Il-ġenna, destinazzjoni tat-tama tagħna

38. Katekeżi dwar it-Tama Nisranija mill-Papa Franġisku. 25 ta’ Ottubru 2017.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Din hi l-aħħar katekeżi fuq it-tema tat-tama Nisranija, li akkumpanjatna mill-bidu ta’ din is-sena liturġika. U se nagħlaq billi nitkellem fuq il-ġenna, bħala destinazzjoni tat-tama tagħna.

Continue reading Il-ġenna, destinazzjoni tat-tama tagħna

Henjin dawk li jmutu fil-Mulej

37. Katekeżi dwar it-Tama Nisranija mill-Papa Franġisku. 18 ta’ Ottubru 2017.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum nixtieq inqiegħed f’konfront ma’ xulxin it-tama Nisranija u r-realtà tal-mewt, realtà li ċ-ċiviltà moderna tagħna dejjem iżjed qed tipprova tħassar. Hekk, meta tasal il-mewt, għal min ikun qrib tagħna u għalina stess, insibu ruħna m’aħniex imħejjija, sajma wkoll mill-“alfabett” meħtieġ biex nistgħu ngħaqqdu kliem li jagħmel sens madwar il-misteru tagħha, li xorta waħda jibqa’.

Continue reading Henjin dawk li jmutu fil-Mulej

L-istennija attenta

36. Katekeżi dwar it-Tama Nisranija mill-Papa Franġisku. 11 ta’ Ottubru 2017.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum nixtieq nieqaf ftit fuq dik id-dimensjoni tat-tama li hi ­­l-istennija attenta. It-tema tas-sahra hi waħda mill-aspetti ewlenin tat-Testment il-Ġdid. Ġesù jipprietka hekk lid-dixxipli tiegħu: “Żommu ġenbejkom imħażżma u l-imsiebaħ tagħkom mixgħula; kunu bħal nies jistennew lil sidhom lura mill-festa tat-tieġ, biex malli jiġi u jħabbat, jiftħulu minnufih” (Lq 12:35-36).

Continue reading L-istennija attenta

Missjunarji tat-tama llum

35. Katekeżi dwar it-Tama Nisranija mill-Papa Franġisku. 4 ta’ Ottubru 2017.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

F’din il-katekeżi nixtieq nitkellem fuq it-tema “Missjunarji tat-tama llum”. Qed nieħu pjaċir nagħmel dan fil-bidu tax-xahar ta’ Ottubru, li fil-Knisja hu ddedikat b’mod partikulari lill-missjoni, u anki nhar il-festa ta’ San Franġisk ta’ Assisi, li kien missjunarju kbir tat-tama!

Continue reading Missjunarji tat-tama llum

L-għedewwa tat-tama

34. Katekeżi dwar it-Tama Nisranija mill-Papa Franġisku. 27 ta’ Settembru 2017.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Bħalissa aħna qed nitkellmu fuq it-tama; imma llum nixtieq nirrifletti magħkom fuq l-għedewwa tat-tama. Għax it-tama għandha l-għedewwa tagħha: bħal kull ħaġa tajba f’din id-dinja, għandha l-għedewwa tagħha.

Continue reading L-għedewwa tat-tama

Nedukaw għat-tama

33. Katekeżi dwar it-Tama Nisranija mill-Papa Franġisku. 20 ta’ Settembru 2017.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-katekeżi tal-lum għandha bħala tema: “Nedukaw għat-tama”. U għalhekk jien se nagħtiha billi nindirizzakom direttament, bl-“inti”, għax nistħajjilni qed nitkellem bħala edukatur, bħala missier lil żagħżugħ, jew lil kull persuna oħra li moħħha miftuħ biex titgħallem.

Continue reading Nedukaw għat-tama