Il-Konċilju ta’ Kalċedonja u l-Ereżija Monofiżità

Print Friendly, PDF & Email

ĠWANNI PAWLU II

UDJENZA ĠENERALI – L-Erbgħa, 23 ta’ Marzu 1988

48. Il-Konċilju ta’ Kalċedonja u l-Ereżija Monofiżità

  1. F’dawn il-katekeżi tagħna qegħdin nirriflettu dwar id-definizzjonijiet konċiljari antiki, li fihom ġiet ifformulata l-fidi tal-Knisja. Punt stabbli f’tali formulazzjoni twaqqaf mill-Konċilju ta’ Kalċedonja (451), li b’definizzjoni sollenni ppreċiża li f’Ġesù Kristu ż-żewġ naturi, dik dvina u dik umana, jingħaqdu (bla ebda konfużjoni) f’suġġett personali uniku li huwa l-Persuna divina tal-Verb-Alla. Minħabba t-terminu [terminu Grieg] issoltu nitkellmu dwar għaqda ipostatika. Infatti l-istess persuna tal-Verb-Iben kienet iġġenerata eternament mill-Missier fejn jirrigwarda d-divinità tiegħu; fiż-żmien iżda kienet ikkonċepita u mwielda mill-Verġni Marija fejn jirrigwarda l-umanità. Id-definizzjoni ta’ Kalċedonja mela terġà ssostni, tiżviluppa u tispjega dak li l-Knisja għallmet fil-Konċilji preċedenti u dak li kien mixhud mill-missirijiet, per eżempju bil-fomm ta’ Sant’Irinew, li tkellem dwar “Kristu wieħed u l-istess” (cf. ex. gr., S. Irenaei “Adversus Haereses”, III, 17, 4).

Hawn ta’ min ninnutaw li bit-duttrina dwar il-Persuna divina tal-Verb-Iben, li waqt li assuma n-natura umana daħal fid-dinja tal-persuni umani, ġew ukoll enfasizzati mill-Konċilju d-dinjità tal-bniedem-persuna u r-relazzjonijiet eżistenti bejn id-diversi persuni; u anzi nistgħu ngħidu li ġiet infakkra l-attenzjoni dwar ir-realtà u d-dinjità tal-bniedem singolu, tal-bniedem li huwa suġġett inkonfondibbli ta’ eżistenza ta’ ħajja, u allura ta’ dmirijiet u drittijiet.  Kif nistgħu ma narawx f’dan il-punt ta’ tluq għal storja kollha ġdida ta’ ħsieb ta’ ħajja? Għalhekk l-inkarnazzjoni tal-Iben ta’ Alla hija s-sies, is-sors u l-mudell kemm ta’ ordni ġdid soprannaturali ta’ eżistenza għall-bnedmin kollha, li propju ma’ dak il-misteru jorbtu l-grazzja li tqaddes u ssalva; kif ukoll ta’ antropoloġija nisranija, li tipproġetta ruħha wkoll fl-isfera naturali tal-ħsieb u tal-ħajja bl-eżaltazzjoni tagħha tal-bniedem bħala persuna, imqiegħda fiċ-ċentru tas-soċjetà u nistgħu ngħidu tad-dinja kollha kemm hi.

  1. Nerġgħu lura għall-Konċilju ta’ Kalċedonja biex ngħidu li dan ikkonferma t-tagħlim tradizzjonali dwar iż-żewġ naturi fi Kristu kontra d-duttrina monofiżita (mono-physis = natura waħda) li nibtet wara dak il-Konċilju. Waqt li nippreċiżaw li l-għaqda taż-żewġ naturi [terminu Grieg] ssir f’Persuna waħda. Il-Konċilju ta’ Kalċedonja reġà mill-ġdid enfasizza b’mod iktar sħiħ id-duwaliżmu ta’ dawn in-naturi, bħal ma qrajna fit-test tad-definizzjoni miġjuba preċedentement: “Aħna ngħallmu biex ikun mistqarr . . . li wieħed għandu jagħraf l-uniku u l-istess Kristu uniġenitu Iben u Mulej imwettaq fiż-żewġ naturi b’mod xejn imbarazzanti, immutabbli, indiviż, inseparabbli, bid-differenza tan-naturi bl-ebda mod abolita minħabba l-għaqda, anzi tibqà salvagwardata  l-propjetà tan-natura l-waħda u tal-oħra” (Denz.-Schönm., 302). Dan ifisser li n-natura umana bl-ebda mod ma ġiet “assorbita” minn dik divina. Grazzi għan-natura divina tiegħu Kristu huwa “konsustanzjali” mal-Missier skont id-“divinità”, grazzi għan-natura umana huwa “konsustanzjali” wkoll magħna skont l-umanità” [terminu Grieg].

Mela Ġesù Kristu huwa tassew Alla u tassew bniedem. Minn banda oħra d-duwaliżmu tan-naturi ma jaffettwa b’ebda mod l-unità ta’ Kristu, li hija pprovduta mill-għaqda perfetta tal-persuna divina.

  1. Baqagħlna nosservaw li, skont il-loġika tad-domma kristoloġika, l-effett tad-duwaliżmu ta’ naturi fi Kristu huwa d-duwaliżmu ta’ rieda u operazzjoni, imma fl-ambitu tal-għaqda tal-persuna. Din il-verità kienet oġġett ta’ definizzjoni fit-III Konċilju ta’ Kostantinopli (VI Ekumeniku) fis-sena 681 – kif, mill-bqija, diġa fil-Konċilju Lateranensi tas-sena 649 (cf. Denz.-Schönm., 500) – kontra l-iżbalji tal-monoteliti, li kienu attribwew lil Kristu rieda waħda.

Il-Konċilju kkundanna “l-ereżija ta’ rieda waħda u ta’ operazzjoni waħda f’żewġ naturi . . . tal-Kristu”, li kienet timmanka lil Kristu stess minn parti essenzjali tal-umanità tiegħu, u “waqt li jsegwi il-ħames Koncilji ekumeniċi mqaddsa, u l-qaddisin u eċċelenti missirijiet”, bi qbil magħhom huwa “ddefenixxa u stqarr” li fi Kristu hemm “żewġ ridiet naturali u żewġ operazzjonijiet naturali . . .; żewġ ridiet naturali li huma f’kuntrast bejniethom . . ., imma tali li r-rieda umana ssegwi, mingħajr oppożizzjoni jew avversjoni, jew aħjar, hija sottomessa għar-rieda divina u omnipotenti tiegħu . . ., skont kemm huwa nnifsu jgħid:  «Jien nżilt mis-sema mhux biex nagħmel ir-rieda tiegħi, imma r-rieda tal-Missier li bagħatni » (Ġw 6, 38) (cf. Denz.-Schönm., 556).

  1. Dan it-tagħlim tal-ewwel Konċilji: fihom, flimkien mad-divinità, hija mqiegħda fid-dawl sħiħ ukoll id-dimensjoni umana ta’ Kristu. Huwa hu tassew bniedem min-natura, kapaċi ta’ aġir uman, ta’ għarfien uman, ta’ rieda umana, ta’ kuxjenza umana u nżidu ta’ tbatija umana, sabar, ubbidjenza, passjoni u mewt. Biss bis-saħħa ta’ din il-kompletezza umana jistgħu jinftehmu u jiġu spjegati t-testi dwar l-ubbidjenza ta’ Kristu sal-mewt (cf.Fil2, 8; Rm 5, 19; Eb 5, 8), u qabel kollox it-talb tiegħu fil-Ġetsemani: “ . . .imma mhux li rrid jien, imma li trid int” (Lq 22, 42; cf. Mk 14, 36). Imma huwa daqstant ieħor minnu li r-rieda umana u l-operat uman ta’ Ġesù jappartjenu għall-persuna divina tal-Iben: propju fil-Ġetsemani huwa joħroġ bl-invokazzjoni: “Abbà, Missier” (Mk 14, 36). Dwar din il-persuna tiegħu divina huwa  konxju sewwa, bħal ma jirrivela, per eżempju, meta jiddikjara: “Qabel ma Abraham kien, Jiena Jien” (Ġw 8, 58), u fil-passi l-oħra evanġeliċi li rajna fil-passat meta kien imissna ngħadduhom Veru, bħala tassew bniedem, Ġesù jippossiedi kuxjenza speċifikament umana, li niskopru kontinwament fil-vanġeli. Imma fl-istess ħin il-kuxjenza tiegħu umana tappartjeni għal dak il-“Jien divin, li dwaru hu jistà jgħid: “Jien u l-Missier aħna ħaġa waħda” (Ġw 10, 30). Mhemm ebda test evanġeliku li minnu jirriżulta li l-Kristu jitkellem dwaru bħala persuna umana, ukoll meta minn rajh jippreżenta lilu nnifsu bħala “Bin il-bniedem”: kelma mimlija sinifikat li, taħt iċ-ċpar tal-espressjoni bibblika u messjanika, diġa donnha tindika l-appartenenza ta’ dak li japplikaha għalih innifsu għal ordni differenti u superjuri għal dak tal-mortali komuni daqs kemm għar-realtà tal-jien tiegħu. Kelma li fiha tirbombja x-xhieda tal-għarfien intimu tal-identità propja divina.
  2. Bħala konklużjoni tal-ispjega tagħna dwar il-kristoloġija tal-Konċilji l-kbar, nistgħu integħmu d-densità kollha tal-paġna tal-Papa Ljun il-Kbir fl-ittra lill-Isqof Flavjanu ta’ Kostantinopli (“Tomus Leonis”, die 13 iun. 449), li kienet bħala l-premessa tal-Konċilju ta’ Kalċedonja u li tiġbor fil-qosor id-domma kristoloġika tal-Knisja antika: “L-Iben ta’ Alla, waqt li niżel mis-sede tas-smewwiet mingħajr ma qatà milli jkun parteċipi tal-glorja tal-Missier, jagħmel id-dħul tiegħu f’din id-dinja fqira, iġġenerat skont ordni u twelid għal kollox ġodda . . . Dak li huwa tassew Alla, huwa wkoll tassew bniedem. F’din l-għaqda mhemm xejn qarrieqi, għaliex isibu ruħhom flimkien (realment) il-kondizzjoni umli tal-bniedem u l-altezza tad-divinità. Bħalma infatti, Alla ma jitbiddilx għad-dehra ħanina (li biha jsir bniedem), kif il-bniedem ma jiġix imċaħħad mid-dinjità (divina). Kull waħda miż-żewġ naturi , infatti, topera flimkien mal-oħra dak li huwa propju: waqt li jopera jiġifieri il-Verb dak li huwa tal-Verb, u waqt li jwettaq il-ġisem dak li huwa tal-ġisem. Il-waħda tibbrilla għall-mirakli tagħha, l-oħra ċċedi għall-insulti. U bħal ma l-Verb ma jitlifx l-ugwaljanza tal-glorja tal-Missier, hekk il-ġisem ma joħroġx mill-kundizzjoni tal-ġeneru uman . . .”. U wara li jkun għamel referenza għal bosta testi evanġeliċi li jikkostitwixxu l-bażi tad-duttrina, San Iljun jikkonkludi: “Mhux fl-istess natura jgħid: «Jien u l-Missier aħna ħaġa waħda » (Ġw 10, 30), U jgħid: «Il-Missier huwa ikbar minni» (Ġw 14, 28). Għalkemm, infatti, fil-Mulej Ġesù Kristu hemm biss persuna waħda ta’ Alla u tal-bniedem, huwa iżda ħaġ’oħra dak li minnu  toħroġ l-offiża  għall-wieħed u għall-ieħor, altru dak li minnu tintiseġ il-glorja għall-wieħed u għall-ieħor. Min-natura tagħna huwa għandu umanità inferjuri għall-Missier; Mill-Missier toħroġlu divinità ugwali għal dik tal-Missier”   (cf. Denz.-Schönm., 294-295).

Għalkemm jistgħu jidhru diffiċli dawn il-formulazzjonijiet jiġbru fihom u jħallu jidher  il-misteru tal- “Verbum caro factum” imħabbar fil-Prologu Ġovannesk: quddiem liema nħossu l-bżonn li ninxteħtu mal-art f’adorazzjoni flimkien ma’ dawk l-ispirti għoljin li onorawh ukoll bir-riċerki u r-riflessjonijiet tagħhom għall-utilità tagħna u tal-Knisja kollha kemm hi.

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading