Kristu huwa l-milja tal-profeziji messjaniċi

Print Friendly, PDF & Email

ĠWANNI PAWLU II

UDJENZA ĠENERALI – L-Erbgħa ta’ Rmied, 4 ta’ Marzu 1987

8. Kristu huwa l-milja tal-profeziji messjaniċi

  1. Fil-katekeżi preċedenti fittixna li nuru l-aspetti l-iktar rilevanti tal-verità dwar il-Messija hekk kif din ġiet ippronunzjata fil-patt il-qadim, u hekk kif kienet miruta mill-ġenerazzjoni kontemporanja ta’ Ġesù ta, Nażżaret, li daħlu fl-istadju l-ġdid tar-rivelazzjoni divina. Minn din il-ġenerazzjoni, dawk li segwew lil Ġesù, għamlu dan għaliex konvinti li fih twettqet l-verità dwar il-Messija: li propju hu huwa l-Messija, il-Kristu. Sinifikattiv huwa l-kliem li bih Indri, l-ewwel fost l-appostli msejħa minn Ġesù , iħabbar lil ħuh Xmun: “Sibna l-Messija (li jfisser il-Kristu)” (Ġw1, 41).

Wieħed però jrid jagħraf li l-osservazzjonijiet hekk espliċiti huma pjuttost rari fil-Vanġeli. Dan huwa dovut ukoll għall-fatt li fis-soċjetà Iżraeljana ta’ dawk iż-żminijiet kienet mifruxa immaġni tal-Messija għal liema Ġesù ma riedx jadatta l-figura tiegħu u l-opra tiegħu, minkejja l-istagħġib u l-ammirazzjoni mqanqlin minn dak kollu li hu “għamel u għallem” (At 1, 1).

  1. Anzi nafu li l-istess Ġwanni l-Battista, liema fuq ix-xtut tal-Ġordan kien indika lil Ġesù bħala “dak li kellu jiġi” (cf. Ġw1, 15.30), billi bi spirtu profetiku kien ra fih “il-ħaruf ta’ Alla” li ġie biex ineħħi d-dnubiet tad-dinja, Ġwanni li kien ħabbar minn qabel il-“magħmudija l-ġdida” li Ġesù kellu jagħti bil-qawwa tal-Ispirtu, meta kien diġa jinsab fil-ħabs bagħat lid-dixxipli tiegħu biex jagħmlu lil Ġesù l-mistoqsija: Huwa int dak li għandu jiġi jew irridu nistennew ieħor?” (Mt11, 3).
  2. Ġesù ma jħallix bla tweġiba lil Ġwanni u l-messaġġiera tiegħu: “Morru u rreferu lil Ġwanni dak li rajtu u smajtu: l-għomja jaraw, iz-zopop jimxu, l-imġiddmin ifiqu, it-torox jisimgħu, il-mejtin iqumu, lill-fqajrin titħabbar il-bxara t-tajba” (Lq7, 22). B’din it-tweġiba Ġesù ried jikkonferma l-missjoni messjanika tiegħu billi jirrikorri b’mod partikolari għall-kliem ta’ Iżaija (cf. 35, 4-5; 61, 1). U jikkonkludi: “Imbierek huwa kulmin ma jkunx skandalizzat bija!” (Lq 7, 23). Dan l-aħħar kliem idoqq bħal sejħa ġdida ndirizzata lil Ġwanni, prekursur erojku tiegħu, liema tal-Messija kellu kunċett differenti.

Infatti fil-predikazzjoni tiegħu Ġwanni kien pinġa l-figura tal-Messija bħala dik ta’ mħallef sever. F’dan is-sens huwa kien tkellem dwar “ir-rabja mminenti”, dwar  “mannara diġa mqiegħda mal-għeruq tas-siġar” (cf. Lq 3, 7.9), biex taqtà kull pjanta “li ma tagħmilx frott tajjeb” (Lq 3, 9). Ċertament Ġesù ma kienx jaħsibha li jittratta b’sodezza u wkoll bi qrusa meta jkun hem bżonn, l-ostinazzjoni u r-ribelljoni għall-kelma ta’ Alla, imma hu kellu jkun b’mod speċjali l-ħabbar tal-bxara t-tajba lill-fqajrin” u bl-opri tiegħu u bl-għeġubijiet tiegħu kellu jirrivela r-rieda feddejja ta’ Alla, Missier ħanin.

  1. It-tweġiba li Ġesù jagħti lil Ġwanni tippreżenta wkoll element ieħor li huwa nteressanti li ninnotaw: Huwa jevita li jipproklama lilu nnifsu bil-miftuħ bħala l-Messija. Fil-kuntest soċjali taż-żmien, infatti, tali titlu kien jirriżulta tassew ambigwu: in-nies komunement kienu jinterpretawh f’sens politiku. Ġesù għalhekk jippreferi jipposponi għax-xhieda offruta mill-opri tiegħu, mixtieq maġġorment li jipperswadi u jqanqal il-fidi.
  2. Madankollu ma jonqsux fil-Vanġeli każijiet partikolari, bħad-djalogu mas-Sammaritana, irrakkuntat fil-Vanġelu ta’ Ġwanni. Lill-mara li tgħidlu: “Naf li għandu jiġi l-Messija (jiġifieri l-Kristu): meta hu jiġi, jħabbrilna kollox”, Ġesù jwieġeb: “Jiena jien, li qiegħed inkellmek (Ġw4, 25-26).

Skont il-kuntest tad-djalogu, Ġesù jikkonvinċi lis-Sammaritana li kellha ntuinzjoni disponibbli għas-smigħ, għaliex din waqt li daħlet il-belt ħaffet biex turi lin-nies: “Ejjew ħalli taraw bniedem li qalli dak kollu li għamilt. Huwa forsi l-Messija?” (Ġw 4, 28-29). Imqanqlin minn kelmtha, bosta Sammaritani marru jiltaqgħu ma’ Ġesù, semgħuh, u minn naħa tagħhom huma wkoll ikkonkludew: “Dan huwa assew is-salvatur tad-dinja” (Ġw 4, 42).

  1. Fost l-abitanti ta’ Ġerusalem, iżda, il-kliem u l-għaġubijiet ta’ Ġesù qanqlu kustjonijiet rigward il-messjaniċità tiegħu. Xi wħud eskludew li huwa setà jkun il-Messija: “Dak aħna nafu minn fejn hu; il-Kristu, iżda, meta jiġi, ħadd ma jkun jaf minn fejn hu” (Ġw7, 27). Oħrajn iżda kienu qalu: “Il-Kristu, meta jiġi, ikun jistà jagħmel sinjali ferm ikbar milli għamel dan?” (Ġw 7, 31). “Dan mhux forsi Bin David?” (Mt 12, 23). Indaħal ukoll is-sinedriju, li ddikkjara li “jekk xi ħadd jagħrfu bħala il-Kristu, jiġi mkeċċi mis-sinagoga” (Ġw 9, 22).
  2. Hekk mela nistgħu nifhmu is-sinifikat ewlieni tal-konversazzjoni ta’ Ġesù mal-appostli, qrib Ċesarea ta’ Filippu. “Ġesù . . .staqsa lid-dixxipli tiegħu billi qalilhom: Min jgħidu n-nies li jien? U huma weġbuh: Ġwanni l-Battista, oħrajn imbagħad Elija u oħrajn wieħed mill-profeti. Imma hu tenna: U intom min tgħidu li jien? Pietru wieġbu: Inti l-Kristu” (Mk8, 27-29; cf. ukoll Mt16, 13-16 u Lk 9, 18-21), jiġifieri l-Messija.
  3. Skont il-Vanġelu ta’ Mattew din it-tweġiba tforni lil Ġesù l-okkażjoni li jippronunzja l-primat ta’ Pietru fil-Knisja futura (cf. Mt16, 18). Skont Marku, wara t-tweġiba ta’ Pietru, Ġesù amar b’mod sever lill-appostli “biex ma jitkellmu ma’ ħadd dwaru” (Mk8, 30). Nistgħu niddeduċu li Ġesù mhux biss ma xandarx li huwa l-Messija, imma ma ried lanqas li l-appostli jxerrdu minn dak il-ħin il-verità tal-identita tiegħu. Infatti ried li l-kontemporanji jilħqu din il-konvinzjoni billi jaraw l-opri tiegħu u billi jisimgħu t-tagħlim tiegħu. Minn band’oħra l-fatt stess li l-appostli kienu konvinti minn dak li Pietru kien esprima f’isem kollha meta pproklama: “Inti l-Kristu” ipprova li l-opri u l-kliem ta’ Ġesù kienu jikkostitwixxu bażi suffiċjenti fuq liema l-fidi fih bħala l-Messija setgħet titwaqqaf u tiżviluppa.
  4. Imma l-kumplament ta’ dik il-konversazzjoni li naqraw fiż-żewġ testi paralleli ta’ Marku u ta’ Mattew, huwa dwar il-messjanità propja tiegħu (cf. Mk8, 31-33; Mt 16, 2l-23). Ġesù, infatti, kważi b’konnessjoni stretta mal-professjoni ta’ fidi tal-appostli, “beda jgħallimhom li Bin il-bniedem kellu jbati ħafna, u jkun iddiżapprovat mix-xjuħ tal-qassisin il-kbar u tal-iskribi, imbagħad jiġi maqtul u wara tlett ijiem iqum mill-ġdid” (Mk 8, 31). L-evanġelista Marku jġiegħlna ninnutaw: “Ġesù għamel dan id-diskors b’mod miftuħ” (Mk 8, 32). Marku jgħid li “allura Pietru ġibdu f’ġemb u beda jlumu” (Mk 8, 32). Skont Mattew iċ-ċanfira kienet din li ġejja: “Alla jilliberak, Mulej, dan ma jiġrilek qatt”  (Mt16, 22). U hawn hi r-rejazzjoni tal-Imgħallem: Ġesù ċanfar lil Pietru u qallu: Tbiegħed minni, satana!. Għaliex int mintix taħseb skont Alla, imma skont il-bnedmin” (Mk 8, 33; Mt 16, 23).
  5. F’din iċ-ċanfira tal-Imgħallem wieħed jistà jħoss bħal eku mbiegħed ta’ dik it-tentazzjoni fid-deżert, esperjenzata minn Ġesù fil-bidu tal-attività messjanika tiegħu (cf. Lq4, 1-13), meta satana ried jaljenah mit-twettiq tar-rieda tal-Missier sal-aħħar.L-appostli, u b’mod partikolari Pietru, li wkoll kienu pprofessaw l-fidi tagħhom fil-missjoni messjanika ta’ Ġesù: “Inti l-Kristu”, ma setgħux jeħilsu lilhom infushom għal kollox mill-konċezzjoni wisq umana u terrena tal-Messija, waqt li ammettew il-prospettiva ta’ Messija li kellu jbati u jġarrab il-mewt. Ukoll filwaqt tat-tlugħ is-sema kellhom jaslu li jistaqsuh: “ . . . Se terġà twaqqaf is-saltna ta’ Iżrael?” (cf. At 1, 6).
  6. Propju quddiem dan l-atteġġjament  Ġesù jirrejaġixxi b’tant deċiżjoni u severità. Fih l-għarfien tal-missjoni messjanika kien jikkorrispondi għall-Carmi dwar il-qaddej ta’ Jaħwè ta’ Iżaija, u b’mod partikolari għal dak li l-profeta kien qal dwar il-qaddej sofferenti: “Kiber bħal rimja quddiemu u bħal għerq f’art niexfa. La għandu dehra linqas sbuħija . . . Iddisprezzat u mwarrab mill-bnedmin, bniedem tan-niket, li jaf sewwa t-tbatija, , bħal wieħed quddiem liema tgħatti wiċċek, kien iddisprezzat u ma kellom ebda stima tiegħu . . . Madankollu huwa tgħabba bit-tbatijiet tagħna, libes in-niket tagħna . . . ġie minfud minħabba d-delitti tagħna, mgħaffeġ minħabba l-azzjonijiet ħżiena tagħna” ( 53, 2-5).

Ġesù jiddefendi b’qawwa din il-verità dwar il-Messij. Bil-ħsieb li jwettaqha fih sal-aħħar, għaliex fiha tesprimi ruħha ir-rieda fedejja tal-Missier: “Il-ġust qaddej tiegħi jiġġustifika  bosta” ( 53, 11). B’dan il-mod huwa jħejji lilu nnifsu u lil tiegħu għall-ġrajja li fiha l-“misteru messjaniku” isib it-twettiq kollu tiegħu: il-Għid tal-mewt tiegħu u tal-qawmien mill-imwiet tiegħu.

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading