Ġesù għandu jerġa’ jiġi fil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin

7. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 24 ta’ April 2013

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fil-Kredu aħna nistqarru li Ġesù “għandu jerġa’ jiġi fil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin”. L-istorja tal-bniedem tibda bil-ħolqien tar-raġel u tal-mara fuq is-sura u x-xbieha ta’ Alla u tagħlaq bil-ġudizzju finali minn Kristu. Spiss ninsew dawn iż-żewġ poli ta’ l-istorja, u fuq kollox il-fidi fil-miġja mill-ġdid ta’ Kristu u fil-ġudizzju finali kultant m’hix daqshekk ċara u soda fil-qlub ta’ l-Insara. Continue reading “Ġesù għandu jerġa’ jiġi fil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin”

Ġesù tela’ s-sema, u qiegħed fuq il-lemin tal-Missier

6. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 17 ta’ April 2013

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fil-Kredu nsibu l-istqarrija li Ġesù “tela’ s-sema, u qiegħed fuq il-lemin tal-Missier”. Il-ħajja ta’ Ġesù fuq din l-art tilħaq il-qofol tagħha fil-ġrajja tat-Tlugħ is-Sema, meta Hu jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier u jitla’ joqgħod fil-leminija tiegħu. X’tifsira għandha din il-ġrajja? X’inhuma l-konsegwenzi tagħha għal ħajjitna? Xi jfisser tikkontempla lil Ġesù li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier? Dwar dan, ejjew inħallu lill-evanġelista Luqa jdawwalna. Continue reading “Ġesù tela’ s-sema, u qiegħed fuq il-lemin tal-Missier”

It-tifsira salvifika tal-Qawmien ta’ Kristu u għaliex mingħajru l-fidi tagħna tkun fiergħa

5. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 10 ta’ April 2013

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fil-Katekeżi tal-ġimgħa l-oħra waqafna nitkellmu fuq il-ġrajja tal-Qawmien ta’ Ġesù, li fiha n-nisa kellhom rwol partikulari. Il-lum nixtieq nirrifletti fuq it-tifsira salvifika tagħha. U għaliex mingħajru l-fidi tagħna tkun fiergħa? Il-fidi tagħna hi mibnija fuq il-Mewt u l-Qawmien ta’ Kristu, l-istess kif dar tistrieħ fuq il-pedamenti: jekk dawn iċedu, tikkrolla d-dar kollha. Continue reading “It-tifsira salvifika tal-Qawmien ta’ Kristu u għaliex mingħajru l-fidi tagħna tkun fiergħa”

Jiena nemmen f’Alla: Il-Ħallieq tas-sema u tal-art; il-Ħallieq tal-bnedmin

3. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Benedittu XVI. 6 Frar 2013

Għeżież ħuti,

Il-Kredu, li jibda billi lil Alla jsejjaħlu “Missier li jista’ kollox”, kif diġà immeditajna l-ġimgħa l-oħra, imbagħad iżid jgħid li Hu “ħalaq is-sema u l-art”, u hekk jerġa’ jaqbad ma’ l-istqarrija li biha tiftaħ il-Bibbja.  Fl-ewwel vers ta’ l-Iskrittura Mqaddsa, fil-fatt, naqraw: “Fil-bidu Alla ħalaq is-sema u l-art” (Ġen 1:1): hu Alla l-bidu ta’ kull ma jeżisti, u fil-ġmiel tal-ħolqien tinfetaħ quddiemna l-qawwa tiegħu li tista’ kollox ta’ Alla li jħobb. Continue reading “Jiena nemmen f’Alla: Il-Ħallieq tas-sema u tal-art; il-Ħallieq tal-bnedmin”

Jiena nemmen f’Alla: Il-Missier li jista’ kollox

2. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Benedittu XVI. 30 ta’ Jannar 2013

Għeżież ħuti,

Fil-katekeżi ta’ nhar l-Erbgħa li għadda waqafna fuq l-ewwel kelmiet tal-Kredu: “Jiena nemmen f’Alla”.  Imma l-istqarrija tal-fidi tispeċifikaha din l-affirmazzjoni: Alla hu l-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u l-art.  Għalhekk nixtieq li issa nirrifletti magħkom fuq l-ewwel definizzjoni fundamentali ta’ Alla li jippreżentalna l-Kredu: Hu Missier. Continue reading “Jiena nemmen f’Alla: Il-Missier li jista’ kollox”

“Jiena nemmen f’Alla”

1. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Benedittu XVI. 23 ta’ Jannar 2013

Għeżież ħuti,

F’din is-Sena tal-Fidi, nixtieq il-lum nibda nirrifletti flimkien magħkom fuq il-Kredu, jiġifieri fuq l-istqarrija solenni tal-fidi li takkumpanja l-ħajja tagħna li nemmnu.  Il-Kredu jiftaħ hekk: “Jiena nemmen f’Alla”.  Hi stqarrija fundamentali, li minn barra tidher sempliċi fl-essenzjalità tagħha, imma li tiftaħ lill-bniedem għad-dinja infinita tar-relazzjoni tiegħu mal-Mulej u mal-misteru tiegħu.  Li temmen f’Alla jimplika li taċċetta li jidħol f’ħajtek, li tilqa’ l-Kelma tiegħu u tobdi bil-ferħ ir-rivelazzjoni tiegħu.  . Continue reading ““Jiena nemmen f’Alla””