It-Tieġ mhux iż-Żwieġ

Print Friendly, PDF & Email

Ittra li rċevejna u li tirrakonta l-esperjenza ta’ ġuvni u tfajla li marru jgħixu flimkien bla ma żżewġu biex jiffrankaw l-ispejjeż tat-tieġ. L-ismijiet ġew mibdula biex jostru l-identità tal-persuni.  Napprezzaw jekk wara li taqra din l-esperjenza tħallilna l-kummenti tiegħek.

Jisimni Ruth. Żewġi jismu Tony. Minn sentejn u nofs ilu ‘l hawn sirt nifraħ u nħossni kburija meta nuża din il-kelma – żewġi. Ilna ngħixu flimkien kważi ħames snin, imma huwa biss f’dawn l-aħħar sentejn u nofs, li bdejt insejjaħlu żewġi. Qabel kont ngħid li kien il-partner li ngħix miegħu. In-nies kienu jgħidu li aħna poġġuti. Tant tweġġani din il-kelma! Naf li hemm min kien jgħidhielna b’disprezz, imma mhux kulħadd, għax anke ommi stess, li m’għandi ebda’ dubju mill-imħabba kbira tagħha lejja, mhux darba jew tnejn kienet użatha magħna stess.

Tony u jiena minn dejjem ħabbejna lil xulxin, u minn dejjem ridna li nkunu ta’ xulxin għal dejjem. Kemm jiena u kemm Tony konna naħdmu. Ma kellniex xi paga kbira, imma lanqas kienet waħda ħażina. Xtrajna flimkien appartament ħelu ħafna, mhux fir-raħal tagħna u bdejna nħejjuh biex meta jkun lest niżżewġu. Għidt xrajna, insomma, iddejjinna mal-bank, imma llum kulħadd hekk. Tawna 30 sena biex inħallsuħ. Jekk kollox imur sewwa, inkunu kważi wasalna għall-pensjoni meta nagħmlu l-aħħar pagament.

Id-dar kienet għadha vojta imma ridna niżżewġu għax l-għoxrin konna ilna li għalaqnihom. Anke ħsibna biex nagħmlu l-kors ta’ Kana għax ridna niżżewġu fil-Knisja, imma ma stajniex. La jiena u lanqas hu ma konna qaddisin, imma l-quddies tal-Ħadd kważi dejjem morna, u mhux darba jew tnejn tlajlna nqerru fil-knisja ta’ San Franġisk il-Belt. Ma kellna ebda impediment ħlief wieħed – il-misħuta flus. Meta bdejna nduru biex niġbru l-kwotazzjonijiet għat-tieġ, mal-ewwel jum bdew il-problemi. Kif stajna nofqu dawn l-eluf kollha meta kellna dak id-dejn kollu fuq dar li kienet għadha kważi vojta?

Fl-aħħar qtajnieha li mmorru noqgħodu flimkien bil-ħsieb li xi darba niżżewġu. Imma aktar ma beda jgħaddi żmien, il-possibiltà ta’ żwieġ bdiet issir aktar remota. Il-Bambin biss jaf kemm kont nibki waħdi! Kemm drabi tlabt lill-Madonna ssibilna soluzzjoni! Imma xorta waħda ma ridtx nofoq dawn l-eluf għal ftit sigħat. U mhux veru, meta jgħidu li tista’ tagħmel xi ħaġa sempliċi bi ftit flus. Mhux veru! La sħabek u lanqas niesek ma jħallukx. Li tnejn ipoġġu llum saret aktar aċċettata mis-soċjetà milli tnejn jiżżewġu b’ċeremonja u festin sempliċi. Sirna ilsiera tas-soċjetà u d-drawwiet li daħħlu biex jiżdied il-kummerċ. Naf minn sħabi li nefaq paga ta’ sena sħiħa għat-tieġ. U dan la jiena u lanqas Tony ma konna lesti nagħmluh.

Jum wieħed, ftit wara li wasalna lura mix-xogħol ħabbat il-bieb. Kieku ndunajt qabel minn kien dak li ħabbat ma kontx niftaħ. Kien qassis li ġie jbierek, Stħajna ndaħħluh. Dar vojta minn kollox! Lanqas bieb tal-kamra tal-banju kien għad ma kellna. Kien qassis ftit anzjan, li ma kontx nafu, imma hu bħal intebaħ mill-ewwel li konna mbarazzati. Ra l-kikkri bit-tè fuq il-mejda, “Għadkom ġejjin mix-xogħol?” staqsiena. “Tieħu ftit tè magħna?”, weġibtu jiena.

Minn dak il-ħin ma bbastax jitlaq. Bħal donnu nesa’ kemm kien fadallu familji oħra warajna. “Mnejn intom? Intom mir-raħal? Ilkom xejn li ġejtu toqgħodu hawn? Ilkom miżzewwġin?” Fl-aħħar kelli ngħidlu. Ħarist f’għajnejn Tony, li kien fuq in-naħa l-oħra tal-mejda, u wara b’għajnejja baxxa għidtlu, “Għax ħa ngħidlek, Father, aħna m’aħniex miżżewġin. Riddna niżżewġu, imma ma nistgħux!” Dak li ntqal dakinhar għadu rekordjat f’moħħi kelma b’kelma.
“Għaliex binti, hemm x’impediment?” staqsa.
“Il-flus, Father! Il-misħuta flus!”
“Il-flus, mhumiex impediment għaż-żwieġ”, weġibni.
“Jekk ikollok minnhom, mhumiex”, għidtlu.
“Lanqas jekk ma jkollokx”, interrompa hu.
“Father, tidher li qatt ma żżewwiġt int”, irrispondejtu fil-pront.

Sa dak il-ħin, Tony kien għadu ma qalx kelma. Imma dak il-ħin qabeż u qalli, “Mhux hekk, Ruth! Mhux hekk”. Imbagħad dar fuq il-qassis u qallu, “Skużha, Father.”

“Ta xhiex, ibni? Għax qalet il-verità? U bi tbissima qalilna, veru li jiena qatt ma żżewwiġt, imma xi ftit esperjenza ta’ dan għandi.”

Dak il-ħin qam, bħal intebaħ li kien fadallu fejn imur. “Jimporta nerġa niġi s’għandkom ħalli nitkellmu ftit xi darba oħra biex ma nħalli lil ħadd jistenna?”

Wara dakinhar iltqajna diversi drabi. Sar jafna u sirna nafuh. Fissrilna kif it-tieġ mhux iż-żwieġ. Ta’ l-ewwel idum ftit sigħat, imma l-ieħor irid jibqa tul ħajja sħiħa. It-tieġ m’għandu qatt ikun impediment għaż-żwieġ. It-tieġ m’għandu qatt ikun mogħti importanza aktar miż-żwieġ. Illum is-soċjetà tgħidilna bil-maqlub, imma dak li qed jiġri fil-familji llum juri li s-soċjetà m’għandhiex raġun. Meta se nibdew nehduha kontra dan il-kurrent li qed ikaxkarna l-baħar?

Tliet xhur wara, dan l-istess qassis żewwiġġna f’kappella ċkejkna, f’ċerimonja privata. Magħna kien hemm il-ġenituri, ħutna, u erba’ ħbieb tal-qalba. Kienet ċerimonja sempliċi u b’festin żgħir li għamilna wara fid-dar stess tagħna. Il-fatt li d-dar kienet għadha kważi vojta, dakinhar xejn ma dejjaqna, għax min kien hemm ġie biex jifraħ magħna u mhux biex jissindikana u jgħid fuqna. Kollox ħejjejna aħna stess, l-aktar il-ġenituri tagħna. Imma l-ferh kbir li ħassejna dakinhar diffiċli niddeskrivih.

Illum ħassejt li għandi nikteb għax il-paċi kbira li saltnet f’qalbna u bejnietha minn dak iż-żmien trid tgħaddi minnha biex tifhimha. Fil-verità din l-ittra ilha żmien f’moħħi, imma llum ridt niktibha, għax fi ftit ġimgħat oħra, meta tasal it-tarbija li l-Mulej għoġbu jafda lili u lil żewġi, naf li se jkolli ħafna anqas ħin milli għandi llum.

Ridt naqsam din l-esperjenza tagħna mal-qarrejja tiegħek għax naf li hemm barra hemm ħafna oħrajn li bħalna jibqgħu ma jiżżewġux minħabba l-ispeżż tat-tieġ. Illum irrid ngħid lilhom dak li darba qalu lili; it-tieġ mhux iż-żwieġ. Ta’ l-ewwel jgħaddi fi ftit sigħat. L-ieħor irid jibqa’ għall-ħajja kollha. Tinvestux fluskom u l-imħabba tagħkom fid-duħħan!

Ridt ngħid ukoll kelma lis-saċerdoti. Hemm barra hemm ħafna li bħali ma jiżżewġux bil-Knisja għal raġunijiet banali. Oħorġu fittxuhom u sibuhom, kif darba dak il-qassis twajjeb fittex u sab lilna. Nassigurakom li wara Alla, u l-Verġni imbierka, l-hena li għandna f’qalbna llum nafuh lilu.

Skużani li ktibt fit-tul, imma napprezza jekk tista’ tippublika din l-ittra.  Lili swietli sforz kbir, imma ġiet minn qalbi.

Ruth u żewġi Tony.

24 thoughts on “It-Tieġ mhux iż-Żwieġ”

  1. Meta tiftah qalbek ghas-sagramenti bla dubju il-kumplament ikun f’idejn Alla l-imbierek u jmexxik Hu.

  2. Harigli d-dmugh naqra din l-esperjenza. L-gharajjes veru sfruttati. It-Tberik gid bhal dan irid johrog minnu. Dan sacerdot ta veru. Nirringrazzjak talli qsamtha maghna. Meta nintilfu, il-Mulej ifittixna, jsibna, jsolvielna l-problemi u jaghmilna ferhanin.

  3. Nifirhilkom bil-qalb u jalla l-Mulej izomm idu fuqkom u fuq il-familja taghkom. Tislijiet u grazzi Ruth u Tony talli qsamtu dan maghna.

  4. J’Alla din l-ittra tinqara minn hafna li jinsabu fl-istess sitwazzjoni, ghax cert li taghmlilhom hafna gid u tghinnhom jiskopru s-sbuhija taz-zwieg nisrani.

  5. Congratulations! Glad that you took the time to share your story, I know it will touch many hearts, I believe through your good example ,others will take the step ,to unite their love under God! You! Had to go through that experience to grow and guide others . Praise! God ! Since we are humans , we are prone to do mistakes, it is ok , as long as we learn from them. Excited for you both ,soon you will be holding your bundle of JOY ! God bless!

  6. Hadt pjacir naqra din littra mill qalb sinciera ta Ruth. Hawn jghidu WED not Married.Jiena Maltija imma qeda nghix barra.
    Ha inhalli l kumment tieghi.
    Malta jghatu hafna kas tan nies. U hafna jamlu biex jghidu kemm kellhom tieg sabieh, li jiena ma naqbilx maghha. Idi indahhala fil but tieghi u mhux tan nies, ghax dejjem jsibu xi jghidu. Nifrah hafna lil dak l qassis twajjeb avolja anzjan, hu proset lil Mamma ta Ruth u Tony ghax rabbewhom bil valuri insara.
    Bhal dawn iz zewg koppji nghati parir biex dejjem f’.nofskhom jkun hekk Gesu U Ommna Marija, l ewwel u qabel kollox, u xi parir ta xi qassis twajjeb bhal ma kien ta Ruth u Tony.
    Malta sarju jemitaw lil pajjizi ohra u joqghodu jghixu flimkien qabe, li jiena ma naqbilx maghha.
    Proset li Tiny Mahoney u ma naqbilx ma Marika li qalet li tghir ghalijhom. Messa rajt l finanzi qabel u jekk ma tkun tiflah tamel pass kbir, ma tamlux ghax wara jiddispjacik bhal ma grali.
    Nawgural lil Tony u lil Ruth biex Gesu jtijhom tarbija xbiha TIEGHU u b’sahita, u dejjem jersqu lejn Alla. Nghidilhom li Alla halaq id dinja f’sitt tijiem u mhux f’daqqa.
    Thallu qatt lil bnedmin tad dinja jinfluwezawkhom huti.
    Gesu maghkhom tull il hajja.

  7. Nixtieq min qalbi nifrah lil din il koppja ta decizjoni li hadu u veru nixtiqilom kull gid u barka tal Mulej ghax dawn ghandom ikunu ta ezempju ghal koppji ohra bil stess problema nerga nawguralkom min qalbi

  8. Nawguralkom minn qalbi zwieg hieni u prosit tad-decizjoni li hadtu. Fakkartuni fiz-zwieg tieghi….jien u zewgi konna hadna decizjoni li ma naghmlux tieg kbir, naturalment minhabba finanzi, u zzewigna ezatt kif ghamiltu intom, fi knisja zghira bi ftit familjari u hbieb tal-qalb u festin zghir fid-dar taghna stess…u sallum, jekk Alla jrid nhar il-Hadd nghalqu 25 sena mizzewgin, ma jiddispjacini xejn. Bnejna familja, kellna tlugh u nzul, bhal kull familja ohra, izda z-zwieg ghadu sod….it-tieg kbir u l-libsa sabiha ma jaghmlux zwieg…l-ghaqda, l-imhabba u hafna sagrificcji jaghmlu zwieg hieni…..

  9. Hadt hafna pjacir naqra din l-esperjenza. Prosit tassew tat-testimonjanza li tajt, u l-Mulej ibierek lilkom u lil dak is-sacerdot u tant ohrajn li jahdmu fis-skiet. Li jkollok dar mimlija hija xi haga sabiha, imma mhijiex kollox. Ahna ghall grazja t’Alla ilna mizzewgin 34 sena imma d-dar ghada s’issa mhix mimlija , wara kollox kif jghid Koholet – Kollox fruha tal fruhat. L-aktar importanti hija l-imhabba ta’ bejnietna u li nkunu lesti li ncedu, daqqa jien u daqqa hu.

  10. proset tal kuragg li ghandkom eghziez mizzewgin ferhanin b xulxin!ahna bhalkom ghaddejna mill istess problema meta konna ilna xi ftit gharajjes, imma minflok ma morna noqoghdu flimkien ghamilna kif eventwalment ghamiltu intom u ghamilna festin zghir hamsin ruh kollox kull ma kellna zewgt ihbieb kull wiehed…..u ghadna ferhanin b xulxin sa llum,,, u dak hu l iktar importanti…….min jaf kemm hawn min nefaq eluf u lanqas jaf meta kien l ahhar li ra is sieheb jew siehba li kien weghdha mhabbtu……ahna li bqajna nirringrazzjaw ‘l Alla u nkunu ta’ kuragg u tama ghaz zwieg ta’ llum. ghal darb ohra nifrahilkom u nghidlkom:.ibqghu ghozzu lil xulxin ghal dejjem

  11. Li teħodha kontra l kurrent, anki jekk il bżonn iġeghelek tagħmel dan, mhux faċli, għalhekk minn qalbi nifraħ lil din il-koppja u lil qassis li ghenhom biex dak li verament xtaqu isir realta’,
    J’Alla ikun hawn ħafna koppji oħra bħalkom li ma jaqtgħux qalbhom mimħabba l pressjoni li tpoġġi fuqna s-soċjeta’.
    Naħseb il ħsieb li qsamt magħna int għandu jkun il-motto wara kull kors ta’ Kana u ta’ dawk kollha li veramentt jixtiequ il-ġid lil-għarajjes,
    ‘Investi fiż-żwieġ tiegħek aktar milli fit-tieġ tiegħek!’

  12. Verament ghandha ragun din it-tfajla… iz-zwieg ghal dejjem, it-tieg ghal ftit sighat. Nemmen li l-flus mhux kollox, mhux dejjem facli li tmexxi, imma bl-ghajnuna t’Alla dejjem tasal! Nemmen li Alla jkun maghna f’kull mument u fl-aktar mument difficcli jerfana minn xaghrna! Ahjar wiehed jinvesti fl-ghaqda bejnu il-koppja milli f’affarijiet ohra. Meta l-Mulej joghgbu jbierkek bl-ulied mbghad hija storja akbar, ghax kull investiment li taghmel, taghmlu bl-ghan li dik it-tarbija tikber ferhana, qawwija u shiha. Il-flus huma necessarji, izda m/humhiex huma li jaghmlu l-hajja sabiha, izda l-unjoni fil-familja u l-imhabba bejn il-koppja li tirrifletti fit-trankwillita’ ta’ l-ulied!

  13. Il-preparazzjoni ghaz-zwieg trid tibda fid-dar, meta t-tfal taghna ghadhom zghar. Esperjenza sabiha fil-familja ghandha tghinhom sabiex iharsu lejn il-hajja b’mod ottimist u b’kunfidenza. Llum meta hawn hafna wegghat u tkissir, iz-zaghzagh taghna jistghu jaqtu qalbhom. Filwaqt li huma jixtiequ relazzjonijiet dejjiema, maljar jistghu jkunu ngannati bix-xenxil tal-hajja u jaghzlu toroq ohra. Il-valuri ghonja tal-hajja umana qed jitwarrbu biex minflok jithaddnu principji artificjali ghall-ahhar. Nafu lkoll li l-bniedem qed ifittex li jkun kuntent. Izda, galadarba, m’ghandux post f’qalbu ghal Alla, ma jista’ qatt isib il-kuntentezza u l-vera hena. Fuq dan il-punt, qrajt artiklu qasir ta’ Mons. Anton Gouder, ippubblikat fil-programm tal-festa ta’ Marija Bambina fl-Isla, intitolat Xquq. Sid id-dar, mimlija konsenturi, beda jinsisti mal-perit sabiex jara l-kmamar. Il-perit insista li jara l-kantina. Fejn hi l-qalb tal-bniedem illum? Hemm post ghal Alla?

    Il-hidma pastorali fil-parrocci ghandha tkun mibnija fuq esperjenzi umani (Insara) ma’ Alla. Jekk sejrin nibqghu bl-ghoddod tradizzjonali u kulturali, m’ahniex ser nilhqu l-ghanijiet taghna bhala Knisja. Jehtieg li l-Knisja, anke f’pajjizna, taghmel ghazliet difficli ghar-rigward ta’ prijoritajiet pastorali. Ghandna naghtu prijorita’ lill-Mixja taghna ma’ Kristu Gesu’, haga li mhux dejjem qed issir. Anke fit-thaddim tal-gid taghha. Kull uzu tal-gid jaghti opportunita’. Izda ghazliet zbaljati jistghu jtellfuna minn opportunitajiet importanti (opportunity cost). Hemm hafna x’wiehed jghid, anke fuq in-nuqqas ta’ koordinament u uzanzi li mhux qed ihallu frott u ghaldaqstant jehtieg li jitwarbu jew ikunu ri-ezaminati. Qed nirriferri ghall-festi u celebrazzjonijiet. Dawn ghandhom iwassluna ghal ghand Kristu Gesu’ u mhux postijiet ohra. Huma ghazliet difficli, izda kull diffikulta’ trid tingheleb bl-ghajnuna ta’ Alla.

  14. Gheziz hbieb nixtieq nawguralkom zwieg felici mal Mulej prosit li ftahtu qalkom ghal Alla ghax hu biss jista jatikom l imhabba tinsiex x ghamel fit tieg ta kana kien spiccalom imbid imma blintercessjoni t ommu Marija regaw kisbu ferh b halma ksiebsu intom ficcuhom lis sacerdoti ghax minngharhom mandna xejn nerga nawguralkom il Mulej iberikkom

  15. Prosit lil din il-koppja u lill-oħrajn li jagħmlu bħalhom. Iva vera l-familja, ġenituri, ħbieb u s-socjeta in ġenerali xi minn daqqiet jiġbduna lejn valuri oħra, imma ma naqtgħux qalbna anki jekk irridu neħduha kontra il-kurrent. Gandhi kien jgħid,” Kun int li ġġib il-bidla li trid tara” (Be the change you want to see in the world). Għalhekk kuraġġ!!

  16. Prosit tassew lill din il-koppja ta` l-ittra li kitbu, ghax biha forsi titfa dawl fuq imhuh ta` koppji ohra, biex jifthu ghajnejhom qabel jghaffgu w jfattru. Dizgrazzjatament il-lum hafna mill-koppji ma jafghux jerfghu l-piz bil-ghaqal, imma jerfghu izjed milli jifilhu. Jekk ma jkollhomx kollox fid-dar jghidulek li ma jizzewwgux. Id-dinja ma saritx f’salt. La jkollok in-necessita` ibda biha, mbaghad taghmel l-affarijiet l-ohra bil-mod. Pass pass u taslu. JIddispjacini ghat-tifla ta` “OMM” ghax jien wkoll missier u jien u marti ghaddejna min esperjenza qarsa wkoll bi tnejn min uliedna. Mela ghall dawk il-koppji li wasslu biex jiehdu l-istat taghhom nghidilhom, hallikhom mill-hmerijiet u l-fanfarunati w ghax in-nies jghidu bina. Missieri dejjem ghallimna din,” middu saqajkom skond il friex,” u ” jekk tiflah terfha ratal, erfha nofs artal biex ma tinfetaqx.” Il-mulej maghkom.

  17. L-esperjenza tieghi hija ezattament bil-maqlub ta’ dik ta’ Ruth. Sa dakinhar tat-tieg, la jiena u lanqas l-gharus ma konna nafu d-differenza bejn tieg u zwieg. Ghalina l-importanti kien dakinhar tat-tieg. Wara naraw gurnata b’gurnata. Tant hejjejna ghat-tieg, pero’ llum nara li ghaz-zwieg ma hejjejna xejn. Morna l-laqghat ta’ Kana ghax bilfors. Fit-tieg hraqna l-eluf. Illum nara kemm kull fejn morna, kulhadd ried biss flusna mhux il-gid u l-ferh taghna; forsi mhux kulhadd imma kwazi. Esagerajna bl-addocc ghax ridna nkunu bhall-ohrajn. Lanqas id-dar, ma kienetx vojta bhal ta’ Ruth anzi ridna nidhlu fiha lesta u kompluta b’kollox. Lilna hadd ma ghajjarna pogguti ghax izzewwigna bil-Knisja u kulhadd ferhilna tat-tieg kbir li kellna, ta’ l-inqas f’wiccna hekk qalulna.

    Illum, wara li ghaddew ftit xhur, ninsabu iddisprati, xoghol it-tnejn li ahna minn filghodu sa filghaxija. Irridu li jkollna tfal, imma kontra Ruth nghidu, allahares jigu ghalissa ghax ma nafx kif naghmlu biex inkomplu nnaqqsu d-dejn li ghamilna. Lil Ruth nifirhilha u nammirha, imma fil-qiegh ta’ qalbi nghir ghaliha, avolja kien hemm zmien li kienu jghidulha l-pogguta.

    Nitolbok ma ggibx ismi veru ghax ma rridx li shabi jkunu jafu li tieghi (biex nuza kelma ta’ Ruth), kien kollu duhhan.

    (Fuq talba tal-korrispondent infisha, l-isem li jidher hawn fuq mhux l-isem propju tal-persuna li kitbet)

  18. Sħabi saċerdoti mhux faċli li tmur kontra l-kurrent. Aħna iridu nkun l-mera għal dawk li rridu nwassluhom l-Evanġelju. Għalhekk L-ewwel iridu jaraw lili Miinistru li jaqdi, li jgħix bil-fardal , minghajr arloġġ. “To serve other people at all times” tghallimt ta’ 9 snin bħala WOLFCUB FL-ISCOUTS. Għal persuni fi-bżonn …..Għal għadd ta’ persuni li jkollhom programm fiss għall-ikel, mistrieh, studju, etċ,,, Veru! L-Imgħallem (l-uniku teacher) kien jiskomda ruħu li għal ħafna li kienu jafuh jgħodduh bi bniedem li jmur kontra l-kurrent, Ma jagħmilx bħal l-ħafna. Din hi l-għajta tal-Papa Fraġisku … “Għamlu rivoluzzjoni tal-Fidi, morru fit-toroq … evanġelizzaw……Itolbu għalija biex inkun jien l-ewwel wieħed li dejjem liebes il-fardal kif kien Ġesu’ fl-Aħħar Ikla. d.żeppi

  19. Prosit lill Koppja!! Esperjenza li turi ukoll il-gid kbir li johrog mit-tberik tal-familji. Hasra li f’tant parrocci din it-tradizzjoni tant valida u li tant johrog gid minna qed tispicca.

  20. Qed inhallu wisq ‘x’jghamlu l-ohrajn’ imexxina. Nixtieq nifrah lil din il-koppja li qasmu l-esperjenza taghhom maghna.
    Kulhadd ghandu l-istorja tieghu u huwa b’dik l-istorja li Alla l-Imbierek ikellimna.
    Il-Mulej kellem lilhom permezz ta dak il-qassis twajjeb (ezempju ghall-qassisin zghazagh ta llum), u lili kellimni permezz tal-esperjenza taghhom.
    Il-Mulej maghkom u tiddubitaw qatt mill-imhabba t’Alla.

  21. Iż-Żwieġ u t-Tieġ. Nibda biex nifraħ lil Ruth, flimkien ma’ Tony (huma min huma), li kellha l-kuraġġ taqbad u tikteb. Inti lqajt grazzja kbira m’għand Alla, b’din l-ittra, biex urejt kif salvajtu sitwazzjoni li kontu tinsabu intom; appostolat ġenwin. Grazzja oħra, nimmaġina li Ruth intebħet dwarha, kienet li, mhux b’kumbinazzjoni kellu jmur għandhom dak is-Saċerdot biex iberikom. Alla jinqeda b’kollox, aħseb u ara b’Saċerdot. Kien persuna providenzjali li fehem is-sitwazzjoni u kkonvinċikom issolvu dik il-problema li għalikom kienet muntanja, iżda permezz ta’ parir, il-muntanja saret munzell trab.

    Huwa minnu li dak il-jum tat-Tieġ huwa l-isbaħ jum tal-ħajja. Iżda, forsi hawn li qed immorru żmerċ. L-isbaħ jum tal-ħajja huwa l-Jum taż-Żwieġ … u mhux tat-Tieġ. Fiż-Żwieġ, l-għarajjes jagħtu rigal kbir lil xulxin, jagħtu lilhom infushom lil xulxin. Ma jistax ikun hawn rigal akbar milli tagħti lilek innifsek lil xi ħadd; imħabbtek, ħsibijietek, l-enerġija, l-interessi, il-ħidma, il-kumpassjoni, ħinek, l-attenzjoni, is-sabar … lista ta’ rigali li ma tispiċċa qatt.

    Hu huwa dan li għandna bżonn nispjegaw lill-gharajjes li qed jitħejjew għaż-Żwieġ, xi tfisser meta tingħaqad fis-Sagrament taż-Żwieġ. Dan huwa rigal ieħor li ma nkludejtx aktar ‘l fuq; iva permezz tal-għaqda sagramentali qed jingħata rigali ieħor; il-Grazzja Sagramentali taż-Żwieġ; permezz ta’ xulxin, l-għarajjes qed jirċievu din il-grazzja… u l-valuri huma kbar.

    Bil-kultura li qed ngħixu fiha qed jiġrilna bħal dak li daħal fil-bosk ifittex is-sigra u ntilef. Imdawwar bis-siġar, u s-siġra ma sabiex. Kull meta nibgħat xi card ta’ Awguri lill-għarajjes, dejjem ninkludi vers importanti. ‘Nifirħulkom f’dan il-Jum sabiħ taż-Żwieġ tagħkom’. Id-drawwa li nixtru Cards għall-okkażżjonijiet simili ma tantx qed tgħin f’dan ir-rigward; għax kollha jkunu stampati ‘Congratulations on your Wedding day’. Il-wedding huwa t-tieġ, il-festa tal-ikel u x-xorb. Iżda l-awguri tagħna, għalina, li nemmnu fil-valur kbir tas-Sagrament taż-Żwieġ, għandu jkun li nuru l-ferħ tagħna li koppja ingħaqdu fis-Sagrament, fejn il-Knisja tkun Xhud (permezz tas-Saċerdot), fejn il-koppja jagħtu kelma lil xulxin … u lil Alla , li se jibqgħu iħobbu ‘l xulxin, jirrispettaw lil xulxin, sakemm il-mewt tifridhom. (Aqraw il-ktieb ta’Fulton J. Sheen: ‘Three to Get Married’)

    Huwa propju dak li għamel is-Saċerdot li semmiet Ruth, għax kien bniedem t’Alla. Tgħiduli, iżda aħna mhux Saċerdoti, ma nistgħux nagħmlu bħalu. Għalkemm Lajċi, xorta waħda, fejn mitluba parir, iva, nistgħu ngħidu u nispjegaw id-differenza kbira li tgħaddi bejn Żwieġ u tieġ. Nistgħu ninkludu fil-‘card’ li nibagħtu daqxejn ta’ vers kif spjegajt aktar ‘l fuq.

    Kull min għandu rasu fuq għonqu għandu jirraġuna li biex torganizza ‘festa’ lil bintek, festa bħal ma qed jagħmel ħaddieħor (to be like the Jones’s), tfisser eluf kbar. Jekk għandek bżar xi troxx, roxxu … iżda jekk le, għaliex tidħol fi djun li jweġġgħu ir-ras ; spejjeż tal-amara, biex tarma d-dar, spejjeż tat-tieġ, karozzi, ritratti, ħwejjeġ tat-tieġ … lista li ma tieqaf qatt.

    Ukoll jekk għandek bżar xi troxx; jien nammira dik il-koppja li meta żżewġet, bagħtet l-inviti u talbet bħala rigal flus. Iżda ddikjarat qabel li dawk il-flus kienu se jintbagħtu lil Missjoni partikulari.
    Jekk ma għandekx flus xi ttajjar, il-koppja għandha tillimitha ruħha f’ikla, jew festin familjari, fejn taf li tkun imdawwra min nies li tassew iħobbuk u jixtiequlek il-ġid. Iżda wara taf li mhux se tbati b’uġigħat ta’ras, jew emigranja qawwija biex tara kif se tħallas dawk il-kontijiet kollha. Kun onest miegħek innifsek, din mhix ħaġa ta’ mistħija, pjuttost turi karattru sod.

    B’hekk biss insolvu l-problemi li l-kultura tagħna qed toħloq lill-povri għarajjes, illum. Fl-istess waqt ikollna okkażżjoni li napprezzaw aktar il-valur veru taż-Żwieġ.

  22. Prosit tal-ittra ghax hi vera testimonjanza tal-mod kif jahdem Alla. Din hi mod ta evangelizazzjoni gdida li tkun xhieda. Prosit lis-sacerdot li ghinhom biex jaslu ghal zwieg veru . Ghandna bzonn iktar sacerdoti bhalu. Il- Mulej ikun maghkom fittxuh u sibuh. Il-paci maghkom.

  23. Gheziez Ruth u Tony,

    Meta qrajt l-ittra taghkhom hassejt li ridt jiena wkoll naqsam ftit mill-hsiebijiet tieghi fuq din l-ittra. L-ewwel nett nifirhilkhom fuq din il-mixja li bdejtu flimkien u j’Alla l-Mulej jseddaqhilkom u jsahhahkom l-Unjoni u l-imhabba ta’ bejnietkhom.

    Jiena Omm ta tfajla li b’ingann u biex jidher sabieh ma’ shabu l-gharus haffef izzewweg u ghamlu tieg kbir li gie jiswa lili u lil zewgi eluf kbar ta’ liri, meta f’qalbu qatt ma hass nitfa ta’ mhabba ghal binti, u hi ta’ ngenwa u immatura u mbellha warajh ma gharfitx tara it-tlellix mill-verita. Issa binti tinsab b’qalb migugha, u tiggieled ghal annulament wara biss sentejn ta’ zwieg.

    Nixtieq inwissi lil dawk l-gharajjes biex jfitxu jgharfu dawk l-elementi li jaghaqduhom flimkien u ma jhallu qatt min jinfluenzhom, ghax ix-xenxilli ta’ tieg lussus jaghaddi imma l-imhabba u rabta taz-zwieg ma jinhallx.
    Thallux lil-haddiehor jinfluenzakhom fid-decizjonijiet l-aktar importanti tal-hajja bhal ma hu Zwieg.

Leave a Reply to A believerCancel reply

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading