Kristu hu Messija – Profeta


ĠWANNI  PAWLU II

UDJENZA ĠENERALI – L-Erbgħa, 25 ta’ Frar 1987

7. Kristu hu Messija – Profeta

  1. Matul il-proċess quddiem Pilatu, Ġesù, mistoqsi jekk kienx sultan, għall-ewwel jiċħad li kien f’sens terren u politiku; imbagħad it-tieni darba jwieġeb: “Int qed tgħidu; jien sultan. Għal dan twelidt u għal dan ġejt fid-dinja: biex nagħti xhieda għall-verità” (Ġw 18, 37). Din it-tweġiba tgħaqqad il-missjoni rjali u saċerdotali tal-Messija mal-karatteristika essenzjali tal-missjoni profetika. Il-profeta, infatti huwa msejjaħ u mibgħut biex jagħti xhieda lill-verità. Bħala xhud tal-verità huwa jitkellem f’isem Alla..

Huwa b’mod partikulari fil-figura ta’ David, sultan u profeta, li l-karatteristika profetika hija marbuta mal-vokazzjoni rjali.

  1. L-istorja tal-profeti tat-Testment il-Qadim tindika b’mod ċar li l-kompitu tax-xandir tal-verità, waqt li nitkellmu f’isem Alla, huwa qabel xejn servizz f’relazzjoni kemm għall-mandat divin, kif ukoll tal-poplu, quddiem liema l-profeta jippreżenta ruħu bħala mibgħut ta’ Alla. Hekk jiġri li s-servizz profetiku ma jkunx biss eminenti u onorevoli, imma wkoll diffiċli u fatikuż. Hija eżempju evidenti l-biċċa li ġrat lill-profeta Ġeremija, liema ltaqà ma’ reżistenza, ċaħda u saħansitra persekuzzjoni, fil-fatt li fih il-verità mxandra hija skomda. Ġesù stess, li iktar minn darba għamel riferenza għat-tbatijiet imġarrba mill-profeti, sperimentahom personalment b’mod sħiħ.
  2. Dawn l-ewwel indikazzjonijiet tal-karattru ministerjali tal-mssjoni profetika jintroduċuna għall-figuratal-qaddej ta’ Alla (“Ebed Jahwe”) li nsibu f’Iżaija (preċiżament fl-hekk imsejjaħ “Deutero-Isaia”). F’din il-figura t-tradizzjoni messjanika tal-patt il-qadim issib espressjoni għanja u mportanti b’mod partikolari jekk inqisu li l-qaddej ta’ Jaħwè, li fih jispikkaw b’mod speċjali il-karatteristiċi tal-profeta, jgħaqqad fih, sa ċertu punt, ukoll il-kwalitajiet tas-saċerdot u tas-sultan. Il-Carmita’ Iżaija dwar il-qaddej ta’ Jaħwè jippreżentaw sintesi vetero-testamentarja rigward il-Messija, miftuħa għal żviluppi futuri. Għalkemm miktubin tant sekoli ilu qabel Kristu jservu b’mod soprendenti għall-identifikazzjoni tal-figura tiegħu, b’mod speċjali għal dak li jirrigwarda d-deskrizzjoni tal-qaddej sofferenti ta’ Jaħwè: kwadru hekk aderenti u fidil li wieħed jistà jsejjaħlu ritratt li għandu taħt għajnejh il-ġrajjiet tal-Għid ta’ Kristu.
  3. Huwa doveruż li wieħed josserva li t-termini “Qaddej” u “Qaddej ta’ Alla” huma wżati b’mod wiesà fit-Testment il-Qadim. Bosta personaġġi eminenti huma msejħa jew huma definiti “qaddejja ta’ Alla”. Hekk Abraham (Ġen26, 24), Ġakobb(Ġen 32, 11), Mosè, David u Salamun, il-profeti. Ukoll lil diversi personaġġi pagani li jiżvolġu parti tagħhom fl-istorja ta’ Iżrael. L-Iskrittura Mqaddsa tattribwixxi dan it-terminu: hekk per eżempju lil Nabukkadonosor (Ġer 25, 8-9) u lil Ċiru ( 44, 26). Fl-aħħarnett Iżrael kollu bħala poplu jiġi msejjaħ “qaddej ta’ Alla” (cf.  41, 8-9; 42, 19; 44, 21; 48, 20), skont użu lingwistiku li tiegħu nsibu eku wkoll fil-kantiku ta’ Marija li tfaħħar lil Alla għaliex “għen lill-Iżrael, qaddej tiegħu” (Lq 1, 54).
  4. Rigward il-Carmita’ Iżaija fuq il-qaddej ta’ Jaħwè ninnutaw qabel xejn li dawn jirrigwardaw mhux entità kollettiva, bħal ma jistà jkun poplu, imma persuna singola, li l-profeta jiddistingwi sa ċertu punt minn Iżrael-midneb: “Hawn hu l-qaddej tiegħi li jien insostni – naqraw fl-ewwel Carme -, il-magħżul tiegħi li fih nitgħaxxaq. Qgħedt l-ispirtu tiegħi fuqu; huwa jwassal id-dritt lin-nazzjonijiet. La jgħajjat linqas jgħolli leħnu , ma jħllix li tinstemà l-vuċi tiegħu fil-pjazez, ma jaqsamx qasba mxaqqa, ma jitfix musbieħ bagħti . . . . la jonqos u linqas ma jieqaf sakemm ma jkunx stabilizza d-dritt fuq l-art . . .” (Iż 42,1-4). “Jien, il-Mulej . . .iffurmajtek u stabilizzejtek bħala patt tal-poplu u dawl tan-nazzjonijiet,  sabiex int tiftaħ għajnejk għall-għomja u toħroġ mill-ħabs lill-priġunieri, mill-iżolament lil dawk li qegħdin jgħixu fid-dlam” ( 42, 6-7).
  5. It-tieni Carme tiżviluppa l-istess kunċett: “Isimgħuni, o gżejjer, isimgħu b’attenzjoni, nazzjonijijiet imbiegħda: il-Mulej mill-ġuf matern sejjaħli, sal-ħdan ta’ ommi ppronunzja ismi. Irrenda fommi bħal xabla msinna, ħbieni għad-dell ta’ jdejh, irrendieni vleġġa ppuntata, reġà poġġieni fil-barżakka tiegħu” (49, 1-2). “Qalli: Huwa ftit wisq li tkun il-qaddej tiegħi biex tirrestawra t-tribù ta’ Ġakobb . . . Jien nirrendik dawl tan-nazzjonijiet għaliex iġġorr il-fidwa tiegħi sa truf l-art ” ( 49, 6). “Il-Mulej Alla tani lsien ta’ mibdijin, sabiex inkun naf nindirizza kelma lill-isfiduċjat  ” ( 50, 4). U iktar: “jistagħġbu bih bosta ġnus; is-slaten quddiemu jagħlqu fommhom” (Iż 52, 15). “Il-ġust qaddej tiegħi jiġġustifika bosta, huwa jilbes il-ħażen tagħhom” (Iż 53, 11).
  6. Dawn l-aħħar testi, li jappartjenu għat-tielet u r-rabà Carme, jintroduċuna b’realiżmu impressjonanti fil-kwadru tal-qaddej sofferenti għal-liema rridu nerġgħu nduru. Dak kollu li Iżaija jgħid donnu jippronunzja b’mod sorprendenti, dak li mat-tbexbix stess ta’ ħajjet Ġesù jipprevedi il-qaddis xwejjaħ “Xmun” meta jsellimlu bħala “dawl biex idawwal il-ġnus” u fl-istess waqt bħala “sinjal ta’ kontradizzjoni” (Lq2, 32.34). Diġa fil-ktieb ta’ Iżaija il-figura tal-Messija toħroġ bħala profeta, li jiġi fid-dinja biex jagħti x-xhieda lill-verità, u li propja minħabba din il-verità jkun imwarrab mill-poplu tiegħu, waqt li jsir permezz tal-mewt tiegħu motiv ta’ ġustifikazzjoni għal “bosta”.
  7. Il-Carmi dwar il-qaddej ta’ Jaħwè jsibu risonanza wiesa “fit-Testment il-Ġdid”, sa mill-bidu tal-attività messjanika ta’ Ġesù. Diġa d-deskrizzjoni tal-Magħmudija fil-Ġordan tippermettilna nistabilixxu paralelliżmu mat-testi ta’ Iżaija. Jikteb Mattew: “Hekk kif (Ġesù) tgħammed . . . jinfetħu s-smewwiet u huwa jara l-Ispirtu ta’ Alla jinżel bħal ħamiema fuqu (Mt3, 16); f’Iżaija hemm migħud: “Poġġejt l-ispirtu tiegħi fuqu” (Iż42, 1). L-evanġelista jżid: U hekk hu leħen mis-sema li jgħid: Dan huwa Ibni l-għażiż, li bih tgħaxxaqt” (Mt 3, 17) waqt li f’Iżaija Alla jgħid dwar il-qaddej: “il-magħzul tiegħi li fih nitgħaxxaq” (Iż 42, 1). Ġwanni l-Battista jindika lil Ġesù li joqrob lejn il-Ġordan, bil-kliem: “dan hu l-ħaruf ta’ Alla, dan hu dak li jneħħi d-dnub tad-dinja” (Ġw 1, 29), esklamazzjoni li tirrapreżenta kważi sintesi tal-kontenut tat-tielet Carme dwar il-qaddej sofferenti ta’ Alla.
  8. Rapport analogu insibuh fis-silta li fiha Luqa jirrakkonta l-ewwel kliem messjaniku ppronunzjat minn Ġesù fis-sinagoga ta’ Nażżaret, meta Ġesù jaqra t-test ta’ Iżaija: “L-Ispirtu tal- Mulej fuqi; għal dan ikkonsagrani bid-dlik, u bagħatni nħabbar lill-fqajrin messaġġ ta’ ferħ, biex inxandar lill-priġunieri il-ħelsien u lill-għomja d-dawl; biex nagħti l-libertà lill-ippersegwitati u nippriedka sena ta’ grazzja tal-Mulej” (Lq4, 17-19). Dan huwa l-kliem tal-ewwel Carme dwar il-qaddej ta’ Jaħwè (Iż42, 1-7; cf. ukoll 61, 1-2).
  9. Jekk imbagħad inħarsu lejn il-ħajja u l-ministeru ta’ Ġesù, huwa jidher bħala l-Qaddej ta’ Alla li jġib fidwa lill-bnedmin, li jfejjaqhom, li jeħlishom mill-ħażen tagħhom, li jrid jiġbidhom lejh mhux bil-qawwa imma bit-tjubija. Il-Vanġelu, b’mod speċjali dak ta’ Mattew, spiss jagħmel referenza għall-Ktieb ta’ Iżaija, it-tħabbira profetika ta’ liema tiġi mwettqa fi Kristu, bħal meta jirrakkonta li “Meta wasal l-għabex, ġabulu bosta mxajtna u hu keċċa l-ispirti bil-kelma tiegħu u fejjaq il-morda kollha, sabiex jitwettaq dak li kien intqal dwaru permezz tal- profeta Iżaija: Huwa ħa l-mard tagħna u tefà fuqu il-mard kollu tagħna” (Mt8, 16-17; cf. Iż 53, 4). U band’oħra “Bosta segwewh u hu fejjaqhom kollha . . . sabiex jitwettaq dak  li kien intqal mill-profeta Iżaija: Hekk hu l-qaddej tiegħi . . .” (Mt 12, 15-21), u hawn l-evanġelista jirrakkonta silta twila mill-ewwel Carme dwar il-Qaddej ta’ Jaħwè.
  10. Bħall-Vanġeli, hekk ukoll lAtti tal-Appostlijuru li l-ewwel ġenerazzjoni tad-dixxipli ta’ Kristu, nibdew mill-appostli, hija konvinta b’mod profond li f’Ġesù sabet imwettaq dak kollu li l-profeta Iżaija ħabbar fil-Carmi ispirati tiegħu: li Ġesù huwa l-Qaddej magħżul ta’ Alla (cf. per eżempjuAt 3, 13.26; 4,27.30; 1 Pt 2, 22-25), li jwettaq il-missjoni tal-qaddej ta’ Jaħwè u jġib il-Liġi l-ġdida, hu dawl u patt għall-ġnus kollha (cf. At 13, 46-47). Din l-istess konvinzjoni nsibuha mela mill-ġdid fid-“Didachè”, fil-“Martirju ta’ Polikarpu”, u fl-Ewwel Ittra ta’ San Klement Romano.
  11. Hemm bżonn inżidu dettal ta’ mportanza kbira: Ġesù nnifsu jitkellem dwaru bħala qaddej, billi jalludi b’mod ċar għal Iż 53, meta jgħid: “Bin il-Bniedem . . . ma ġiex biex ikun moqdi imma biex jaqdi u jagħti ħajtu b’riskatt għal ħafna” (Mk10, 45; Mt20, 28). L-istess kunċett huwa jesprimi meta jaħsel riġlejn l-appostli (Ġw13, 4.12-15).

Fit-totalità tat-Testment il-Ġdid, maġemb is-siltiet u l-allużjonijiet għall-ewwel Carme tal-qaddej ta’ Jaħwè (Iż 42, 1-7), li jenfasizzaw l-elezzjoni tal-qaddej u l-missjoni profetika ta’ liberazzjoni, ta’ fejqan u ta’ patt għall-bnedmin kollha, l-ikbar numru ta’ testi jagħmel referenza għat-tielet u r-rabà Carme (Iż 50, 4-11; Is 52, 13-53,12) dwar il-qaddej sofferenti. Hija l-istess idea hekk espressa b’mod sintetika minn Pawlu fl-Ittra lill-Filippin, meta jfaħħar lil Kristu:

“Liema, għalkemm kien ta’ natura divina, / ma qiesx teżor ġeluż / l-ugwaljanza tiegħu ma’ Alla; / imma neżża lilu nnifsu / waqt li ħa fuqu l-kondizzjoni ta’ qaddej / u waqt li sar jixbaħ lill-bnedmin . . . / umilja lilu nnifsu billi sar ubbidjenti sal-mewt” (Fil2, 6-8).

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb