L-Iġsma tagħna se jipparteċipaw fil-Qawmien mill-Imwiet

Print Friendly, PDF & Email

ĠWANNI PAWLU II

UDJENZA ĠENERALI. L-Erbgħa, 4 ta’ Novembru 1998.

Nru 23 –  L-Iġsma tagħna se jipparteċipaw fil-Qawmien mill-Imwiet

L-Ispirtu u l-“ġisem spiritwali” irxuxtat (cfr 1 Kor 15,44)

  1. “Pajjiżna – jgħallem l-Appostlu Pawlu – huwa fis-smewwiet u minn hemm nistennew bħala Feddej il-Mulej Ġesù Kristu, li jbiddel il-ġisem miżeru tagħna biex iġibu bħal ġisem glorjuż tiegħu, bis-saħħa tal-poter li għandu biex jissottometti għalih il-ħwejjeġ kollha” (Fil3,20-21).

Bħal ma l-Ispirtu Santu biddel il-ġisem ta’ Ġesù Kristu meta l-Missier qajmu mill-imwiet, hekk l-istess Spirtu Santu se jlibbes mill-ġdid bil-glorja ta’ Kristu l-iġsma tagħna. Jikteb San Pawl: “U jekk l-Ispirtu ta’ dak li rxoxta lil Ġesù mill-imwiet jgħammar fikom, dak li qajjem lil Kristu mill-imwiet se jagħti l-ħajja wkoll lill-iġsma mortali tagħna permezz tal-Ispirtu tiegħu li jgħammar fikom” (Rm 8,11).

  1. Il-fidi nisranija fil-qawmien mill-imwiet tal-ġisem iltaqgħet sa mill-bidu nett ma nuqqas ta’ fehim u oppożizzjoni. Dan messu b’idu l-istess Appostlu Pawlu fil-waqt tax-xandir tal-Vanġelu fl-Aeropagu ta’ Ateni: “Meta semgħu id-diskors dwar il-qawmien mill-imwiet – jirrakkontaw l-Atti tal-Appostli– xi wħud għaddewh biż-żmien, oħrajn qalu: ‘Dwar dan nisimgħuk darb’oħra'” (At17,32).

Tali diffikultà terġà tipproponi ruħha fi żmienna. Minn banda, infatti, ukoll meta wieħed jemmen f’xi forma ta’ sopravvivenza ‘il hemm mill-mewt, jirrejaġixxi b’xettiċiżmu għall-verità tal-fidi li ddawwal din il-mistoqsija suprema tal-eżistenza fid-dawl tal-qawmien mill-imwiet ta’ Ġesù Kristu. Mill-banda l-oħra, ma jonqosx min jagħraf il-faxxinu ta’ twemmin bħal dak tar-ri-inkarnazzjoni, li huwa mgħaddas fl-humus reliġjuż ta’ diversi kulturi orjentali (cfr Tertio millennio adveniente, 9).

Ir-rivelazzjoni nisranija ma tikkuntentiex ruħha b’sentiment vag ta’ sopravvivenza, minkejja li tapprezza l-intuwizzjoni ta’ immortalità li hija espressa fid-duttrina ta diversi riċerkaturi kbar ta’ Alla. Nistgħu, barra minn dan, nammettu li l-idea ta’ ri-inkarnazzjoni hija mqanqla minn xewqa akuta ta’ immortalità u tal-perċezzjoni tal-eżistenza umana bħala “prova” bil-ħsieb ta’ skop aħħari. Ir-ri-inkarnazzjoni, madankollu, ma tiggarantixxix l-identità unika u singolari ta’ kull krejatura umana bħala oġġett tal-imħabba personali ta’ Alla, linqas l-integrità tal-esseri uman bħala “spirtu inkarnat”.

  1. Ix-xhieda tat-Testment il-Ġdid tenfasizza qabel kollox ir-realiżmu tal-qawmien mill-imwiet ukoll korporali ta’ Ġesù Kristu. L-Appostli jistqarru b’mod espliċitu, waqt li jirreferu għall-esperjenza minnhom migħuxa fid-dehriet tal-Mulej irxuxtat, li “Alla qajmu fit-tielet jum u ried li jidher… lil xhieda magħżulin minn qabel minn Alla, lilna, li kilna u xrobna miegħu wara l-qawmien mill-imwiet” (At10,40-41). Ukoll ir-rabà Vanġelu jenfasizza dan ir-realiżmu, meta, per eżempju, jirrakontalna l-episodju tal-Appostlu Tumas li jiġi mistieden minn Ġesù biex iqiegħed sebgħu fil-post tal-imsiemer u idu fil-kustat minfud tal-Mulej (cfr Ġw20,24-29). Hekk ukoll, fid-dehra fuq xatt il-lag ta’ Tiberijade, meta Ġesù rxoxt “qabad il-ħobż u tahulhom, u l-istess ukoll il-ħut” (Ġw 21,13).

Tali realiżmu tad-dehriet jixhed li Ġesù huwa rxoxt bil-ġisem u b’dan il-ġisem jgħix qrib il-Missier. Dan madankollu huwa ġisem glorjuż, mhux iktar suġġett għal-liġijiet tal-ispazju u taż-żmien, ittrasfigurat fil-glorja tal-Missier. Fi Kristu rxoxt huwa mmanifestat dak l-istadju eskatoloġiku li għalih jum wieħed huma msejħin biex jilħqu dawk kollha li jilqgħu l-fidwa tiegħu, ippreċeduti mill-Verġni Mqaddsa li “bil-kors ta’ ħajjitha mitmum, ġiet imtellgħa fil-glorja tas-smewwiet bil-ġisem u r-ruħ ” (Piju XII, Cost. apost. Munificentissimus Deus, 1 nov. 1950, DS 3903; cfr Lumen gentium, 59).

  1. Waqt li jirreferi għar-rakkont tal-ħolqien irrakkuntat mill-ktieb tal-Ġenesi u waqt li jinterpreta il-qawmien mill-imwiet ta’ Ġesù bħala l- “ħolqien il-ġdid”, l-appostlu Pawlu jistà mela jiddikjara: “L-ewwel bniedem, Adam, sar esseri viventi, imma l-aħħar Adam sar spirtu donatur tal-ħajja” (1 Kor15,45). Ir-realtà gglorifikata tal-Kristu, infatti, permezz tal-effużjoni tal-Ispirtu Santu, tiġi pparteċipata b’mod misterjuż imma reali ukoll minn dawk kollha li jemmnu Fih.

Hekk fi Kristu, “ilkoll nirxuxtaw bl-iġsma li bihom issa mlibbsa” (Konċilju Lateranensi IV: DS 801), imma dan il-ġisem tagħna jkun ittrasfigurat f’ġisem glorjuż (cfr Fil 3,21), f’”ġisem spiritwali” (1 Kor 15,44). Pawlu fl-ewwel Ittra lill-Korintin lil dawk li jistaqsuh: “Kif jirxuxtaw il-mejtin? B’liema ġisem jiġu?”, inwieġeb billi jinqeda bix-xbiha taż-żerriegħa li tmut biex tinfetaħ għal ħajja ġdida: “Dak li inti tiżrà ma jiħux il-ħajja, jekk l-ewwel ma jmutx; u dak li inti tiżrà m’huwiex il-ġisem li se jitwieled imma sempliċi żerriegħa, tal-qamħ per eżempju jew ta’ tip ieħor (…). Hekk ukoll il-qawmien mill-imwiet tal-mejtin: tinżera il-korruttibiltà u tirxoxta l-inkorruttibiltà; tinżera diżgustanti u tirxoxta glorjuż; tinżera żerriegħa dgħajfa tirxoxta mimlija qawwa, jinżera ġisem annimalesk, jirxoxta ġisem spiritwali (…). Huwa meħtieġ infatti li dan il-ġisem korruttibbli jitlibbes bl-inkorruttibiltà u dan il-ġisem mortali jitlibbes bl-immortalità” (1 Kor 15,36-37.42-44.53).

Bla dubju – jispjega l-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika – il- “kif” dan se jseħħ “jissupera l-possibiltajiet tal-immaġinazzjoni tagħna u tal-intellett tagħna; huwa aċċessibbli biss fil-fidi. Imma s-sehem tagħna fl-Ewkaristija iġegħlna niggustaw bil-quddiem it-trasfigurazzjoni ta’ ġisimna bl-opra ta’ Kristu” (n. 1000).

Permezz tal-Ewkaristija Ġesù jirregala ruħu lilna, taħt l-ispeċi tal-ħobż u tal-imbid, ġismu  mogħti l-ħajja mill-Ispirtu Santu u  li jħarrek il-ħajja f’ġisimna  sabiex iġegħelna nieħdu sehem bl-esseri kollu tagħna, ruħ u ġisem, fil-qawmien mill-imwiet u l-kondizzjoni ta’ ġlorja tiegħu. Irinew ta’ Lyon  f’dan ir-rigward jgħallem: “Bħal ma l-ħobż li huwa frott tal-art, wara li tkun issejħet il-barka divina fuqu, ma jibqax iktar ħobż komuni, imma Ewkaristija, magħmula minn żewġ realtajiet, waħda terrena, l-oħra ċelesti, hekk l-iġsma tagħna li jirċievu l-Ewkaristija ma jibqgħux iktar korruttibbli, mill-waqt li jġorru fihom iż-żerriegħa tal-qawmien mill-imwiet” (Adversus haereses, 4, 18, 4-5).

  1. Dak li għidna s’issa, waqt li nissintetizzaw it-tagħlim tal-Iskrittura Mqaddsa u tat-Tradizzjoni tal-Knisja, jispjegalna għaliex “il-kredu nisrani… jilħaq il-quċċata tiegħu fil-proklamazzjoni tal-qawmien mill-imwiet fi tmiem iż-żmien, u fil-ħajja eterna” (CCC, 988). Bl-Inkarnazzjoni il-Verb ta’ Alla ħa l-ġisem uman (cfr Ġw1,14) li rrendieh parteċipi, permezz tal-mewt u l-qawmien mill-imwiet tiegħu, mill-istess ġlorja tiegħu ta’ Uniġenitu tal-Missier. Permezz tad-doni tal-Ispirtu u tal-ġisem ta’ Kristu gglorifikat fl-Ewkaristija, Alla Missier  jaħbi fl-esseri kollu tal-bniedem u, b’ċertu mod, fil-kożmu stess,  ix-xewqa għal dan id-destin. Bħal ma jgħid San Pawl: “Il-ħolqien stess jistenna bla sabar ir-rivelazzjoni ta’ wlied Alla; (…) u jgħajjex it-tama li jkun huwa wkoll meħlus mill-iskjavitù fil-korruzzjoni, biex jidħol fil-libertà tal-glorja ta’ wlied Alla” (Rm 8,19-21).

 

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading