IL-PAPA LJUN XIV
ANGELUS
Piazza della Libertà (Castel Gandolfo)
Il-Ħadd 26 ta’ Lulju, 2026
Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb!
Il-qofol tat-tagħlim ta’ Ġesù hu l-misteru tas-Saltna t’Alla. L-Evanġelju tal-lum iqabbel dal-misteru ma’ ġawhra u ma’ teżor (cfr Mt 13,44-52). Il-parabboli jikxfulna s-sorpriża ta’ min isib dak li lanqas biss seta’ jittama li jikseb — tant li l-fatt li jbigħ jew iħalli kollox warajh ma jibqax jidher bħala sagrifiċċju, iżda gwadann. Fil-fatt, sa mill-ewwel paġni, l-evanġelisti jiddeskrivu bħala irreżistibbli s-sejħa għas-sekwela ta’ Ġesù: ħielsa, veru, iżda urġenti u kapaċi tqanqal tweġiba minnufih għax imħeġġa mix-xewqa. Dan hu l-ewwel aspett importanti ta’ kif Alla hu qrib u juri ruħu: il-laqgħa mas-Saltna tiegħu hi bidla fid-direzzjoni li mhux talli ma tillimitax, talli twessa’ l-ħajja. Jekk issa hemm xi ħaġa li hemm bżonn tinbidel, hi li tkattar il-possibiltajiet mhux tnaqqashom.
Aktar