L-Evanġelju tat-Tnejn 24 ta’ Settembru 2018

Print Friendly, PDF & Email

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Ara l-qari kollu tal-quddiesa tal-lum: http://www.laikos.org/QQ/Qari_Quddies.php
Lq 8, 16-18

l-iblaħ biss jixgħel id-dawl u jaħbih. Min hu rasu fuq għonqu jixgħel id-dawl biex jidher kollox, inkella ma jixgħel xejn. Kull m ahu moħbi għad jidher.

Fl-isqaqien dojoq ta’ moħħna ġieli jitnissel il-ħsieb li nistgħu nikkonvinċu lilna nfusna li nistgħu nippjanaw u nwettqu dakli ma jidhirx u hekk nevitaw is-sogru li ninqabdu. Il-ħtija mhix marbuta ma’ dak li ma jinqabadx imma ma’ dak li jiġi ppjanat u jitwettaq. Kollox jinġiebgħad-dawl.

Ġesù jgħid din il-frażi kurjuża. Oqgħodu attenti kif tisimgħu. Mhux x’nisimgħu imma kif nisimgħu. Ħafna għandhom il-ħila jisimgħu u l-apparat biex jisimgħu bih, iżda l-attitidni li biha tisma’, li ġġiegħelek tisma dak li jaqbel lilek mhux dak li tasse wikunq e djingħad, tinfluwenzalek dak li tisma’ u tagħrblu biex minnu jidħol f’moħħok dak li jaqbel lilek. Jekk l-attitudni tiegħek tkun kontra dak li qe dtisma, jkollok saħansitra l-ila tibdlu għal dak li jdoqq tassew għalik, anke jekk ikun bil-maqlub għal kollox.

Iżd amin jagħmel hekk ikun qiegħed jirremetti anke l-inqas attitduni tajba li jkollu, għax mminflok jisma dak li jkun qed ningħadlu u jkun qe djibdel dak li jisma’ għal dak li hu kuntrarju.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading