Quddiesa fl-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar għall-Professjonisti f’Għawdex

Il-Moviment Gradwati Għawdxin jistieden lill-gradwati u l-membri tal-professjonijiet kollha (anki koppji) għall-Quddiesa tal-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar fis-6 ta’ Ottubru 2017.  Bħas-soltu ssir fil-knisja ta’ Santu Wistin (Victoria): fit-8.30pm. Ikun hemm ukoll il-possibilta’ tal-Qrar minn kwarta qabel.