Il-Knisja hija l-Ġisem ta’ Kristu

12. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 19 ta’ Ġunju 2013

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-lum se nieqaf ftit fuq espressjoni oħra li biha l-Konċilju Vatikan II ifisser in-natura tal-Knisja: dik tal-ġisem. Il-Konċilju jgħid li l-Knisja hi l-Ġisem ta’ Kristu (ara Lumen gentium, 7). Continue reading “Il-Knisja hija l-Ġisem ta’ Kristu”

Nemmen fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika u appostolika

9. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 22 ta’ Mejju 2013

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba.

Fil-Kredu, dritt wara li nkunu stqarrejna l-fidi tagħna fl-Ispirtu s-Santu, ngħidu: “Nemmen fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika u appostolika”. Hemm rabta profonda bejn dawn iż-żewġ realtajiet tal-fidi: fil-fatt hu l-Ispirtu s-Santu li jagħti l-ħajja lill-Knisja, li jmexxi l-passi tagħha. Mingħajr il-preżenza u l-azzjoni bla waqfien ta’ l-Ispirtu s-Santu, il-Knisja ma tistax tgħix u ma tistax twettaq ix-xogħol li Ġesù Rxoxt fdalha biex tmur u tagħmel dixxipli mill-ġnus kollha (ara Mt 28:18). Continue reading “Nemmen fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika u appostolika”

L-Ispirtu s-Santu u l-azzjoni li jwettaq biex imexxina lejn il-Verità

8. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 15 ta’ Mejju 2013

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-lum nixtieq nieqaf nitkellem fuq l-azzjoni li l-Ispirtu s-Santu jwettaq biex imexxi lill-Knisja u lil kull wieħed u waħda minna lejn il-Verità. Ġesù nnifsu jgħid hekk lid-dixxipli: “iwassalkom għall-verità kollha” (Ġw 16:13), billi hu nnifsu hu “l-Ispirtu tal-verità” (ara Ġw 14:17; 15:26; 16:13). Continue reading “L-Ispirtu s-Santu u l-azzjoni li jwettaq biex imexxina lejn il-Verità”

Ġesù għandu jerġa’ jiġi fil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin

7. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 24 ta’ April 2013

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fil-Kredu aħna nistqarru li Ġesù “għandu jerġa’ jiġi fil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin”. L-istorja tal-bniedem tibda bil-ħolqien tar-raġel u tal-mara fuq is-sura u x-xbieha ta’ Alla u tagħlaq bil-ġudizzju finali minn Kristu. Spiss ninsew dawn iż-żewġ poli ta’ l-istorja, u fuq kollox il-fidi fil-miġja mill-ġdid ta’ Kristu u fil-ġudizzju finali kultant m’hix daqshekk ċara u soda fil-qlub ta’ l-Insara. Continue reading “Ġesù għandu jerġa’ jiġi fil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin”

Ġesù tela’ s-sema, u qiegħed fuq il-lemin tal-Missier

6. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 17 ta’ April 2013

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fil-Kredu nsibu l-istqarrija li Ġesù “tela’ s-sema, u qiegħed fuq il-lemin tal-Missier”. Il-ħajja ta’ Ġesù fuq din l-art tilħaq il-qofol tagħha fil-ġrajja tat-Tlugħ is-Sema, meta Hu jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier u jitla’ joqgħod fil-leminija tiegħu. X’tifsira għandha din il-ġrajja? X’inhuma l-konsegwenzi tagħha għal ħajjitna? Xi jfisser tikkontempla lil Ġesù li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier? Dwar dan, ejjew inħallu lill-evanġelista Luqa jdawwalna. Continue reading “Ġesù tela’ s-sema, u qiegħed fuq il-lemin tal-Missier”

It-tifsira salvifika tal-Qawmien ta’ Kristu u għaliex mingħajru l-fidi tagħna tkun fiergħa

5. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 10 ta’ April 2013

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fil-Katekeżi tal-ġimgħa l-oħra waqafna nitkellmu fuq il-ġrajja tal-Qawmien ta’ Ġesù, li fiha n-nisa kellhom rwol partikulari. Il-lum nixtieq nirrifletti fuq it-tifsira salvifika tagħha. U għaliex mingħajru l-fidi tagħna tkun fiergħa? Il-fidi tagħna hi mibnija fuq il-Mewt u l-Qawmien ta’ Kristu, l-istess kif dar tistrieħ fuq il-pedamenti: jekk dawn iċedu, tikkrolla d-dar kollha. Continue reading “It-tifsira salvifika tal-Qawmien ta’ Kristu u għaliex mingħajru l-fidi tagħna tkun fiergħa”

Rigal minn Alla lill-Knisja tiegħu.

Fr1-7“Annuntio vobis gaudium magnum. Nagħtikom aħbar ta’ ferħ kbir.” Waqt li bdejt insegwi kollox fuq it-televiżjoni, jiena stess kont għadni ma bdejtx nifhem sewwa l-implikazzjonijiet kbar ta’ dik l-aħbar.  L-oriġni tal-kliem bil-Latin li min jaf kemm drabi tħabbar minn dik il-gallerija majestuża fuq Pjazza ta’ San Pietru, imur lura tal-anqas elfejn sena.  Kien tħabbar l-ewwel darba mill-anġlu lil ftit rgħajja foqra mir-raħal ta’ Betlehem.  X’fehmu dawk dakinhar?  U x’qed nifhmu aħna llum dwar l-implikazzjonijiet kbar ta’ din l-aħbar unika. Continue reading “Rigal minn Alla lill-Knisja tiegħu.”