Il-Knisja hija Omm, tkomplija

15. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 18 ta’ Settembru 2013

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-lum sa nerġa’ nitkellem fuq ix-xbieha tal-Knisja bħala omm. Lili togħġobni wisq din ix-xbieha tal-Knisja bħala omm. Għalhekk ridt nerġa’ lura fuqha, għax din ix-xbieha jidhirli li trid turina mhux biss kif inhi l-Knisja, imma anki liema wiċċ għandu jkollha dejjem iżjed il-Knisja, din ommna l-Knisja. Continue reading Il-Knisja hija Omm, tkomplija

Il-Knisja hi d-dar ta’ Alla, il-post tal-preżenza tiegħu

13. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 26 ta’ Ġunju 2013

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-lum nixtieq nirriferi fil-qosor għal xbieha oħra li tgħinna biex infissru l-misteru tal-Knisja: dik tat-Tempju (ara Konċilju Ekumeniku Vatikan II, Kostituzzjoni Dommatika Lumen gentium, 6). Continue reading Il-Knisja hi d-dar ta’ Alla, il-post tal-preżenza tiegħu

Il-Knisja hija il-Poplu ta’ Alla

11. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 12 ta’ Ġunju 2013

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-lum nixtieq nieqaf fil-qosor fuq terminu ieħor li bih il-Konċilju Vatikan II fisser min hi l-Knisja, dak ta’ “Poplu ta’ Alla” (ara Kostituzzjoni Dommatika Lumen gentium, 9; Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, 782). U dan nagħmlu b’xi mistoqsijiet, li fuqhom kulħadd jista’ jirrifletti xi ftit. Continue reading Il-Knisja hija il-Poplu ta’ Alla

Il-Knisja bħala familja ta’ Alla

10. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 29 ta’ Mejju 2013

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Nhar l-Erbgħa li għadda tkellimt fuq ir-rabta profonda li hemm bejn l-Ispirtu s-Santu u l-Knisja. Il-lum nixtieq nagħti bidu għal katekeżi fuq il-misteru tal-Knisja, misteru li lkoll kemm aħna ngħixu u nagħmlu parti minnu. Dan nixtieq nagħmlu b’espressjonijiet li huma preżenti b’mod qawwi fit-testi tal-Konċilju Ekumeniku Vatikan II. Continue reading Il-Knisja bħala familja ta’ Alla

Il-Knisja hija l-Ġisem ta’ Kristu

12. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 19 ta’ Ġunju 2013

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-lum se nieqaf ftit fuq espressjoni oħra li biha l-Konċilju Vatikan II ifisser in-natura tal-Knisja: dik tal-ġisem. Il-Konċilju jgħid li l-Knisja hi l-Ġisem ta’ Kristu (ara Lumen gentium, 7). Continue reading Il-Knisja hija l-Ġisem ta’ Kristu

Nemmen fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika u appostolika

9. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 22 ta’ Mejju 2013

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba.

Fil-Kredu, dritt wara li nkunu stqarrejna l-fidi tagħna fl-Ispirtu s-Santu, ngħidu: “Nemmen fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika u appostolika”. Hemm rabta profonda bejn dawn iż-żewġ realtajiet tal-fidi: fil-fatt hu l-Ispirtu s-Santu li jagħti l-ħajja lill-Knisja, li jmexxi l-passi tagħha. Mingħajr il-preżenza u l-azzjoni bla waqfien ta’ l-Ispirtu s-Santu, il-Knisja ma tistax tgħix u ma tistax twettaq ix-xogħol li Ġesù Rxoxt fdalha biex tmur u tagħmel dixxipli mill-ġnus kollha (ara Mt 28:18). Continue reading Nemmen fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika u appostolika

L-Ispirtu s-Santu u l-azzjoni li jwettaq biex imexxina lejn il-Verità

8. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 15 ta’ Mejju 2013

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-lum nixtieq nieqaf nitkellem fuq l-azzjoni li l-Ispirtu s-Santu jwettaq biex imexxi lill-Knisja u lil kull wieħed u waħda minna lejn il-Verità. Ġesù nnifsu jgħid hekk lid-dixxipli: “iwassalkom għall-verità kollha” (Ġw 16:13), billi hu nnifsu hu “l-Ispirtu tal-verità” (ara Ġw 14:17; 15:26; 16:13). Continue reading L-Ispirtu s-Santu u l-azzjoni li jwettaq biex imexxina lejn il-Verità