Archive

Archive for October 15, 2017

L-Ikla tat-Tieġ: Il-Knisja

October 15, 2017 Leave a comment

Powerpoint tat-28 Ħadd matul is-Sena A. Il-Qari tal-Quddiesa tal-Ħadd, għat-tfal, studenti u familji. Iftaħ il-powerpoint minn din il-link … 28th Sunday Yr A ppt

Categories: PP tal-Ħadd

Għallmu t-talba tar-Rużarju lit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna

October 15, 2017 Leave a comment

Il-Ġimgħa, 13 ta’ Ottubru 2017: Pellegrinaġġ u Quddiesa fl-okkażjoni tal-100 sena mid-dehriet tal-Madonna ta’ Fatima. Read more…

Lectio Divina: 29  Ħadd Matul Sena A

October 15, 2017 Leave a comment

Vanġelu (Matt 22. 12-21): Fi żmien Ġesu il-Lhud kellhom iħallsu lir-Rumani taxxi ta’ 50%: (a) kien hemm taxxa fuq l-għelieqi titħallas skond in-numru ta’ siġar li wieħed ikollu; (b) oħra fuq il-propjeta; (ċ) taxxa għall-permess biex tiżvolġi professjoni jew sengħa; (d) kien hemm taxxa li l-Lhud tant kien jobogħdu: 20%  fuq id-dħul; (e) imbagħad kull min kellu bejn l-14-il sena u l-65 ried iħallas dinar (paga ta’ ġurnata xogħol) darba fis-sena.  Għal din it-taxxa qed jirreferi l-episodju tal-lum.  Read more…

Categories: Lectio Divina

Kappillan ġdid fil-parroċċa ta’ Santa Luċija

October 15, 2017 Leave a comment

Dun Joseph Mizzi twieled fil‑11 ta’ Ottubru 1970. Huwa rċieva l‑edukazzjoni primarja fl‑iskola ta’ Ħaż‑Żebbuġ, l‑edukazzjoni sekondarja fil‑Liċeo Mikiel Anton Vassalli tal‑Ħandaq, Ħal Qormi, u l‑edukazzjoni post-sekondarja fil‑Kulleġġ San Alwiġi, Birkirkara. Kompla l‑istudji terzjarji fil‑Fakultà tat‑Teoloġija (Filosofija u Teoloġija), fl‑Università ta’ Malta.
Read more…

Categories: Aħbarijiet

Arċipriet ġdid fil-parroċċa tal-Birgu

October 15, 2017 Leave a comment

L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Kan. Dun Karm Busuttil bħala Arċipriet tal‑Parroċċa tal‑Birgu. Read more…

Categories: Aħbarijiet

Lectio Divina fl-okkażjoni tal-1950 anniversarju mill-martirju ta’ San Pawl

October 15, 2017 2 comments

Kull nhar ta’ Ġimgħa, bejn is-6.30 u s-7.30 ta’ filgħaxija, għand is-Sorijiet Benedittini fl-Imdina qed isiru laqgħat ta’ Lectio Divina b’rabta mal-1950 anniversarju mill-martirju tal-Appostlu Missierna San Pawl.  Kulħadd huwa mistieden.

Ara l-programm kollu b’aktar dettalji …

Categories: Avviżi

L-Evanġelju tal-Ħadd, 15 ta’ Ottubru 2017

October 15, 2017 Leave a comment

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Mt 22, 1-14

Ma nafx ċelebrazzjoni ta’ tieġ kemm iddum illum. Nisma’ li hawn uħud li jdumu ħafna. Nisma’ wkoll li hawn min id-dewmien jipprova jevitah minħabba l-ħlasijiet tal-overtime tal-impjegati. Fi żmien Ġesù, tieġ kien l-aqwa festa fir-raħal jew belt tal-għarajjes. Barra minn festa tal-għartajjes, tieġ kien il-festa tal-komunità kollha u kien idum ħafna, kultant anke ġimgħa sħiħa. U dan tieġ ta’ nies ordinarji f’raħal jew belt, aħseb u ara meta jkun it-tieġ ta’ bin is-Sultan. Read more…