Ġesù Kristu, l-Iben f’rabta intima mal-Missier.

Print Friendly, PDF & Email

ĠWANNI PAWLU II

UDJENZA ĠENERALI – L-Erbgħa, 8 ta’ Lulju 1987

18. Ġesù Kristu, l-Iben f’rabta intima mal-Missier.

  1. “Abbà, Missieri”: dak kollu li għidna fil-katekeżi preċedenti jippermettilna nippenetraw b’mod iktar profond fl-uniku u eċċezzjonali rapport tal-Iben mal-Missier, li jsib l-espressjoni tiegħu fil-Vanġeli, kemm fis-Sinottiċi, kif ukoll fi Ġwanni, u fit-Testment il-Ġdid kollu. Jekk fil-Vanġelu ta’ Ġwanni huma numerużi l-passi li jenfasizzaw dan ir-rapport (nistgħu ngħidu “fl-ewwel persuna”), fis-Sinottiċi (MteLq) insibu però s-sentenza li donnha tinkludi ċ-ċavetta ta’ din il-kustjoni: “Ħadd ma jaf  l-Iben jekk mhux il-Missier, u ħadd ma jaf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jirrivelahulu” (Mt 11, 27 e Lq 10, 22).

L-Iben, mela, jirrivela l-Missier bħala Dak li “jafu” u li bagħtu bħala Iben biex “jitkellem” mal-bnedmin permezz tiegħu (cf. Eb 1, 2) b’mod ulterjuri u definittiv. Anzi: propju dan l-Iben uniġenitu l-Missier “tah” għall-fidwa tad-dinja, sabiex il-bniedem fih u permezz tiegħu jilħaq il-ħajja ta’ dejjem (cf. Ġw 3, 16).

  1. Ħafna drabi, imma b’mod speċjali waqt l-aħħar ċena, Ġesù jinsisti fl-għarfien lid-dixxipli li hu magħqud mal-Missier b’rabta ta’ appartenenza partikolari, “Il-ħwejjeġ kollha tiegħi huma tiegħek u l-ħwejjeġ kollha tiegħek huma tiegħi”(Ġw 17, 10) jgħid fit-talba saċerdotali, waqt li jinfired mill-appostli biex imur għall-passjoni tiegħu. U allura jitlob l-għaqda għad-dixxipli attwali u futuri bi kliem li jenfasizza ir-rapport ta’ tali għaqda u “komunjoni, ma dik eżistenti biss bejn il-Missier u l-Iben. Infatti huwa jitlob: “Jalla lkoll ikunu ħaġa waħda. Bhal ma int, Missier, int fija u jiena fik, hekk ikunu huma fina ħaġa waħda, sabiex id-dinja temmen li inti bgħattni. U l-glorja li inti tajt lili, jiena tajtha lilhom, sabiex ikunu bħalna ħaġa waħda. Jiena fihom u inti fija, sabiex ikunu perfetti fl-għaqda u d-dinja tagħraf li inti bgħattni u li ħabbejthom bħal ma ħabbejt lili” (Gv 17, 21-23).
  2. Waqt li talab għall-għaqda tad-dixxipli u xhieda tiegħu, Ġesù fl-istess ħin jirrivela liema għaqda, liema “komunjoni” teżisti bejnu u Missieru: il-Missier huwa fl-Iben u l-Iben huwa fil-Missier. Din l-“immanenza” partikolari, il-kompenetrazzjoni reċiproka – espressjoni tal-għaqda tal-persuni – tirrivela il-qies tal-appartenenza reċiproka u l-intimità tar-relazzjoni reċiproka  tal-Missier u tal-Iben akkomjatanti.

 Ġesù jispjegaha waqt li jisħaq: “Il-ħwejjeġ kollha tiegħ huma tiegħek u l-ħwejjeġ kollha tiegħek huma tiegħi” (Ġw 17, 10). Din hija relazzjoni ta pussess reċiproku fl-għaqda ta’ essenza u fl-istess ħin hija relazzjoni ta’ don. Difatti Ġesù jgħid: “Issa huma jafu li l-ħwejjeġ kollha li tajtni jiġu minnek” (Ġw 17, 7).

  1. Jistgħu jinġabru mill-Vanġelu ta’ Ġwanni s-sinjali tal-attenzjoni, tal-għaġeb u tal-ġabra li bihom l-appostli semgħu dan il-kliem ta’ Ġesù fiċ-ċenaklu ġo Ġerusalem lejlet il-ġrajjiet paskwali. Imma l-verità tat-talba saċerdotali kienet b’xi mod minnuespressa pubblikament diġa qabel fil-jum tas-sollennità tad-dedikazzjoni tat-tempju. Alla jisfida xi difendenti: “Jekk inti l-Kristu, għidilna dan apertament”. Ġesù jwieġeb: “Għedtulkom u ma emmintux; l-opri li jien inwettaq f’isem Missieri, dawn jixhdu għalija” Wara Ġesù jenfasizza li dawk li jisimgħuh u jemmnu, jappartjenu lill-merħla tiegħu minħaba don tal-Missier: “In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni u jiena nafhom . . . Missieri li tahomli huwa ikbar minn kulħadd u ħadd ma jistà jaħtafhom minn id Missieri. Jien u l-Missier aħna ħaġa waħda” (Ġw 10, 24-30).
  2. Ir-rejazzjoni tal-avversarji f’dan il-każ hija waħda vjolenti: “Il-Lhud reġgħu ġabu xi ġebel biex iħaġġruh”. Lil Ġesù li jistaqsi għal liema opri ġejjin mill-Missier, minnu mwettqa riedu jħaggruh, huma jwieġbu: “Għad dagħa u għaliex int, li int bniedem, tagħmel lilek innifsek Alla”. It-tweġiba ta’ Ġesù hija inekwivokabbli: “Jekk ma nwettaqx l-opri ta’ Missieri, ma temmnunix; imma jekk inwettaqhom, ukoll jekk ma tridux temmnu lili, emmnu talinqas l-opri, għaliex tafu u tagħrfu li il-Missier huwa fija u jien fil-Missier” (cf.Ġw 10, 31-38).
  3. Ninnutaw sewwa s-sinifikat ta’ dan il-punt kruċjali tal-ħajja u tar-tivelazzjoni ta’ Kristu. Il-verità dwar ir-rabta partikolari, dwar l-għaqda partikolari li teżisti bejn l-Iben u l-Missier, tilqà l-oppożizzjoni tal-Lhud: Jekk inti l-Iben fis-sens li jirriżulta minn kliemek, allura int, li inti bniedem, tagħmel lilek innifsek Alla. F’tali każ inti tippronunzja l-ikbar dagħwa. Is-semmiegħa mela fehmu s-sens tal-kliem a’ Ġesù ta’ Nazzaret: bħala Iben huwa hu “Alla minn Alla” – “tal-istess sustanza tal-Missier” -, imma propju minħabba f’hekk li huma ma aċċettawhx u anzi warrbuh bl-iktar mod assolut, bil-qawwa kollha. Ukoll jekk fil-konflitt ta’ dak il-waqt ma jaslux għat-taħġir (cf.Ġw10, 39), madankollu l-għada tat-talba saċerdotali fiċ-ċenaklu huwa jiġi kkundannat għall-mewt fuq is-salib. U l-Lhud preżenti għajtu: “Jekk inti l-Iben ta’ Alla, inżel mis-salib” (Mt 27, 40), u kkummentaw bi tmaqdir: “Fada f’Alla: jeħilsu hu issa, jekk iridlu l-ġid. Infatti huwa qal: Jiena Bin Alla!” (Mt 27, 42-43).
  4. Ukoll fis-siegħa tal-Kalvarju Ġesù jenfasizza l-għaqda mal-Missier. Bħal ma naqraw fl-Ittra lil-Lhud: Minkejja li kien iben, tgħallem l-ubbidjenza mill-ħwejjeġ li sofra” (Eb5, 8). Imma din “l-ubbidjenza sal-mewt” (cf.Fil 2, 8) kienet espressjoni addizzjonali u definittiva tal-intimità tal-għaqda tiegħu mal-Missier. Infatti skont it-test ta’ Marku, waqt l-agunija fuq is-salib “Ġesù għajjat:. . . “Eloi, Eloi, lamà sabactani?”, li tfisser: Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?” (Mk 15, 34). Din l-għajta – ukoll jekk il-kliem jikxef is-sens tal-abbandun li ħass fil-psikoloġija tiegħu ta’ bniedem sofferenti għalina – kienet l-espressjoni tal-għaqda l-iktar intima tal-Iben mal-Missier fit-twettiq tal-mandat tiegħu: “Temmejt l-opra li tajtni nagħmel” (cf. Ġw 17, 4). F’dak il-waqt l-għaqda tal-Iben mal-Missier wriet ruħha bi profondità divino-umana definittiva fil-misteru tal-fidwa tad-dinja.
  5. Mill-ġdid fiċ-ċenaklu Ġesù jgħid lill-appostli : “Ħadd ma jiġi għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi, Jekk tafu lili, tafu wkoll lill-Missier” . . . Qallu Filippu: “Mulej, urina l-Missier u jkun biżżejjed għalina”. Wieġbu Ġesù: “Ili tant żmien magħkom u int għadek ma sirtx tafni, Filippu? Min ra (jara) lili ra(jara) lill-Missier . . . Ma temminx li jiena fil-Missier u l-Missier fija?” (Ġw14, 6-10).

“Min jara lili, jara l-Missier”. It-Testment il-Ġdid huwa kollu kemm hu mdawwal bid-dawl ta’ din il-verità evanġelika. L-Iben huwa “irradjazzjoni tal-glorja tiegħu (tal-Missier)”, huwa “timbru tas-sustanza tiegħu” (Eb 1, 3). Huwa “immaġni tal-Alla inviżibbli” (Kol 1,15). Huwa lepifanija ta’ Alla. Meta sar bniedem, waqt li assuma “il-kondizzjoni ta’ lsir” u “waqt li sar ubbidjenti sal-mewt” (cf. Fil 2,7-8), fl-istess ħin sar għal dawk kollha li semgħuh “it-triq”: it-triq għall-Missier, li biha hu “il-verità u l-ħajja” (Ġw 14, 6). Fit-tlugħ  iebes biex inkunu  konformi  max-xbiha ta’ Kristu, dawk li jemmnu fih, bħal ma jgħid San Pawl, “jilbsu l-bniedem il-ġdid . . .” u “jġeddu lilhom infushom, għal għarfien sħiħ ta’ Alla” (cf. Kol 3, 10) skont ix-xbiha ta’ Dak li huwa “mudell”. Dan huwa l-pedament sod tat-tama nisranija.

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading