Lectio Divina tal-27 Ħadd. Sena “A”

Vanġelu (Matt. 21. 33-43). Illum għandna parabbola oħra fuq id-dwieli.  Għaliex Ġesu` ma jużax frotta oħra?  Għax il-Lhud mill-ewwel kienu jifhmu li qed jirreferi għall-poplu ta’ Israel.  Il-profeti dejjem għallmu li l-poplu Lhudi kien bħal għalqa tad-dwieli li Alla kien ħawwel bl-ikbar galbu u kura.  Wieħed kien jistenna li dawn id-dwieli jipproduċu għeneb b’saħħtu u ħelu li jagħmel inbid mill-ifjen.  “Il-maħbub tiegħi kellu għalqa tad-dwieli u ħawwel fiha dwieli mill-aħjar….stennieha tagħmel għeneb tajjeb imma kull ma għamlet kien għeneb qares” (Isaija 5.1-2). “Int qlajt dielja mill-Eġittu, warrabt il-ġnus biex tħawwel lilha…. Meddet sal-baħar il-friegħi tagħha, sax-xmara (Ewfrate) ż-żraġen tagħha” (Salm 80. 9-12). Din l-għalqa hi Israel.  Wara li Alla tant ħabb u ħa ħsieb dan il-poplu, stenna l-frott minn għandhom.

ARA AKTAR