Home > Arċisqof Charles J. Scicluna, Avviżi > Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Novembru 2017

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Novembru 2017


Tħabbret il-lista taċ-Ċelebrazzjonijiet liturġiċi li se jmexxi l-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Novembru 2017.

340369-740xNone

L‑Erbgħa 1 ta’ Novembru, Festa tal-Qaddisin kollha, fil‑5:00 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħlaq il‑proċess Djoċesan għall‑kawża tal‑Beatifikazzjoni tal‑Qaddej ta’ Alla Patri Avertan Fenech OC, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il-Quddiesa tibda fis‑6:00 p.m. Iċ‑ċelebrazzjoni tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

Il‑Ħamis 2 ta’ Novembru, fl‑10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fit‑Tifkira Solenni tal‑Mejtin kollha, fil‑Knisja taċ‑Ċimiterju tal‑Addolorata, Raħal Ġdid. Il‑Quddiesa tixxandar fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

Il‑Ġimgħa 3 ta’ Novembru 2017, fil‑11:00 a.m., Monsinjur Arċisqof iżur l‑Allied Group, l‑Imrieħel, u jiċċelebra Quddiesa. Fis-2:00 p.m., l-Arċisqof imexxi l-Quddiesa tal-funeral ta’ Daphne Caruana Galizia, fil-Knisja Arċipretali tal-Mosta.

Is‑Sibt 4 ta’ Novembru, fit‑8:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fuq l‑artal ta’ San Carlo Borromeo, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Fis‑6:00 p.m., l-Arċisqof jamministra is‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Qrendi.

Il‑Ħadd 5 ta’ Novembru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali tas‑Siġġiewi. Fil‑5:00 p.m., l-Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Balzan.

It‑Tlieta 7 ta’ Novembru, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Katidral tal‑Imdina, b’suffraġju għall‑erwieħ tal‑isqfijiet, saċerdoti u reliġjużi.

Il‑Ħamis 9 ta’ Novembru, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal‑gradwati l‑ġodda tal‑Università ta’ Malta, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

Is‑Sibt 11 ta’ Novembru, fl‑10:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti ta’ St Martin’s College, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ San Ġwann. Fl‑4:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Għaxaq.

Il‑Ħadd 12 ta’ Novembru, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fl‑okkażjoni ta’ Jum it‑Tifkira, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta. Fil-11:00 a.m., l-Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja tax‑Xgħajra, u fl‑4:30 p.m. jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali taż‑Żurrieq.

It‑Tnejn 13 ta’ Novembru, fis‑7:15 p.m., Monsinjur Arċisqof jagħti l‑ministeru tal‑akkolitat lill‑erba’ seminaristi, fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, Tal‑Virtù.

Is‑Sibt 18 ta’ Novembru, fl‑4:45 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Bormla u jiltaqa’ ma’ dawk preżenti, fil‑bidu tal‑Viżta Pastorali fil‑Parroċċa ta’ Bormla.

Il‑Ħadd 19 ta’ Novembru, fit‑8:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Qrar, u fid‑9:15 a.m. jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Bormla, bħala parti mill‑Viżta Pastorali.

L‑Erbgħa 22 ta’ Novembru, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u wara jippreżenta ċ‑ċertifikati lill‑gradwati tal‑Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali, fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, Tal‑Virtù.

Il‑Ġimgħa 24 ta’ Novembru, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Mosta u wara jiftaħ l‑Assemblea Djoċesana 2017, fil‑Katekumenju, il‑Mosta.

Is‑Sibt 25 ta’ Novembru, fis‑6:30 p.m. Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti il‑pussess lil Dun Robert Grech bħala l‑Kappillan il‑ġdid tal‑Parroċċa San Ġorġ Preca, is‑Swatar.

Il‑Ħadd 26 ta’ Novembru, fl‑10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Luqa. Fil‑5.00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra it‑talba tal‑Għasar fil‑festa ta’ Kristu Re, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera. Din iċ‑ċelebrazzjoni tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

It‑Tlieta 28 ta’ Novembru, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑bidu tan‑Novena bi tħejjija għall‑festa tal‑Immakulata Kunċizzjoni, f’Bormla.

  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: