Ġesù Kristu huwa l-mudell ta’ Imħabba Perfetta

Print Friendly, PDF & Email

ĠWANNI PAWLU II

UDJENZA ĠENERALI – Castel Gandolfo – L-Erbgħa, 31 ta’ Awissu 1988

64. Ġesù Kristu huwa l-mudell ta’ Imħabba Perfetta

  1. L-għaqda filjali ta’ Ġesù mal-Missier tesprimi ruħha fl-imħabba perfetta li minnha hu għamel ukoll il-kmandament ewlieni tal-Vanġelu: “Ħobb lill-Mulej Alla tiegħek b’qalbek kollha, b’ruħek kollha u b’moħħok kollu. Dan huwa l-ikbar u l-ewwel kmandament” (Mt22, 37 s). Kif inhu magħruf, ma’ dan il-kmandament Ġesù jpoġġi t-tieni wieħed “jixbaħ lill-ewwel wieħed, dak tal-imħabba tal-proxxmu (cf.Mt 22, 39). U minn din l-imħabba huwa jipproponi ruħu bħala eżempju: “Nagħtikom kmandament ġdid: li tħobbu lil xulin, bħal ma ħabbejtkom jien” (Ġw 13, 34). Huwa jgħallem u jaghti lis-segwaċi tiegħu imħabba imfassla fuq il-mudell tiegħu.

Ma’ din l-imħabba jistgħu jkunu applikati d-doti tal-karità elenkati minn San Pawl: “Il-karità tistabar, . . . twajba . . . ma tgħirx, ma tiftaħarx, ma tinteliex bih nfisha . . . ma tfittixx l-interessi tagħha . . . ma tagħtix każ tal-azzjonijiet ħżiena li tirċievi . . . tieħu gost bil-verità . . . Tgħatti kollox . . . kollox tissaporti” (1 Kor 13, 4-7). Meta, fl-ittra tiegħu, l-Appostlu kien ippreżenta lid-desinaturi tiegħu ta’ Korintu tali xbiha tal-karità evanġelika, bla dubju f’moħħu u f’qalbu kien mela lilu nnifsu mill-ħsieb tal-imħabba ta’ Kristu, li lejha kien jixtieq jorjenta l-ħajja tal-komunitajiet insara, għalhekk l-innu tiegħu tal-karità jistà jikkonsidra ruħu bħala kumment għall-preċett tal-imħabba fuq il-mudell ta’ Kristu mħabba (Bħal ma kienet qalet, tant snin wara, Santa Katerina ta’ Siena): “(hekk) jien ħabbejtkom” (Ġw 13, 34).

San Pawl jenfasizza f’testi oħra li l-quċċata ta’ din l-imħabba huwa s-sagrifiċċju tas-salib: “Krisut ħabbkom u ta lilu nnifsu għalina, billi offra lilu nnifsu lil Alla f’sagrifiċċju” . . . “Kunu mela imitaturi ta’ Alla . . . imxu fil-karità” (Ef 5, 1-2).

Għalina issa huwa istruttiv, kostruttiv u konsolanti li nikkonsidraw din il-propjetà tal-imħabba ta’ Kristu.

  1. L-imħabba li biha Kristu ħabbna, hija umli u għandha karattru ta’ servizz. “Bin il-bniedem infatti ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u jagħti ħajtu b’rahan għal ħafna” (Mk10, qalilhom: “Tajtkom l-eżempju, sabiex bħal ma għamilt jien, tagħmlu wkoll intom” (Ġw 13, 15). U f’okkażjoni oħra jwissihom:”Min irid ikun l-ikbar fostkom għandu jkun il-qaddej tagħkom, u min irid ikun l-ewwel fostkom għandu jkun il-qaddej ta’ kulħadd” (Mk 10, 43-44).
  2. Fid-dawl ta’ dan il-mudell ta’ disponibiltà umli li twassal sas-“servizz” definittiv tas-salib, Ġesù jistà jistieden lid-dixxipli: “Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, li jien ta’ qalb tajba u umli” (Mt11, 29).

L-imħabba mgħallma minn Kristu tesprimi ruħha fis-servizz reċiproku li jwassal għas-sagrifiċċju għal xulxin li l-verifika definittiva tiegħu tinsab fl-offerta tal-ħajja propja “għall-aħwa” (1 Ġw 3, 16).Huwa dan li San Pawlu jenfasizza meta jikteb li “Kristu ħabb lill-Knisja u ta lilu nnifsu għaliha  (Ef 5, 25).

  1. Talent ieħor eżaltat fl-innu pawlin lill-imħabba hu li l-vera mħabba “ma tfittixx l-nteress tagħha” (1 Kor13, 5): u aħna nafu li Ġesù ħallielna l-mudell l-iktar perfett ta’ tali mħabba diżinteressata. San Pawl jgħidu b’mod ċar f’pass ieħor: “Kull wieħed minna jfittex li jogħġob lill-proxxmu fil-ġid, biex jedifikah. Kristu nfatti ma fittixx li jogħġob lilu nnifsu . . .” (Rm 15, 2-3). Fl-imħabba ta’ Ġesù jissustanza ruħu u jilħaq il-quċċata r-“radikaliżmu” evanġeliku tat-tminn beatitudni minnu mxandra: l-eroiżmu ta’ Kristu se jkun dejjem il-mudell tal-virtujiet eroiċi tal-qaddisin.
  2. Infatti nafu li l-evanġelista Ġwanni, meta jippreżenta lil Ġesù fuq l-għatba tal-passjoni, jikteb dwru li “ . . . wara li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbom sal-aħħar” (Ġw13, 1). Dik is-“sal-aħħar” donnha hawn tixhed il-karattru definittiv – u insuperabbli – tal-imħabba ta’ Kristu. “Ħadd ma għandu mħabba ikbar minn din: tagħti ħajtek għal ħbiebek” (Ġw15, 13), jgħid Ġesù nnifsu fid-diskors irrappurtat mid-dixxiplu l-iktar għażiż tiegħu.

L-istess evanġelista kiteb fl-ittra tiegħu: “Minn dan sirna nafu l-imħabba: huwa ta ħajtu għalina”. U jżid: ukoll aħna jeħtieġ li nagħtu ħajjitna għal ħutna (1 Ġw 3, 16). L-imħabba ta’ Kristu, li timmanifesta ruħha b’mod definittiv fis-sagrifiċċju tas-salib – jew aħjar fl-“għoti tal-ħajja għal ħutek” – huwa l-mudell definittiv għal kull imħabba umana awtentika. Jekk hi f’mhux ftit segwaċi tal-Imsallab tilħaq il-forma tas-sagrifiċċju erojku, bħal ma spiss naraw fl-istorja tal-qdusija kristjana, dan il-qies tal-“imitazzjoni” tal-Imgħallem jispjega ruħu bil-qawwa tal-Ispirtu ta’ Kristu, minnu miksub u “mibgħut” mill-Missier ukoll għad-dixxipli  (cf. Ġw 15, 26).

  1. Is-sagrifiċċju ta’ Kristu sar il-“prezz” u l-“kumpens” għall-ħelsien tal-bniedem: il-ħelsien mill-“jasar tad-dnub” (cf.Rm6, 6-17), il-passaġġ għal-“libertà ta’ wlied Alla” (cf. Rm 8, 21). B’dan is-sagrifiċċju, ġej minn imħabbtu għalina, Ġesù Kristu wettaq il-missjoni feddejja tiegħu. L-aħbar tat-Testment il-Ġdid kollu ssib l-espressjoni tagħha l-iktar konċiża f’dak il-pass ta’ Marku: “Bin il-bniedem . . . ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u jagħti ħajtu b’rahan għal bosta” (Mk 10, 45).

Din il-kelma “rahan” iffavoriet il-formazzjoni tal-kunċett u tal-espressjoni “fidwa” (Ġrieg: [terminu Grieg] = rahan, [terminu Grieg] = fidwa). Din il-verità ċentrali tal-patt il-ġdid tikkostitwixxi fl-istess ħin it-twettiq tal-aħbar profetika ta’ Iżaija rigward il-qaddej tal-Mulej: “Huwa ġie minfud għad-delitti tagħna . . . permezz tal-pjagi tiegħu aħna sfajna mfejqa” ( 53, 5); “Huwa ġarr id-dnubiet ta’ bosta ( 53, 12). Nistgħu ngħidu li l-fidwa kienet il-mistennija tal-patt il-qadim kollu.

  1. Hekk mela, “waqt li kien ħabb sal-aħħar” (cf.Ġw13, 1) lil dawk li l-Missier kien “tah” (Ġw 17, 6), Kristu offra ħajtu fuq is-salib bħala “sagrifiċċju għad-dnubiet” (skont kelmet Iżaija). L-għarfien ta’ dan id-dmir, ta’ din il-missjoni suprema, dejjem kien preżenti fil-ħsieb u fir-rieda ta’ Ġesù. Dan jgħidu dak il-kliem tiegħu dwar ir-“ragħaj it-tajjeb”, li “joffri ħajtu għan-nagħaġ” (Ġw 10, 11). U dik l-aspirazzjoni tiegħu misterjuża imma trasparenti: “Hemm magħmudija li jeħtieġ nirċievi: u kemm jien imħawwad, sakemm din ma sseħħx!” (Lq12, 50). U dik id-dikjarazzjoni suprema fuq il-kalċi waqt l-aħħar ċena: “Dan huwa demmi tal-patt, imxerred għall-bosta, għall-maħfra tad-dnubiet” (Mt 26, 28).
  2. Il-predikazzjoni apostolika sa mill-bidu tistabilixxi l-verità li “Kristu miet minħabba dnubietna” (1 Kor15, 3).

Pawlu kien jgħd dan b’mod riżolut lill-Korintin: “ Hekk nippridkaw u hekk intom emmintu”   (1 Kor 15, 11). L-istess ippriedka lill-anzjani ġewwa Efesu: “. . . L-Ispirtu Santu għamilkom isqfijiet biex tirgħu l-Knisja ta’ Alla, li hu akkwistaha b’demmu” (At 20, 28). U l-predikazzjoni ta’ Pawlu taqbel għal kollox mal-leħen ta’ Pietru: “Kristu miet darba għal dejjem għad-dnubiet, hu li kien ġust miet għall-inġusti biex iressaqhom lejn Alla” (1 Pt 3, 18).

Pawlu jistabilixxi l-istess kunċett  jew aħjar li fi Kristu “għandna l-fidwa permezz ta’ demmu, il-maħfra tad-dnubiet skont l-għana tal-grazzja tiegħu” (Ef 1, 7).

Għall-konsistenza u l-kontinwità ta’ dan it-tagħlim l-Appostlu jħabbar  b’determinazzjoni: “Aħna nippridkaw lil Kristu msallab, skandlu għal-Lhud, bluha għall-pagani” (1 Kor 1, 23). “Għaliex il-bluha ta’ Alla hija għarfa iktar mill-bnedmin, u d-dgħufija ta’ Alla hija aqwa mill-bnedmin” (1Kor 1, 25). L-Appostlu jaf sewwa l-“kontradizzjoni” żvelata mis-salib ta’ Kristu. Għaliex mela dan is-salib huwa l-qawwa suprema u l-għerf ta’ Alla? It-tweġiba hija waħda biss: għaliex fis-salib hija manifestata l-imħabba: “Alla juri mħabbtu għalina, għaliex meta konna għadna midimbin, Kristu miet għalina” (Rm 5, 8); “Kristu ħabbkom u ta lilu nnifsu għalikom” (Ef 5, 2). Il-kliem ta’ Pawlu jerġà jidwi dak ta’ Kristu nnifsu: “Ħadd m’għandu mħabba ikbar minn din: tagħti ħajtek” (Ġw 15, 13) għad-dnubiet tad-dinja.

  1. Il-verità dwar is-sagrifiċċju feddej ta’ Kristu mħabba jerġà jidħol fid-duttrina miġbura fl-ittra lil-Lhud. Kristu wriekom kif “il-qassis il-kbir tal-ġid li diġa ġie”, li “daħal darba għal dejjem fis-santwarju . . . bis-saħħa ta’ demmu u hekk kiseb fidwa għal dejjem” (Eb9, 11-12). Infatti hu ma ppreżentax biss dak is-sagrifiċċju ritwali tad-demm tal-annimali li fil-patt il-qadim kien jiġi offrut fis-santwarju “magħmul minn idejn il-bnedmin”: offra lilu nnfsu waqt li bidel il-mewt vjolenti tiegħu bħala mezz ta’ għaqda ma’ Alla. B’dan il-mod, permezz tal-“ħwejjeġ li bata” (Eb5, 8), Kristu sar “kawża ta’ fidwa eterna għal dawk kollha li jobduh” (Eb 5, 9). Dan is-sagrifiċċju biss għandu l-qawwa li “jnaddaf il-kuxjenza tagħna mill-għemil mejjet” (cf. Eb 9, 14). Hu biss “jirrendi perfetti għal dejjem dawk li jiġu mqaddsa” (cf. Eb 10, 14). F’dan is-sagrifiċċju, li fih Kristu, “bi Spirtu etern offra lilu nnifsu . . . lil Alla” (Eb 9, 14), sabet espressjoni definittiva mħabbtu: l-imħabba li biha “ħabb sal-aħħar” (Ġw 13, 1); l-imħabba li hu amar li tagħmlu ubbidjenti “sal mewt u sal-mewt tas-salib” (Fil 2, 8).

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading