Vanġelu (Ġw. 1. 35 – 42): San Ġwann, f’kap 1, jirrakonta l-ġrajjiet li seħħew fl-ewwel ġimgħa tal-ministeru ta’ Ġesu. Dil-ġimgħa tibda bil-magħmudija ta’ Ġesu u tispiċċa bit-tieġ ta’ Kana. Illum qed jgħidilna fuq it-tielet jum. Ġesu kien għaddej qrib ix-xmara, il-Battista lemħu u qal lil tnejn mid-dixxipli tiegħu: “Hekk hu l-Ħaruf t’Alla,” għax mhux biss ħares lejh imma għaraf (emblempo = tara x’hemm ġewwa) tassew min kien, x’kienet l-identita profonda tiegħu. Continue reading “Lectio Divina tat-2 Ħadd matul is-Sena “B””