Għal Ewropa iżjed soċjali: Intervent tal-Isqof Mario Grech fil-Laqgħa Plenarja tal-COMECE

Il-Ħamis, 26 ta’ Ottubru 2017, Ruma: L-Ewropa waslilha ż-żmien biex tagħmel eżami serju tal-kuxjenza fuq ir-rwol tagħha f’soċjetà fejn ir-rata tal-faqar bla dubju qiegħda tikber jum wara l-ieħor. Skont l-aħħar rapport tal-Ewrostat, ċittadin Ewropew fuq erbgħa għaddej minn żmien diffiċli: dħul baxx ħafna, esklużjoni soċjali, għajnuna ta’ xejn. L-ispejjeż qed jagħmluhom mhux biss l-anzjani, imma anki t-tfal, 27% minnhom jgħixu f’familji foqra. Il-faqar fost it-tfal issa sar fenomenu dejjem jikber anki fil-pajjiżi sinjuri, bħal Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit. Continue reading “Għal Ewropa iżjed soċjali: Intervent tal-Isqof Mario Grech fil-Laqgħa Plenarja tal-COMECE”