X’għandek? X’int imħasseb?

Patri Mario Attard OFM Cap

Innutatni dieħel ħdejn il-pazzjenti. Qdejthom minn qalbi. Imbagħad ħarġet u ġiet issibni. Għall-ewwel ħasdittni. Imma ferħittni. Għaliex sensittiva għall-bżonnijiet tal-proxxmu!

“X’għandek Patri? X’int imħasseb?” Il-mistoqsijiet tagħha mimlija mħabba daħlu f’qalbi. Apprezzajthom. Kelli bżonnhom! “Int taf kif jaħdem kompjuter meta jkollu xi tlett programmi għaddejjin f’daqqa? Kif il-lembut idur u jgħaqad?” Tbissmet. Ħadt ir-ruħ. L-għaliex issa bdiet tifhem x’kont se ngħidilha. “Immaġina,” weġibtha. Ikollok mat-tlett affarijiet f’moħħok x’se tagħmel. Bilfors li tinkwieta xi naqra hux biex tara kif se tlaħħaqhom.” “Veru Patri!” weġbitni. “Għandek raġun! Imma peress li int dejjem tistaqsina kif aħna issa kien imiss lili biex nara kif int”. Continue reading “X’għandek? X’int imħasseb?”