Livestreams ta’ ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof matul Ġunju 2020

Print Friendly, PDF & Email

Matul ix‑xahar ta’ Ġunju, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser ikompli jiċċelebra Quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll kull nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Tista’ ssegwi dawn iċ-Ċelebrazzjonijiet minn fuq din il-paġna tal-Laikos … http://laikos.org/quddiesa_live.htm

Il‑Quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑Quddiesa tingħad it‑talba tar‑Ruzarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30 p.m. mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa.
  • Is‑Sibt filgħaxija, fis-7:00 p.m., tixxandar Quddiesa għaż‑żgħażagħ mill‑bitħa tal‑Kurja tal‑Arċisqof. Din tixxandar fuq il‑Facebook page u l‑YouTube channel tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, u fuq radju 103.
  • Il‑Ħadd fid‑9:30 a.m. tiġi ċċelebrata Quddiesa bil‑Malti fuq TVM2, u fl‑10:30 a.m. fuq Facebook u YouTube tiġi ċċelebrata Quddiesa bl‑Ingliż, mill‑Knisja Arċipretali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat. Il‑Quddiesa bl‑Ingliż tixxandar fuq TVM2 fis‑6:30 p.m.

F’dawn il‑ġranet il‑Quddies ser jixxandar minn dawn il‑knejjes:

Il-Ħadd 7 ta’ Ġunju, Solennità tat-Trinità Qaddisa, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa bil-Malti fid-9:30 a.m. (fuq TVM2) u Quddiesa bl-Ingliż fl-10:30 a.m. (fuq Facebook u YouTube), mill-Grotta ta’ San Pawl, ir-Rabat. Il‑Quddiesa bl‑Ingliż tixxandar fuq TVM2 fis‑6:30 p.m.

Il-Ħadd 14 ta’ Ġunju, Solennità tal-Ġisem u d-Demm Għażiż tal-Mulej (Corpus Christi), Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa bil-Malti fid-9:30 a.m. (fuq TVM2) u Quddiesa bl-Ingliż fl-10:30 a.m. (fuq Facebook u YouTube) mill-Knisja Arċipretali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat. Il‑Quddiesa bl‑Ingliż tixxandar fuq TVM2 fis‑6:30 p.m.

Il-Ġimgħa 19 ta’ Ġunju, Solennità tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, fid-9:30 a.m. Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Bażilika ta’ Marija Bambina, l-Isla.

Il‑Ħamis 25 ta’ Ġunju, fil-11:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mill-Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni, Bormla, b’tifkira tal-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari. Din il‑Quddiesa tixxandar fuq TVM2 fil‑5:30 p.m.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading