Funeral ieħor, din id-darba għal glacier fi Svizzra.

Wara l-funeral li sar għall-‘mewt’ tal-iceberg Okjökull, fl-Islandja, li hu pajjiż fejn isir abort lill-kważi t-trabi kollha li jkunu se jitwieldu bid-down-syndrome, issa fl-Alpi tal-Isvizzra – li tilqa’ persuni minn pajjiżi oħra biex itemmu ħajjithom bl-ewtanasja – nhar il-Ħadd 22 ta’ Settembru sar funeral b’rispett tal-‘glacier’ Pizol, li naqas bi 80 fil-mija mid-daqs tiegħu. Nies tal-post, ‘hikers’ u ambjentalisti, uħud minnhom lebsin l-iswed, telgħu fuq il-muntanja biex isellmu lill-fdal tal-glacier. Fiċ-ċerimonja saru diskorsi funebri minn chaplain u minn xjenzjati u tqiegħdet kuruna b’tifkira tal-glacier.

https://www.bbc.com/news/world-europe-49788483

Rapport ta’ Joe Galea