Il-Papa Franġisku jaġġorna l-kodiċi legali tal-Vatikan

Il-Papa Franġisku approva numru ta’ bidliet fil-kodiċi penali tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan u fil-proċeduri tal-ġustizzja kriminali, nklużi l-possibbiltajiet ta’ sentenzi mnaqqsa, programmi ta’ riabilitazzjoni u sentenza ta’ servizz fil-komunità, kif ukoll li ma jibqax jippermettu proċessi ‘in absentia’.

Il-bidliet, imħabbra mill-Vatikan fis-16 ta’ Frar, saru minħabba li l-qasam tal-ġustizzja kriminali jeħtieġ “attenzjoni kostanti” sabiex in-normi u l-proċeduri jkunu jistgħu jlaħħqu mal-ħtiġijiet li qed jinbidlu, partikolarment meta s-soluzzjonijiet qodma issa huma “skaduti”, jgħid id-dokument papali. “Wara proċess t’aġġornament kontinwu u wara l-bdiel tal-għarfien maż-żmien”, il-Papa approva bidliet fil-kodiċi penali tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan b’diversi artikoli ġodda.

Wieħed jippermetti tnaqqis ta’ sentenza ta’ bejn 45 sa 120 jum għal kull sena li tkun ġiet innotifikata mill-persuna kkundannata meta hi jew hu “ġġibu ruħhom b’tali mod li jippreżumu l-indiema u jkun ħadu sehem b’suċċess fi programm ta’ trattament u riabilitazzjoni”.

Meta dawk ikkundannati jibdew jiskontaw is-sentenza tagħhom, jistgħu jfasslu, bi ftehim mal-Imħallef, “programm ta’ trattament u ntegrazzjoni mill-ġdid li jkun fih indikazzjoni tal-impenji speċifiċi li hu/hi se jieħu, ukoll bil-ħsieb li jeliminaw jew itaffu l-konsegwenzi tar-reat, b’kunsiderazzjoni għal dan il-għan, kumpens għad-danni, riparazzjoni u restituzzjoni.” Il-persuna tista’ wkoll tipproponi servizz komunitarju li jibbenefika “mill-interess pubbliku” jew attivitajiet ta’ volontarjat “ta’ importanza soċjali” kif ukoll proposti mmirati lejn “il-promozzjoni, fejn possibli, ta’ medjazzjoni mal-persuna offiża.”

Artiklu ieħor li ġie modifikat fil-kodiċi tal-istat tal-belt tal-Vatikan, hija l-proċeduri tal-qorti kriminali u jabolixxi l-provi ‘in absentia’, li kienu permessi fil-każ li l-akkużat ma deherx; dawk il-provi tħallew iseħħu u sentenza mogħtija kienet tkun fuq il-bażi tal-provi ppreżentanti mingħajr ma jissejħu x-xhieda tad-difiża. Bil-liġi l-ġdida, jekk il-konvenut jirrifjuta li jattendi s-smigħ “mingħajr ma jintwera mpediment leġittimu, il-proċess normali ser jipproċedi billi jqis lilu jew lilha bħala rappreżentat mill-avukat difensur tiegħu jew tagħha.” “Jekk, min-naħa l-oħra, l-akkużat ma jidhirx fis-smigħ u jintwera li hu jew hi ma jistgħux jidhru minħabba ‘impediment leġittimu u serju, jew jekk minħabba  dimenzja ma jistgħux jipprovdu għad-difiża tiegħu jew tagħha stess’, il-qorti jew l-Imħallef waħdieni huma obbligati li jissospendu l-proċess.”

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://cruxnow.com/cns/2021/02/vatican-city-law-abolishes-in-absentia-trials-allows-reduced-sentencing/

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.