pastorali tal-Arċisqof-elett fid-Dar tal-Providenza

L-Arċisqof-elett jiċċelebra Quddiesa fil-parroċċa ta’ Ħal Lija

Nhar is-Sibt 28 ta’ Frar 2015:  L-Arċisqof-elett Mons. Charles J. Scicluna iċċelebra quddiesa fil-knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija. Fost dawk preżenti kien hemm il-ġenituri ta’ Mons. Scicluna, li flimkien miegħu huma residenti f’dan ir-raħal. F’isem il-parroċċa, l-kappillan offra lill-Eċċellenza Tiegħu rigal ta’ tifkira.

Continue reading L-Arċisqof-elett jiċċelebra Quddiesa fil-parroċċa ta’ Ħal Lija