Introduzzjoni: Ix-xewqa għal ħajja sħiħa

1. Katekeżi dwar il-Kmandamenti mill-Papa Franġisku. 13 ta’ Ġunju 2018.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum hi l-festa ta’ Sant’Antnin ta’ Padova. Min minnkom jismu Anton? Ċapċipa lill-“Antonijiet” kollha. Illum qed nibdew mixja ġdida ta’ katekeżi fuq it-tema tal-Kmandamenti. Il-kmandamenti tal-Liġi ta’ Alla. Biex nintroduċuha, ħa nieħdu spunt mis-silta li għadna kemm smajna: il-laqgħa bejn Ġesù u raġel – żagħżugħ – li jinxteħet għarkupptejh quddiemu jistaqsih kif jista’ jikseb il-ħajja ta’ dejjem (ara Mk 10:17-21). U f’dik il-mistoqsija hemm l-isfida ta’ kull ħajja, anki tagħna: ix-xewqa għal ħajja sħiħa, bla tmiem.

Continue reading “Introduzzjoni: Ix-xewqa għal ħajja sħiħa”