Ġesù Kristu huwa iben Iżrael, poplu magħżul minn Alla fil-patt il-qadim

Print Friendly, PDF & Email

ĠWANNI PAWLU II

UDJENZA ĠENERALI – L-Erbgħa, 4 ta’ Frar 1987

4. Ġesù Kristu huwa iben Iżrael, poplu magħżul minn Alla fil-patt il-qadim 

  1. Miż-żewġ ġinejoloġiji ta’ Ġesù, imfakkra fil-katekeżi preċedenti, dik tal-Vanġelu skont Mattew (Mt1, 1-17) għandha struttura “dixxendentali”: jiġifieri telenka l-antenati ta’ Ġesù, bin Marija, billi tibda minn Abraham. L-oħra li tinsab fil-Vanġelu ta’ Luqa (Lq3, 23-38), għandha struttura “axxendentali” Billi tibda minn Ġesù u tasal sa Adam.

Waqt li l-ġenejoloġija ta’ Luqa tindika ir-rabta ta’ Ġesù l-umanità kollha kemm hi il-ġenejoloġija ta’ Mattew tenfasizza l-appartenenza mar-razza ta’ Abraham. Minħabba li huwa Bin Iżrael, poplu magħżul minn Alla fil-patt il-qadim għal-liema jappartjeni b’mod dirett, li Ġesù ta’ Nażżaret huwa bi dritt sħiħ membru tal-familja kbira umana.

  1. Ġesù “twieled” f’nofs dan il-poplu, trabba fir-reliġjon u fil-kultura. Huwa tassew Iżraelita, li jaħseb u jesprimi ruħu bl-aramajk skont il-kategoriji konċettwali u lingwistiċi tan-nies ta’ żmienu u jsegwi d-drawwiet u l-użanzi tal-ambjent tiegħu. Bħala Iżraelita huwa eredi fidil tal-patt il-qadim.

Dan huwa fatt aċċentwat minn San Pawl meta fl-Ittra lir-Rumani, jikteb dwar il-poplu tiegħu: “Huma Iżraeliti u jippossiedu l-addozzjoni ta’ wlied, il-glorja, l-allejanzi, il-leġislazzjoni, il-kult, il-wegħdiet, il-patrijarki; minnhom jiġi Ġesù Kristu skont il-ġisem” (Rm 9, 4-5). U fl-Ittra lill-Galatin ifakkar li Kristu “twieled taħt il-liġi” (Gal 4, 4).

  1. B’rispett għall-preskrizzjoni tal-Liġi ta’ Mosè, ftit wara t-twelid Ġesù jiġi  ritwalment ċirkonċiż, b’hekk daħal jagħmel parti uffiċjalment mill-poplu tal-patt: “Meta kienu għaddew it-tmint ijiem preskritti għaċ-ċirkonċiżjoni, ingħata l-isem ta’ Ġesù” (Lc2, 21).

Il-Vanġelu tal-infanzja, għalkemm nieqes mid-dettalji dwar l-ewwel perijodu tal-ħajja ta’ Ġesù, bdanakollu jirrapporta li “l-ġenituri tiegħu kienu jitilgħu kull sena Ġerusalem għall-festa tal-Għid”, espressjoni tal-fedeltà tagħhom għal-Liġi u għat-tradizzjoni ta’ Iżrael. “Meta hu (Ġesù) kellu tnax-il sena, telgħu mill-ġdid skont l-użanza”. “Meta kienu qabdu triqthom lura, it-tfajjel Ġesù baqà Ġerusalem, bla ma l-ġenituri tiegħu ntebħu”.Wara tlett ijiem ta’ tiftix “sabuh fit-tempju, bilqiegħda f’nofs id-dutturi, waqt li kien jismagħhom u jinterrogahom”.  Fost il-ferħ Marija u Ġużeppi kellhom joqogħdu għal kliemu, minnhom mhux mifhum: “Għalfejn kontu qegħdin tfittxuni? Ma kontux tafu li jien irrid nieħu ħsieb l-affarijiet ta’ Missieri?” (Lq 2, 41-43.46.49).

  1. Minbarra din il-ġrajja, il-perijodu kollu tal-infanzja u l-adoloxxenza ta’ Ġesù fil-Vanġelu huwa mgħotti bis-skiet. Huwa perijodu ta’ “ħajja moħbija”, miġbur fil-qosor minn Luqa f’żewġ sentenzi sempliċi: Ġesù “telaq . . . magħhom (ma Marija u Ġużeppi) u reġà lura Nażżaret u kien lejhom sottomess” (Lq, 2, 51); u “kien jikber fil-għerf u l-grazzja quddiem Alla u quddiem il-bnedmin” (Lq 2, 52).
  2. Mill-Vanġelu nafu li Ġesù għex ġo familja propja tiegħu, fid-dar ta’ Ġużeppi, li kellu lejn Bin Marija d-dmirijiet ta’ missier li kellu jassistih, jipproteġih u li b’mod gradwali kellu jmexxih lejn l-istess sengħa tiegħu ta’ mastrudaxxa, F’għajnejn in-nies tal-post ta’ Ġesù huwa kien jidher bħala “bin il-mastrudaxxa” (Mt13, 55). Meta beda jgħallem il-koċittadini tiegħu kienu jistaqsu mgħaġġba: “Dan mhuwiex il-mastrudaxxa, iben Marija? . . .” (Mk6, 2-3). Barra minn l-omm huma kienu jsemmu wkoll lil “ħutu subien” u lil “ħutu bniet”, jiġifieri dawk il-membri li kellhom parentela miegħu (“kuġini”), li kienu jgħammru f’Nażżaret, dawk stess li, kif ifakkar l-evanġelista Marku, kienu fittxew li jippruvaw iżommu lil Ġesù milli jkompli bl-attività tiegħu ta’ mgħallem (cf. Mc 3, 21). Evidentement huma ma kienu jsibu fih ebda motiv li setà jiġġustifika l-bidu ta’ attività ġdida; kienu jsostnu li Ġesù kellu u kien imissu jibqà Iżraelita komuni.
  3. L-attività pubblikata’ Ġesù inbdiet fit-tletin sena ta’ ħajtu, meta għamel l-ewwel diskors tiegħu ġewwa Nażżaret: “. . . daħal, skont ma soltu kien jagħmel, nħar ta’ Sibt fis-sinagoga u qam biex jaqra. Ingħata l-iskroll tal-Profeta Iżaija . . .”. Ġesù qara s-silta li kienet tibda bil-kliem: “L-Ispirtu tal-Mulej  fuqi; għalhekk huwa kkonsagrani bid-dlik, u bagħatni biex inħabbar lill-fqajrin messaġġ ta’ ferħ . . .”. Ġesù mbagħad dar fuq dawk preżenti u ħabbar: “Illum seħħet din l-Iakrittura, li intom għadkom kemm smajtu . . .” (Lq 4, 16-18.21).
  4. Fl-attività ta’ mgħallem tiegħu, mibdija ġo Nażżaret u li nfirxet mal-Galilea u mal-Ġudea sal-kapitali Ġesrusalem, Ġesù jagħraf jiġbor u jivvalorizza l-frott abbundanti preżenti fit-tradizzjoni reliġjuża ta’ Iżrael. Huwa jippenetraha b’intelliġenza ġdida, joħroġilha l-valuri vitali, ipoġġi fid-dawl il-prospettivi profetiċi. Ma jaħsibhiex darbtejn biex jiċhad id-devjazzjonijiet tal-bnedmin fil-konfront tal-pjanijiet tal-Alla tal-patt.

B’dan il-mod huwa jaħdem, fl-ambitu tal-unika u l-istess rivelazzjoni divina, il-passaġġ mill-“qadim” għall-“ġdid”, mingħajr ma jabolixxi l-Liġi, imma minflok iwassalha għat-twetiq sħih tagħha (cf. Mt 5, 17). Dan huwa l-ħsieb li bih tiftaħ l-Ittra lil-Lhud: “Alla, li kien diġa kellem fiż-żminijiet l-imgħoddija bosta drabi u b’diversi modi lil missirijietna permezz tal-profeti, fl-aħħarnett, f’dawn il-jiem, kellimna permezz ta’ Ibnu Dan huwa l-ħsieb li bih tiftaħ l-Ittra lil-Lhud: . . .” (Lhud 1, 1).

  1. Dan il-passaġġ mill-“qadim” għall-“ġdid” jikkaratterizza t-tagħlim kollu tal-“Profeta” ta’ Nażżarett. Eżempju ċar b’mod partikolari huwa d-diskors tal-muntanja rrakkuntat fil-Vanġelu ta’ Mattew. Ġesù jgħid: “Tafu sewwa li kien ingħad lil missirijietna: La tikkommettux adulterju; imam jiena ngħidilkom: kull min iħares lejn mara biex jixtieqha, diġa kkummetta adulterju magħha f’qalbu” (Mt5, 27-28). “Tafu sewwa li ingħad: Ħobb lill-proxxmu tiegħek u obgħod lill-għadu tiegħek; imam jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom . . .” (Mt 5, 43-44).

Waqt li kien jgħallem b’dan il-mod, Ġesù fl-istess ħin jiddikjara: “La taħsbux li jien ġejt biex nabolixxi l-Liġi jew il-Profeti; ma ġejtx biex nabolixxi imma biex inwettaq” (cf. Mt 5, 17).

  1. Dan it-“twettiq” huwa kelma ewlenija li tirreferi mhux biss għat-tagħlim tal-verità rivelata minn Alla, imma wkoll għall-istorja kollha ta’ Iżrael, jew aħjar tal-poplu li tiegħu Ġesù huwa iben. Din l-istorja straordinarja, iggwidata sa mill-bidu mill-id potenti tal-Alla tal-patt, issib f’Ġesù it-wettiq tagħha.Il-pjan li l-Alla tal-patt kien kiteb sa mill-bidu f’din l-istorja, meta għamel l-istorja tal-fidwa, kellha t-tendenza tal-“milja taż-żmenijiet” (Gal4, 4), li titwettaq f’Ġesù Kristu. Il-Profeta ta’ Nażżaret ma jaħsibhiex darbtejn li jitkellem dwarha  sa mill-ewwel diskors tiegħu ppronunzjat fis-sinagoga tal-belt.
  2. Elokwenti b’mod partikolari huma l-kelmiet ta’ Ġesù irriferuti fil-Vanġelu ta’ Ġwanni meta jgħid lill-oppożituri tiegħu: “Abraham, missierkom, feraħ bit-tama li jara l-jum tegħi . . .”, u quddiem in-nuqqas ta’ twemmin tagħhom: “Għad m’għandikx ħamsin sena u rajt lil Abraham?” Ġesù jikkonferma mill-ġdid b’mod iktar espliċitu: “Fis-sewwa ngħidilkom: qabel ma Abraham kien, jiena jien” (Ġw8, 56-58). Huwa evidenti li Ġesù jenfasizza, mhux biss li huwa t-twettiq tal-pjanijiet feddejja ta’ Alla, mktubin fl-istorja ta’ Iżrael miż-żminijiet ta’ Abraham, imma li l-eżistenza tiegħu tippreċedi ż-żmien ta’ Abraham, sal-punt li jidentifika ruħu bħala “dak li hu” (Es3, 14). Imma propju minħabba dan huwa hu, Ġesù Kristu, it-twettiq tal-istorja ta’ Iżrael, għaliex “jissupera” din l-istorja bil-misteru tiegħu. Hawn,  nmissu dimensjoni oħra tal-kristoloġija, li naffrontaw ‘il quddiem.
  3. Għalissa nikkonkludu b’riflessjoni aħħarija dwar iż-żewġ ġinejoloġiji rrakkuntati miż-żewġ evanġelisti Mattew u Luqa. Minnhom jirriżulta li Ġesù huwa tassew iben Iżrael u li, minħabba f’hekk jappartjeni għall-familja umana kollha. Għalhekk jekk f’Ġesù, dixxendent ta’ Abraham, naraw jitwettqu l-profeziji tat-Testment il-Qadim, fih, niskopru, waqt li nsegwu t-tagħlim ta’ San Pawl, il-bidu u ċ-ċentru tar-“rikapitulazzjoni” tal-umanità kollha(cf. Ef1, 10).

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading