Kartolina mil-Papa dwar il-kruha tal-gwerra

It-Tlieta, 2 ta’ Jannar 2018: Lejlet l-aħħar tas-sena, f’mossa mhux tas-soltu, il-Papa Franġisku ordna lill-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan biex jistampa u jqassam kopji ta’ ritratt framuż li kien ittieħed wara li splodiet il-bomba nukleari fuq Nagasaki. Ir-ritratt juri tifel ta madwar 10 snin, iġorr il-katavru ta’ ħuh biex jieħdu għall-kremazzjoni. Continue reading “Kartolina mil-Papa dwar il-kruha tal-gwerra”

Iż-żgħażagħ, ix-xorb u d-droga. X’tista’ tagħmel il-familja?

Il-Konferenza annwali organizzata mill-Kummissjoni Familja tad-Djoċesi ta’ Għawdex ser tinżamm f’ Villa Fiorita, limiti ta’ Marsalforn, nhar is-Sibt 20 ta’ Jannar bejn il-5.00pm u t-8.00pm. Bħal fis-snin l-imgħoddija l-iskop ewlieni tal-konferenza hu dak li tipprovdi mument ta’ formazzjoni għall-familji dwar il-familja billi tagħti spunti ta’ kif wieħed jista’ jsaħħaħ il-familja tiegħu.
Continue reading “Iż-żgħażagħ, ix-xorb u d-droga. X’tista’ tagħmel il-familja?”

L-Evanġelju tat-Tlieta, 2 ta’ Jannar 2018

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Ġw 1, 19-28

Ix-xhieda ta’ Ġwanni kienet din: meta l-Lhud ta’ Ġerusalemm bagħtu għandu xi qassisin u Leviti biex jistaqsuh: “Int min int?”. Hu stqarr bla ma ċaħad: “Jien m’iniex il-Messija”. Huma reġgħu staqsewh: “Mela min int? Int Elija?”. “M’iniex”, qalilhom. “Int il-Profeta?”. “Le”, weġibhom. Imbagħad qalulu: “Mela min int? Biex nagħtu tweġiba lil dawk li bagħtuna. Min tgħid li int?”. U hu wieġeb kif qal il-profeta Iżaija: “Jiena l-leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert: Wittu t-triq tal-Mulej”.
Continue reading “L-Evanġelju tat-Tlieta, 2 ta’ Jannar 2018”