Il-Papa Franġisku: “Titilfux l-għerf tal-qalb!”

Il-Ħadd, il-Papa Franġisku mmarka t-58 Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali u fakkarna, fejn fid-dinja, dejjem qed nimtlew bl-intelliġenza artifiċjal, biex qatt ma nitilfu “l-għerf tal-qalb.” Meta tkellem waqt ir-Regina Caeli, huwa qal: “Meta nirkupraw l-għerf tal-qalb, nistgħu ninterpretaw it-talbiet ta’ żmienna u niskopru mill-ġdid it-triq għal komunikazzjoni kompletament umana.”

Il-kliem tiegħu għamel eku tal-Messaġġ li ħareġ għal din l-okkażjoni, bit-titlu: “L-Intelliġenza Artifiċjali u l-għerf tal-Qalb: Lejn Kommunikazzjoni Sħiħa Umana.” U ma nsiex jirringrazzja lil dawk kollha li jaħdmu fil-qasam tal-komunikazzjoni tal-ħidma tagħhom.

Il-Papa mmarka wkoll Jum l-Omm, li, qal, huwa ċċelebrat “illum f’ħafna pajjiżi”. “Ejjew naħsbu bi gratitudni fl-ommijiet kollha, u nitolbu għall-ommijiet li marru l-Ġenna,” qal, qabel ma afda lill-ommijiet għall-protezzjoni ta’ Marija, ommna tas-sema, u talab biex tingħata ċapċipa għall-ommijiet kollha.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2024-05/pope-francis-regina-caeli-communications-mothers-day.html

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading