L-Ikla tal-Ħaruf

Print Friendly, PDF & Email

F’Ħamis ix-Xirka, minbarra li nsegwu l-Quddiesa, nistgħu nagħmlu l-ikla tagħna ta’ filgħaxija f’ambjent reliġjuż bl-għajnuna ta’ din iċ-ċelebrazzjoni.

L-IKLA TAL-ĦARUF

X’Għandna bżonn

Ħobża żgħira għal kull persuna, maqsuma fi tnejn u Iesta biex tqiegħed iż-żejt fiha

Platt kbir mimli bil-ħxejjex

Platt żgħir biż-żebbuġ ieħor bil-bajd

Platt bil-frott

Xemgħat jixegħlu Ii jżejnu I-mejda u ftit fjuri

Flixkun inbid

Il-membri tal-famlja, anke t-tfal, isibu posthom madwar il-mejda. Tajjeb li l-qari jsir minn membri differenti tal-familja.

DAĦLA

Quddiemna għandna mejda mżejna, bħal ma jkun hemm f’ħafna djar Lhud Ii jiċċelebraw il-Għid. lI-Lhud għandhom kalendarju differenti minn tagħna. Skond dan il-kalendarju, fl-erbatax il-jum tax-xahar ta’ Nisan, iI-familji Lhud irid ikollhom kollox imħejji għall-ikla ta’ I-Għid. Alla ried li x-xahar ta’ Nisan, li jaħbat bejn Marzu u April, ikun l-ewwel xahar tas-sena għal-Lhud.

L-ikla Liturġika tal–Għid hija ġrajja kbira ta’ kull sena f’kull familja Lhudija Ii għadha marbuta mad-drawwiet reliġjużi. |għar u kbar huma lkoll miġburin madwar il-­mejda, imżejna sabiħ għaċ-cirkustanza.

Meta tinżel ix-xemx u jidhru l-ewwel kwiekeb, jinxtegħlu x-xemgħat, jitqiegħdu fuq iI-mejda ħobż bla ħmira, bajd, ħaxix morr u ħaruf jew laħam mixwi Ii jfakkar fiI-ħaruf tal-Għid.

Mal-mejda jħallu post vojt, riservat għall-profeta Elija, għax il-Lhud jemmnu li Elija għandu jerġa’ jiġI, biex iħabbar il-wasla tal-Messija. Fl-aħħar tal-ikla, tifel jagħmel il-ġest Ii jiftaħ il-bieb lil Elija

L-ikla tal-Ħaruf hi ċerimonja tassew reliġjuża, l-aktar importanti tas-sena. Ma ssirx fis-sinagoga imma fil-familja. Isir talb, tingħata l-barka tal–ixjeħ wieħed, jitqassam il-ħobż lil xulxin u jinqara r-rakkont tal-ħelsien tal-lhud mill-Eġittu fi żmien Mose’.

Mużika

Il-popli ħielsa jiċċelebraw il-festi nazzjonali tagħhom biex ifakkru xi ġrajja storika li hi ta’ glorja għall-pajjiż. Għall-pajjiż, tkun festa importanti. Il-Għid tal-Lhud kienet iI-festa nazzjonali tal-poplu t’Alla.

II-bidu tal–Għid iwassal sa’ żmien qabel Mose’. Kienet il-festa tar-ragħajja Ii kienu jiċċelebraw iż-żmien ta’  mogħdija minn sena ta’ xogħol għal oħra.

Tant hu hekk li l-kelma Għid tfisser ukoll mogħdija; li tgħaddi minn x’imkien għal ieħor, tgħaddi minn xi ħaġa għal oħra.

Bejn Marzu u April, aħna ngħaddu mix-xitwa għar-rebbiegħa. Fir-rebbiegħa r-ragħajja jabbandunaw il-mergħat li issa jkunu qed jinxfu,… biex imorru bil-merħliet lejn l-għoljiet, fejn għad hemm il-ħaxix, u fil-widien li jżommu aktar l-ilma. Hawnhekk ir-ragħajja isibu mergħat ġodda għall-merħliet tagħhom.

Qabel jitilqu kien hemm id-drawwa li jċappsu bid-demm l-għerejjex bil-għan li jħarsu l­-merħliet mill-ispirti ħżiena, u biex ibiegħdu l-merħliet mill-mard Ii jista’ jolqothom.

F’dan l-istess żmien, dawk li jaħdmu l-art, il-bdiewa, jagħmlu ċ-ċerimonja tal-ħsad tal-qamħ. lssa għandhom qamħ ġdid. Kienu jiġbru mill-ewwel żbul id-dqiq tal-ħsad il-ġdid. Qabel ma jkollhom dqiq ġdid, jagħmlu ħobż mingħajr ħmira, għaliex id-dqiq tas-sena ta’ qabel kienu jeħilsu minnu.

Mal-ħruġ tal-Lhud miIl-Eġittu, dawn iċ-ċerimonji tar-rebbiegħa ħadu tifsira ġdida. Qabel kienet ċerimonja naturali, issa saret ċerimonja storika. Il-Lhud baqgħu jiċċelebraw dan il-Għid bħala tifkira.

RAKKONT  TAL-EWWEL IKLA TAL–GĦID

Alla ried jeħles lill-poplu ta’ Iżrael mill-kefrija tal-Farawn. Il-kastigi li ġew fuq l-Eġittu ma kienux biżżejjed biex jirbħulu qalbu. Ma riedx iħallihom jitilqu fid-deżert biex iqimu ‘l Alla, bit-tfal, in-nisa, l-annimali u l-ġid li kellhom. Alla għazel jum li kellu jibqa’ msemmi. F’dan il-jum Alla kien ser jibgħat l-aħħar kastig fuq l-Eġittu.

Għalhekk Alla qal lil Mose’ biex fl-10 jum tax-xahar ta’ Nisan, kull familja kellha tikseb ħaruf. Irid ikun ħaruf ta’ sena, ħaruf bla tebgħa, u jżommuh sal-14 ta’ dak ix-xahar. Għandhom joqtluh fil-għaxija, waqt li x-xemx tkun nieżla. Mose’ sejjaħ madwaru lill-mexxejja ta’ Iżrael u wasslilhom dak li qallu Alla.

Morru u lestu ħaruf għall-familji tagħkom, u oqtluh bħala vittma tal-Għid. Ħudu fergħa u bil-weraq tagħha mbilla fid-demm tal-ħaruf agħmlu sinjal mal-ħitan ta’ barra fil-bibien tad-djar tagħkom fejn tkunu kiltu l-ħaruf.

F’dik il-lejla tieklu l-laħam tal-ħaruf mixwi bin-nar, u tieħduh ma’ ħaxix morr u ma’ ħobż mingħajr ħmira.

Tridu tieklu l-ħaruf u l-ħaxix bħal min hu lest biex jaħrab, bil-għaġġla, mingħajr ma toqogħdu bil-qiegħda, biċ-ċinturin diġa’ marbut ma’ qaddkom, bis-sandli f’riġlejkom, u l-bastun f’idejkom.

F’dik il-lejla ħadd mill-Lhud m’għandu joħrog barra minn daru, sakemm jisbaħ fil-għodu. Għax l-anġlu tal-Mulej għandu jgħaddi fl-Eġittu u jolqot bil-mewt lit-tifel il-kbir ta’ kull familja Eġizzjana, u l-ikbar fost l-annimali tal–Eġizzjani. B’hekk irid jurihom li ħadd ħliefu mhu l-Mulej.

Id-demm li ser iċappsu mal-bibien ser ikun sinjal biex l-anġlu tal-Mulej jagħraf liema huma d-djar fejn saret l-ikla tal-ħaruf, id-djar tal-Lhud. L-anġlu jara d-demm u jibqa’ għaddej, filwaqt li jolqot bl-id t’Alla l-art kollha tal–Eġittu, u joqtol lill-iben il-kbir, u l-ewwel fost l-annimali. Imma l-Lhud, ma jiġrilhom xejn,

Il-Lhud għamlu l-ikla kif qallhom Mose’ u f’nofs il-lejl il-Mulej għadda u qered lil kull imwieled l-ewwel fost l-Eġizzjani, u kien hemm biki kbir fl-art kollha, imma ħeles lill-familji Lhud, ma laqatx id-djar li kien fihom is-sinjal tad-demm tal-ħaruf mal-bibien tagħhom.

Dan ġara għax qalb Farawn baqgħet iebsa. Wara dan, il-Farawn sejjaħ lil Mose’ u lil Aronne u qallhom: “Itilqu minn din l-art,.. intom u l-Lhud kollha.”

IT-TIFKIRA TAL-IKLA TAL-GĦID

Alla qal lil Mose’ biex b’tifkira ta’ din il-ġrajja il-familji Lhud jagħmlu l-ikla tal–Għid kull sena. Alla fisser kif għandha ssir din it-tifkira.

Fl-14 il-jum tax-xahar ta’ Nisan, l-ewwel xahar tas-sena Lhudija, il-komunital-hudija kellhom jagħmlu din iċ-ċerimonja flimkien: l-ewwel il-qatla tal-ħaruf ta’ sena u bla tebgħa, imbagħad l-offerta tiegħu lill-Mulej.

Għal sebat ijiem kellhom jieklu ħobż rningħajr ħmira. M’għandux jibqagħlhom ħmira milli kellhom fi djarhom u jridu jarmu l-ħmira tas-sena ta’ qabel. Din il-festa għandhom iħarsuha għax propju f’dak il-jum Alla ħariġhom mill-Eġittu bħal eżerċtu, wara xulxin, b’ordni kbira.

Meta t-tfal jistoqsuhom xi tfisser din iċ-ċerimonja, huma kellhom jgħidulhom hekk: “Din hi l-ikla tal–Għid, it-tifkira tal-ħniena tal-Mulej, li ra t-tbatija tagħna fl-art tal–Eġittu.”

KIF ISSIR L-IKLA

II-Lhud iħejju sew għal din l-ikla. Ftit qabel, huma jaħbu biddiet tal-ħobż mad-dar kollha, f’naħat differenti biex meta ssir it-tfittixja, tinstab il-ħmira. Qabel ma jibdew ifittxu, tinxtegħel xemgħa u ssir talba. ll-ħmira kollha trid tinġabar sa’ l-10 ta’ fil­għodu fl-erbatax iI-jum ta’ Nisan, biex tiġi maħruqa.

(Tinxtegħel ix-xemgħa minn adulti)

Talba: Imbierek int Mulej, Sultan tal-ħolqien kollu, li qaddistna bil-kmandamenti tiegħek, u kkmandajtna inkebbsu d-dawl tal-festa. Imbierek Int Mulej, Sultan tal-Ħolqien kollu, li żammejtna ħajjin, saħħaħtna u wassaltna sad an iż-żmien. Agħmel li din id-dar tkun imbierka bid-dawl tad-dehra tiegħek, li illum qed jiddi fuqna biex iġibilna l-barka, il-paċI u l-hena tiegħek.

lx-xemgħat taċ-ċerimonja jinxtegħlu milI-omm tad-dar. Fuq iI-mejda jkun hemm tliet platti: wieħed bil-matzoth (ħobż bla ħmira); ieħor b’għadma mlaħħma, bajda u ħaxix; u ieħor bil-ħaII u ilma mielaħ. Quddiem kuII persuna jkun hemm tazza nbid, (u xorb addattat għat-tfal) Ii timtela’ erba’ darbiet għal-erba espressjonijiet li nsibu fl-iskrittura ta’ kif Alla ħeles lil-Lhud minn taħt idejn l-Eġizzjani. Dawn huma: “Jiena noħroġkom, Jiena neħliskom, Jiena nifdikom u Jiena niġbidkom lejja”. lt-tazza ta’ Elija, mimlija bl-inbid, tinsab fuq il-mejda, bit-tama Ii EIija jiġi u jħabbar Ii-miġja tal-Mulej.

(Jitferra l-Inbid)

Talba : Imbierek int Mulej, Sultan tal-Ħolqien kollu, Ħallieq tal-Frott id-Dielja. Imbierek Int li għażiltna min fost il-ġnus kollha u qaddistna bil-kmandamenti tiegħek. F’ imħabbtek Inti tajtna, O Mulej, jiem solenni ta’ ferħ u żmienijiet ta’ hena. Illum qed tagħtina dan il-jum, tant qaddis u għażiż għalina, meta fih niftakru fil-ħruġ tal-poplu tiegħek mill-Eġittu. Int għażiltna biex inkunu għas-servizz tiegħek. Inti trid li naqsmu mill-barkiet tal-jiem tal-festa qaddisa tiegħek. Imbierek Int, O Mulej Alla tagħna li żammejtna ħajjin, saħħaħtna u wassaltna sa dan iż-żmien ta’ festa.

L-ikla tkompli billi jaħslu jdejhom  u jieklu il-ħaxix aħdar. Dan il-ħaxix ifakkarna fi żmien ir-rebbiegħa. Flimkien mal-ħaxix aħdar frisk waqt l-ikla ikun hemm ukoll ħxejjex morri li jfakkru fit-tbatijiet li il-poplu Lhudi sofra meta kien fl-Eġittu taħt il-jasar tal-Farawni.

Talba: Imbierek Int Mulej, Sultan tal-Ħolqien kollu, Ħallieq il-Frott tal-art.

(Iqassam il-ħass)

Imbagħad min imexxi jieħu il-Matzoth (il-ħobz bla ħmira) f’idejh, jaqsmu u nofsu jaħbih biex jieħduħ fl-aħħar mad-deżerta waqt li jgħid din it-talba :

(Jieħu il-ħobz f’idejh)

Talba : Dan hu l-ħobż tat-tbatija li missierijietna kielu fl-art tal-Eġittu. Dawk kollha li huma bil-ġuħ ħa jiġu u jieklu. Dawk kollha li huma fil-bżonn ħa jiġu u jiċċelebraw l-Ikla tal-Għid flimkien magħna. Ħa tkun ir-reda t’ Alla li jeħlisna min kull tiġrib u minn kull jasar. Is-sena id-dieħla bħal daż-żmien ħa tkun id-Dar ta’ Iżrael ħielsa.

Hawnhekk tifel ċkejken jagħmel erba’ mistoqsijiet lil ikbar membru tal-familja.

“Għaliex din il-lejla hi tant differenti?”

“Għax ħriġna mill-iskjavitu’.”

“Għaliex nieklu ħaxix morr?”

“lI-morr tal–iskjavitu’.”

“Għaliex inbillu l-ħaxix fiI-melħ bI-ilma?”

“Biex niftakru ftd-dmugħ tal-jasar.”

“Għaliex din hi lejla speċjali?”

“Għax fiha niċċelebraw il-liberta’ tal-poplu tagħna.”

IL-GĦANJA TA’ MARIJA

Waqt l-ikla, il-Lhud ikantaw innu. Innu ta’ tifħir. Aħna se nisimgħu flimkien Salm ta’ ferħ Ii l-Lhud tant kienu jieħdu gost ikantaw, għax ifakkar fir-rebħa tagħhom fuq I-Eġizzjani.

(Jista’ jitkanta s-Salm fuq is-CD ‘Għanjiet tal-bieraħ u Llum’ – Segretarjat għal-Liturġija)

Ngħanni lill-Mulej għax tkabbar bis-sħiħ.

Ngħanni lill-Mulej għax tkabbar bis-sħiħ; żwiemel u rikkieba waddabhom il-baħar. Qawwieti u għanjieti l-Mulej: għalija sar is-salvazzjoni.   Dan hu Alla tiegħI, u lilu nfaħħar, Alla ta’ missieri, u lilu ngħolli.

Ngħanni lill-Mulej għax tkabbar bis-sħiħ.

Il-Mulej gwerrier, Jahweh ismu! Il-karrijiet tal-Farawn u qawwietu tefagħhom fil-baħar. L-aħjar fost il-gwerriera tiegħu f’Baħar il-Qasab għarraqhom!

Ngħanni lill-Mulej għax tkabbar bis-sħiħ.

Belagħhom l-irdum, bħal ġebla niżlu fil-qiegħ. Lemintek Mulej issebbħek fil-qawwa.

Lemintek, Mulej, tfarrak il-għadu.

Ngħanni lilI-Mulej għax tkabbar bis-sħiħ!

Lill-poplu tiegħek int twasslu u tħawlu fuq il-muntanja wirt tiegħek; il-post, Mulej, li int għamiltu għamara tiegħek, il-maqdes, ja Sidi li ħejjew idejk. Il-Mulej isaltan għal dejjem ta’ dejjem.

Ngħanni lilI-Mulej għax tkabbar bis-sħiħ

L-IKLA F’FAMILJA NISRANIJA

L-ikla tal–Għid Ii jiċċelebra l-ħelsien tal-żrael mill-Eġittu għadu sal-lum punt importanti fis-sena Lhudija. Immorru ġo dar Lhudija, li għadha marbuta mad-drawwiet reliġjużi. Aktarx li f’Ħamis ix -Xirka, meta l-familja hi nisranija, ikollha mistiedna xi żewġ familji oħra. Se jieħdu sehem fl-ikla liturġika tal–Għid, li hi ġrajja kbira fil-familja.

Min imexxi l-laqgħa jgħid li Ġesu’ għamel l- aħħar ikla mad-dixxipli tiegħu fi żmien il-Għid. F’dak il-ħin Ġesu’ kien jaf li se jmut dalwaqt. Ħabb lil ħbiebu tant li riedhom ħdejh u sab mod sabiħ kif jagħmel dan. Ġesu’ ħa s-simboli tal–Ġħid, il-ħobż u l-inbid u applikahom għall-ħelsien mid-dnub  permezz tal-mewt tiegħu.

Fi tmiem il-laqgħha joħorġu Kurċifiss u jqegħduh fuq il-mejda. Kull tifel jew tifla jingħataw card, magħmula d-dar, b’ salib u b’isem it tifel jew tifla, u l-kliem Ġesu’ jħobbok. Kulħadd joħroġ b’tislima ta’ ġabra.

ISSIR L-IKLA SIMBOLIKA

Minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading