Xbieha tal-Madonna ta’ Fatima f’pajjiżi ex-Sovjetiċi

Print Friendly, PDF & Email

L-istatwa pellegrina tal-Madonna ta’ Fatima ser iżżur tliet pajjiżi ex repubbliki Sovjetiċi għall-ewwel darba.

F’Settembru u Ottubru l-istatwa pellegrina tal-Madonna ta’ Fatima ser iżżur għall-ewwel darba l-Armenja, l-Ġeorġja u l-Ażerbajġan. In-Nunzju Appostoliku fl-Armenja u l-Ġeorġja, l-Arċisqof José Bettencourt, qal fi stqarrija li ta lill-Aġenzija Ecclesia li “l-Kattoliċi mill-Kawkasu ferħu bl-aħbar taż-żjara tax-Xbieha tal-Madonna ta’ Fatima li ġejja fir-reġjun”.

L-Arċisqof Bettencourt qal li l-immaġni se ġġib messaġġ ta’ “rikonċiljazzjoni u paċi” hekk kif tinġieb fil-parroċċi u l-komunitajiet fit-tliet pajjiżi. Din l-inizjattiva twieġeb għat-tħassib tal-Papa Franġisku, li fid-diskors tiegħu li qal lill-korp diplomatiku akkredit lis-Santa Sede tat-8 ta’ Frar, qed isegwi “b’attenzjoni b’mod partikolari s-sitwazzjoni attwali fin-Nofsinhar tal-Kawkasu, fejn diversi konflitti qed jiskalaw.”

Il-Qdusija Tiegħu nnota li dawn il-kunflitti “jdgħajfu l-istabbiltà tar-reġjun kollu”. L-Armenja u l-Ażerbajġan riċentement ġġieldu gwerra fuq ir-reġjun ikkontestat ta’ Nagorno-Karabakh.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.catholicnewsagency.com/news/our-lady-of-fatima-pilgrim-statue-to-visit-three-former-soviet-republics-for-first-time-21975

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading